Jistgħu l-awtoritajiet tas-saħħa jieħdu passi dwar il-ħafna ġrieden li qed jidhru fl-inħawi fil-bidu ta' San Pawl il-Baħar fejn hemm jarma wieħed bejjiegħ tal-ħaxix ħdejn il-pompi tal-petrol?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li ħaddiema mis-sezzjoni tal-Pest Control tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika għamlu t-trattamenti neċessarji għal kontra l-ġrieden bi tqegħid ta' velenu fi Triq Mosta, San Pawl il-Baħar, speċifikament fejn jarmaw il-bejjiegħa tal-ħaxix ħdejn il-pompi tal-petrol.
Il-problema ser tibqa' tiġi segwita regolarment sakemm l-infestazzjoni tal-ġrieden tiġi taħt kontrol.
Sussegwentament, uffiċjali ta' dan id-Dipartiment mir-Reġjun tat-Tramuntana, ħadu l-passi neċessarji fuq żamma ta' akkumulu ġo għalqafil-viċinanzi tal-post indikat li jista' jikkontribwixxi għat-tkattir ta' ġrieden fl-inħawi.
Jista' il-Ministru jgħid huwiex sodisfatt bit-tagħrif ġeneriku mogħti mill-Kunsill Mediku fir-rapport annwali tiegħu u li dwaru kien hemm ħafna kummenti fil-ġurnali?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha (Kap 31) ġiet revokata bl-Att dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa (Kap 464) li beda fis-seħħ fil-21 ta' Novembru 2003.
Skond l-Ordinanza, il-Kunsill Mediku ma kienx tenut jippubblika rapport annwali. Ir-rapporti annwali li l-Kunsill Mediku ppubblika sas-sena l-oħra ġew magħmulin minnu minn rajh. Ma kienx obbligat jagħmilhom. Dawn ir-rapporti kien fihom fil-qosor dikjarazzjoni ta' l-attivita' tal-Kunsill matul is-sena ta' qabel kull rapport.
Skond l-Att, il-Kunsill Mediku għandu, fl-ewwel tliet xhur tas-sena, jippubblika rapport annwali li jkun fiħ dikjarazzjoni ta' l-attivitajiet imwettqa mill-Kunsill matul is-sena ta' qabel (art 10 (4)). L-Att ġie fis-seħħ f'Novembru 2003, u għalhekk l-ewwel rapport annwali skond l-Att għandu jiġi ppubblikat bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Marzu 2005.
Jista' il-Ministru jgħid jekk jaqbilx li kif imwaqqaf il-Kunsill Mediku għandu membri li jagħmlu xogħol kemm investigattiv u kemm ġudizzjarju u jarax li minflok l-għamla attwali għandux ikollu sotto-kumitati separati, definiti bil-liġi biex imexxu ż-żewġ ħidmiet differenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Skond l-Att dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa, il-Kunsill Mediku għandu s-setgħa li jinvestiga allegazzjonijiet dwar imġieba ħażina professjonali jew ksur ta' etika da parti ta' tabib jew ta' dentista. Din l-investigazzjoni l-Kunsill jista' jagħmilha kemm wara lment minn xi persuna kif ukoll minn jeddu. Minn din is-sena s-smiegħ ta' kull każ qiegħed isir minn sotto-kumitat kompost minn tliet membri, li fil-konklużjoni tas-smiegħ jissottomettu l-provi kollha lill-Kunsill sħiħ, u jkun il-Kunsill sħiħ li jagħti d-deċiżjoni finali. Dan is-sotto-kumitat mhuwiex definit bil-liġi, iżda l-Att imsemmi jagħti lill-Kunsill is-segħta li fl-inkjesti jipproċedi permezz tas-sotto-kumitat (art 10 (2)).
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li l-Kunsill Mediku għandu jxandar, mingħajr dewmien, charter ta' drittijiet tal-pazjenti li jkun jista' jarah kull min ikollu xi ilment xi jressaq?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li fil-preżent il-Kunsill Mediku ma għandux ħsieb li jippubblika Charter ta' drittijiet tal-pazjenti.
Infakkar lill-Onor. Interpellant li tali Charter ġie mniedi mid-Diviżjoni tas-Saħħa għall-pazjenti fl-Isptar San Luqa xi snin ilu.
Jaqbel il-Ministru li l-president tal-Kunsill Mediku għandu jkun elett mill-membri tal-kunsill u mhux bilfors ikun membru jew ex-membru tal-ġudikatura?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Skond l-Att dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa mhux meħtieġ li l-President tal-Kunsill Mediku jkun membru tal-ġudikatura, fil-kariga jew irtirat. Huwa meħtieġ li jkun minn fost professjonisti legali (art 9 (a)). Hija ħaġa għaqlija li l-President tal-Kunsill ikollu esperjenza fil-prattika tal-liġi, b'mod partikolari fl-inkjesti kondotti mill-Kunsill.
