Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ajruplan Militari

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18536 u r-risposta mogħtija, jikkonferma l-Prim Ministru li fil-lejl bejn is-17 u t-18 ta' April, 2006 niżel ajruplan militari fl-ajruport ta' Ħal-Luqa/Gudja? Jekk iva, ta' liema pajjiż kien, x'kienet il-missjoni tiegħu u kemm dam f'Malta? Jekk bil-passiġġieri fuqu, min kienu u x'kienet ir-raġuni li huma ġew Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li fid-data imsemmija niżel f’Malta ajruplan militari Amerikan li kellu fuqu ħames membri tal-Kungress Amerikan u d-delegazzjonijiet tagħhom għal żjara ta’ ġurnata u laqgħat ta’ rutina fl-Ambaxxata Amerikana.

Freedom of Information Act

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid fiex waslu l-pjani tal-gvern biex jintroduċi l-Att dwar il-Ħelsien ta' l-Informazzjoni (Freedom of Information Act)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

M’għandi xejn x’inzid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14978.

NI — Għawdex

Question

Jista' il-Prim Ministru jagħtina update separatament tal-ħlas dovut tal-bolla tan-NI minn kumpanniji u persuni self-employed f'Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Double Taxation Agreement

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid meta ġie, jew mistenni jiġi, irratifikat id-double taxation agreement ma' Spanja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ‘d-double taxation agreement’ ma’ Spanja jiġi rratifikat malli jitlestew il-proċeduri interni ġewwa dak il-pajjiż.

OPM — Rigali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17603, jista' il-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari fil-każ tal-ministeru tal-finanzi u fil-każ ta' l-informazzjoni mogħtija b'rabta' ma' l-OPM jgħid min approva dawn in-nefqiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-approvazzjoni ssir:- · Fil-kaz ta’ l-uffiċċju tal-Prim Ministru ssir mill-Kap tas-Segretarjat Privat tal-Prim Ministru. · Fil-kaz tal-Ministeru tal-Finanzi ssir mill-Kap tas-Segretarjat Privat tas-Segretarju Parlamentari f’dan il-Ministeru.

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17599, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati fuq bażi full-time b'kuntratt għal żmien definit uffiċjali mal-gvern fis-servizz pubbliku fi kwalunkwe skala matul l-2001? Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali, in-numru ta' l-identita' tagħhom, xi grad għandhom u fejn ġew posted?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 17599 fil-21 ta’ Marzu, 2006, rigward ġbir ta’ informazzjoni dwar ingaġġ fuq bazi ‘full-time’ b’eżami kompettitiv fis-Servizz Pubbliku għas-snin 2001 – 2005 separatament, daqstant ieħor tgħodd għal din il-mistoqsija parlamentari numru 18433 għas-sena 2001. Din it-tweġiba tgħodd ukoll għall-mistoqsijiet parlamentari identiċi numerate 18444 sa 18447 li għamel l-Onor Interpellant għas-snin 2002 – 2005 rispettivament.

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17599, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati fuq bażi full-time b'kuntratt għal żmien definit uffiċjali mal-gvern fis-servizz pubbliku fi kwalunkwe skala matul l-2002? Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali, in-numru ta' l-identita' tagħhom, xi grad għandhom u fejn ġew posted?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 17599 fil-21 ta’ Marzu, 2006, rigward ġbir ta’ informazzjoni dwar ingaġġ fuq bazi ‘full-time’ b’eżami kompettitiv fis-Servizz Pubbliku għas-snin 2001 – 2005 separatament, daqstant ieħor tgħodd għal din il-mistoqsija parlamentari numru 18433 għas-sena 2001. Din it-tweġiba tgħodd ukoll għall-mistoqsijiet parlamentari identiċi numerate 18444 sa 18447 li għamel l-Onor Interpellant għas-snin 2002 – 2005 rispettivament.

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17599, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati fuq bażi full-time b'kuntratt għal żmien definit uffiċjali mal-gvern fis-servizz pubbliku fi kwalunkwe skala matul l-2003? Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali, in-numru ta' l-identita' tagħhom, xi grad għandhom u fejn ġew posted?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 17599 fil-21 ta’ Marzu, 2006, rigward ġbir ta’ informazzjoni dwar ingaġġ fuq bazi ‘full-time’ b’eżami kompettitiv fis-Servizz Pubbliku għas-snin 2001 – 2005 separatament, daqstant ieħor tgħodd għal din il-mistoqsija parlamentari numru 18433 għas-sena 2001. Din it-tweġiba tgħodd ukoll għall-mistoqsijiet parlamentari identiċi numerate 18444 sa 18447 li għamel l-Onor Interpellant għas-snin 2002 – 2005 rispettivament.

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17599, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati fuq bażi full-time b'kuntratt għal żmien definit uffiċjali mal-gvern fis-servizz pubbliku fi kwalunkwe skala matul l-2004? Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali, in-numru ta' l-identita' tagħhom, xi grad għandhom u fejn ġew posted?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 17599 fil-21 ta’ Marzu, 2006, rigward ġbir ta’ informazzjoni dwar ingaġġ fuq bazi ‘full-time’ b’eżami kompettitiv fis-Servizz Pubbliku għas-snin 2001 – 2005 separatament, daqstant ieħor tgħodd għal din il-mistoqsija parlamentari numru 18433 għas-sena 2001. Din it-tweġiba tgħodd ukoll għall-mistoqsijiet parlamentari identiċi numerate 18444 sa 18447 li għamel l-Onor Interpellant għas-snin 2002 – 2005 rispettivament.

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17599, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati fuq bażi full-time b'kuntratt għal żmien definit uffiċjali mal-gvern fis-servizz pubbliku fi kwalunkwe skala matul l-2005? Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali, in-numru ta' l-identita' tagħhom, xi grad għandhom u fejn ġew posted?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 17599 fil-21 ta’ Marzu, 2006, rigward ġbir ta’ informazzjoni dwar ingaġġ fuq bazi ‘full-time’ b’eżami kompettitiv fis-Servizz Pubbliku għas-snin 2001 – 2005 separatament, daqstant ieħor tgħodd għal din il-mistoqsija parlamentari numru 18433 għas-sena 2001. Din it-tweġiba tgħodd ukoll għall-mistoqsijiet parlamentari identiċi numerate 18444 sa 18447 li għamel l-Onor Interpellant għas-snin 2002 – 2005 rispettivament.

Poverty line

Question

Il-gvern jaddotta l-kunċett ta' poverty line? Jekk fl-affermattiv, x'inhu l-poverty line f'Malta u kemm hu kkalkolat? Kemm hawn nies/familji li jaqgħu taħt dan 'l hekk imsejjaħ poverty line?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel parti tal-mistoqsija diġa ġie mogħti fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 18393. Għar-rigward ta’ l-aħħar parti tal-mistoqsija, ngħarrfu illi skond tagħrif li kien ġie ppubblikat mill-NSO fi studju għas-sena 2000 imsejjaħ ‘Structural, Poverty and Social Exclusion Indicators’, in-numru ta’ persuni li għandhom dħul ta’ inqas minn 40% tad-dħul median tan-National Equivalised Income (NEI) kien ta’ inqas minn 11,770 filwaqt li l-persuni li għandhom dħul ta’ 50% tad-dħul median ta’ l-NEI kien ta’ 29,780. Id-definizzjoni tal-EUROSTAT għal ‘At risk of poverty threshold’ hi ta’ 60% tal-median tan-NEI.

OPM — Xiri u Kiri ta' Proprjeta'

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu, awtoritajiet u kull ente li taqa' taħtu mill-2005 sal-lum xtrawx u/jew krewx u/jew ħadu b'ċens xi proprjeta' mis-settur privat? Jekk fl-affermattiv, meta u b'liema titolu? Ħarġet sejħa għall-offerti? Mingħand min akkwistaw din il-proprjeta'? Għal liema raġuni akkwistaw din il-proprjeta'? Jista' jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt jew tal-ftehim?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-2005 sal-lum il-Kummissjoni dwar l-Impjiegi krew propjeta’ mis-settur privat, liema proprjeta’ mis-settur privat, liema proprjeta’ tinsab f’46, Triq l-Arċisqof, Valletta. Il-proprjeta’ inkriet mill-1 ta’ Settembru 2005 mingħand is-Sur Dennis Borg ta’ 188A, Strait Street, Valletta. Dan sar wara li l-Kummissjoni ħarġet avviż f’gażżetta lokali. Din il-proprjeta’ inkriet minnflok kirja oħra li kellha l-Kummissjoni għaliex ma kienx hemm aċċess għal persuni b’diżabilita’. Kopja tal-kuntratt qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Għar-rigward tad-dekasteru tal-Finanzi, t-tweġiba hija fin-negattiv.