Jikkonferma l-Ministru li jekk ikun hemm iktar membri mhux tobba fil-kunsill, dan isir aktar kredibbli?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Jista' jkun li jekk jkun hemm iktar membri mhumiex tobba fil-Kunsill Mediku, dan isir iktar kredibbli f'għajnejn xi wħud. B'danakollu jista' f'dak il-każ jiġri li l-Kunsill ikun inqas effettiv u effiċjenti minħabba l-fatt li l-materji li jiġu diskussi u deċiżi mill-Kunsill huma fil-parti l-kbira tagħhom ta' natura medika, u/jew relatati ma' tobba jew dentisti.
Infakkar lill-Onor. Interpellant li bil-liġi dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa, issa għall-ewwel darba fil-Kunsill Mediku hemm rappreżentanza tal-pubbliku.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex min iressaq xi ilment ma jkollux il-jedd għal spjegazzjoni bil-miktub mingħand il-Kunsill Mediku wara li l-kunsill ikun ħa d-deċiżjoni li ma jissoktax b'xi inkjesta? Jaqbel li d-Data Protection Act tagħti d-dritt li min iressaq xi ilment ikun jista' jara noti mediċi tat-tabib in kwestjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-liġi ma timponix lill-Kunsill Mediku li jagħti spjegazzjoni bil-miktub lil min ikun ressaq ilment li ma jiġix segwit b'inkjesta. B'danakollu hija l-prattika tal-Kunsill li f'każijiet bħal dawn jagħti lil min ikun għamel l-ilment ir-raġunijiet li għalihom ikun iddeċieda li ma ssirx l-inkjesta.
Skond id-Data Protection Act kull pazjent għandu dritt jara l-istorja medika tiegħu.
Jista' il-Ministru jgħid it-teatru ta' l-ortopedija kemm ilu limitat biss għal trawma u operazzjonijiet minuri minħabba l-infection ta' l-MRSA?
Jista' jgħid ukoll jekk hux l-istaff kollu ġie ttestjat minħabba din l-infection?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li tħallsu fuq kontijiet ta' mobile phones bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 lill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu? Min huma l-impjegati li huma ntitolati għal mobile phone fl-istess segretarjat? Xi grad huma? Kemm kienet l-ispiża għal kull mobile phone bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-użu ta' mobile telephones fis-Segretarjat Privat tal-Ministeri u tas-Segretarji Parlamentari huwa regolat minn Guidelines, approvati mill-Kabinett, dwar l-ingaġġ ta mpjegati f'dawn is-Segretarjati. Dawn il-Guidelines jipprovdu li l-Kap tas-Segretarjat, is-Segretarju Privat l-Assistant Segretarju Privat u l-Communications Co-ordinator huma intitolati għall-użu tal-mobile telephone. F'ċerti każijiet jistgħu jkunu ntitolati wkoll impjegati fil-grad ta' Messaġġier kif ukoll xufiera tal-Ministru jew tas-Segretarju Parlamentari.
L-ammont totali ta' flus li tħallsu fuq kontijiet ta' mobile phones użati minn membri tas-Segretarjat tiegħi bejn Jannar 2003 u Settembru 2004 (il-kontijiet ta' Ottubru 2004 għadhom qegħdin jiġu pproċessati) kien ta' Lm1,561.56.
Ma naħsibx li huwa l-każ li tingħata wkoll informazzjoni dwar l-ispiża għal kull mobile telephone.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li qegħdin jistennew is-servizz tal-homehelp u kemm ilhom li applikaw?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament in-numru ta' applikazzjonijiet li l-Bord ta' l-Allokazzjoni għad irid jikkunsidra huwa ta'13. Il-Bord irċieva dawn l-applikazzjonijiet fix-xahar ta' Novembru wara li sar is-Social Worker Assessment. Dawn it-tlettax -il każ applikaw għas-servizz f'Ottubru 2004.
54 -il każ ġew approvati mill-Bord iżda għadhom qed jistennew li jirċievu s-servizz. Dawn applikaw f'Settembru u Ottubru 2004.
Barra minn hekk, għad hemm 40 każ għall-assessment għand is-social workers. Dawn applikaw f'Ottubru u Novembru 2004.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm anzjani jistennew it-tiġdid tal-benefiċċju taħt schedule V li l-applikazzjoni relattiva hija għas-sena 2004?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika jekk hux qed jirreferi għal benefiċċji fl-Ewwel jew fit-Tieni Parti ta' l-iSkeda V tal-Att dwar dwar is-Sigurta' Soċjali.