Monte di Pieta' — Investigazzjonijiet

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid: 1) kemm saru investigazzjonijiet fis-suċċessjoni/capital transfer duty u Monte di Pieta' f'dawn l-aħħar għaxar snin? 2) X'kienet ir-raġuni? 3) X'irriżulta minn kull waħda minn dawn l-investigazzjonijiet? 4) X'kien l-eżitu/azzjoni fil-konfront ta' kull investigazzjoni? 5) Kemm minn dawk investigati kienu jikkonċernaw persuni li għandhom konnessjoni familjari ma' individwi fl-amministrazzjoni tad-dipartiment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi f’dawn l-aħħar għaxar snin saret investigazzjoni waħda li tolqot l-operat tal-Monte di Pieta’. Minħabba li l-kaz qiegħed f’idejn il-pulizija mhux opportune li jingħataw dettalji f’dan l-istadju.

Tindif minn Kumpanniji Privati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17362, jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-linji gwida l-aktar importanti, b'rabta mar-regolamenti dwar l-infiq b'mod speċjali, fir-regolamenti dwar il-kuntratti pubbliċi ta' l-2005 rigward it-tindif fil-bini tas-segretarjat privati tal-ministri? Jista' jiċħad jew jikkonferma li hemm ministri li qegħdin imorru kontra dawn ir-regolamenti ta' l-istess kuntratti pubbliċi ta' l-2005?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li kont tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 17362 li għaliha qed jalludi. Ma jezistu ebda proċeduri jew linji gwida maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi li b’xi mod jirregolaw l-akkwist ta’ servizzi ta’ tindif għal Ministeri jew għall-bini tas-segretarjat private tagħhom. Ir-Regolamenti dwar il-Kuntratti Pubblici, ta’ l-2005, jistabbilixxu il-parametri ġenerali li għandhom jiġu segwiti f’kull kaz li jinvolvi akkwist ta’ tagħmir, provvista, xogħilijiet jew servizzi. Jitkellmu fuq limiti ta’ nfiq li jista’ jsir mill-awtoritajiet kontraenti u jiddeterminaw il-proċedura għall-akkwist li tapplika f’kull kaz. Bl-ebda mod ma jidħlu fuq in-natura ta’ xi servizz speċifiku. F’dan ir-rigward, għalhekk, ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma jirrizultalix li hemm ministri li qegħdin imorru kontra dawn ir-Regolamenti dwar il-Kuntratti Pubbliċi, ta’ l-2005.

Servizz Pubbliku — Trasferimenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17600, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru transfers ta' uffiċjali pubbliċi fis-servizz ċivili matul l-2005 f'ministeri/dipartimenti tal-gvern u enti pubbliċi? Jista' jgħid min kienu dawn l-uffiċjali, xi grad u skala kellhom meta ngħataw it-transfer u minfejn għalfejn ngħata t-transfer?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt fil-21 ta’ Marzu 2006 għall-mistoqsija parlamentari numru 17600.

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17599, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati fuq bażi full-time b'eżami kompetittiv impjegati mal-gvern fis-servizz pubbliku fi skala 16 jew skali inferjuri matul l-2001? Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali, in-numru ta' l-identita' tagħhom, xi grad għandhom u fejn ġew posted?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt fil-21 ta’ Marzu 2006 għall-mistoqsija parlamentari numru 17599. Din it-tweġiba tgħodd ukoll għall-mistoqsijiet parlamentari identiċi numerate 18439 sa 18442 li l-Onor Interpellant għamel għas-snin 2002 – 2005 rispettivament.

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17599, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati fuq bażi full-time b'eżami kompetittiv impjegati mal-gvern fis-servizz pubbliku fi skala 16 jew skali inferjuri matul l-2002? Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali, in-numru ta' l-identita' tagħhom, xi grad għandhom u fejn ġew posted?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt fil-21 ta’ Marzu 2006 għall-mistoqsija parlamentari numru 17599.

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17599, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati fuq bażi full-time b'eżami kompetittiv impjegati mal-gvern fis-servizz pubbliku fi skala 16 jew skali inferjuri matul l-2003? Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali, in-numru ta' l-identita' tagħhom, xi grad għandhom u fejn ġew posted?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt fil-21 ta’ Marzu 2006 għall-mistoqsija parlamentari numru 17599.

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17599, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati fuq bażi full-time b'eżami kompetittiv impjegati mal-gvern fis-servizz pubbliku fi skala 16 jew skali inferjuri matul l-2004? Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali, in-numru ta' l-identita' tagħhom, xi grad għandhom u fejn ġew posted?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt fil-21 ta’ Marzu 2006 għall-mistoqsija parlamentari numru 17599.

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17599, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati fuq bażi full-time b'eżami kompetittiv impjegati mal-gvern fis-servizz pubbliku fi skala 16 jew skali inferjuri matul l-2005? Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali, in-numru ta' l-identita' tagħhom, xi grad għandhom u fejn ġew posted?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt fil-21 ta’ Marzu 2006 għall-mistoqsija parlamentari numru 17599.