L-ewwel parti tirrigwarda għajnuna finanzjarja dwar mard u t-tieni parti tirrigwarda l-għoti ta' mediċini b'xejn.
Jista' il-Ministru jagħti dettalji ta' kemm kien hemm twelid f'kull sptar privat u dak pubbliku u kemm minn dawn it-twelid kienu permezz ta' ċesarja għas-snin 2000 sa 2004?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Minkejja li għal raġunijiet ta' kunfidenzjalita' m'hiniex ser nagħmel pubblika din l-informazzjoni, ser ngħaddi din l-istess informazzjoni b'mod kunfidenzjali lill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-policy tad-dipartiment tas-saħħa rigward twelid permezz taċ-ċesarja meta r-rata f'Malta hija kważi d-doppju tar-rakkomandazzjoni maħruġa mill-World Health Organisation?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Diviżjoni tas-Saħħa la għandha u l-anqas tista' tagħmel policy dwar twelid permezz ta' ċesarja minħabba li tali deċiżjoni hija waħda purament klinika.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm kunsilli lokali li din is-sena wieġbu għas-sejħa ta' l-Immunisation Unit biex isir tilqim kontra l-influwenza lill-anzjani 'il fuq minn 65 sena fil-lokalita' tagħhom? Min huma l-kunsilli li taw dan is-servizz u kemm-il tilqima ngħatat f'kull każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid: i) liema huma l-ġranet u l-ħinijiet li matulhom qed jiftħu l-bereġ tal-Ħamrun, Sta. Venera, Valletta, Pieta'/Gwardamangia, Marsa, Qormi, Luqa u Kirkop? ii) x'servizzi jingħataw f'dawn il-bereġ? iii) x'kienet l-attendenza f'dawn il-bereġ sena b'sena mill-1999 'il hawn?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid meta twaqqaf il-health promotion department fi ħdan il-ministeru tas-saħħa, x'kienu l-objettivi oriġinali u jekk dawn intlaħqux? X'kien l-istaff complement tiegħu dakinhar?
Jista' jgħid x'inhuma l-objettivi ta' dan id-dipartiment illum - partikolarment wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea? Jekk, u kif dawn qegħdin jintlaħqu? X'inhu l-istaff complement ta' dan id-dipartiment illum?
Jista' jgħid jekk wasalx iż-żmien li jkun hemm żieda fl-istaff in vista taż-żieda fix-xogħol u s-servizzi li dan id-dipartiment irid ikompli jagħti lill-komunita' anke wara l-ħinijiet normali tax-xogħol, u jidhirlux li sadattant għandha tingħata għallinqas allowance lil dawk li baqgħu volontarjament jagħtu servizz lill-komunita' wara l-ħin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-Health Promotion Department twaqqaf fl-1994 fi ħdan id-Diviżjoni tas-Saħħa bl-għan li jrawwem kuxjenza dwar stil ta' ħajja aktar b 'saħħitaha fil-poplu Malti u Għawdxi, billi jipprovdi nformazzjoni u servizzi li jgħinu lill-poplu jgħix aħjar.
F'dak iż-żmien kien hemm tliet Professional Officers (Health Promotion) u Professional Officer wieħed (Nutrition). Bħala support staff kien hemm tnejn minn nies oħra.
Illum il-ġurnata, l-objettivi tad-Dipartiment jinkludu, fost oħrajn:
li jgħin u jinkorraġġixxu lill-
policymakers
biex jinbnew p
olicies
li jippromovu s-saħħa;
li kontinwament itejjep s-servizzi li joffri lill-publiku biex ikun jista' jgħix aħjar, fosthom kliniċi biex tieqaf tpejjep, kliniċi biex tnaqqas il-piż u
counselling servic
e
s
, fosthom fuq is-saħħa sesswali;
li jibni sħubija ma' stakeholders, kemm lokali kif ukoll ma' pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea, sabiex tkun tista' tinbena pjan ta' azzjoni fis-saħħa;
li jagħmel riċerka dwar is-saħħa tal-Maltin, u dwar id-drawwiet tagħhom f'dik li tirrigwardja saħħithom.
L-istaff fid-Dipartiment bħalissa huwa mqassam kif ġej:
Direttur
Principal Health Promotion Officer 1
Principal Scientific Officer (Nutrition) 1
Scientific Officer (Nutrition) 1
Health Promotion Officer 2
Principal 1
Executive Officer 1
Computer Operator 1
Clerk 2
Technical Designer 2
Senior Pharmacy Technician 1
Senior Tradesman 1
Health Assistant 1
Driver 1
Ix-xogħol tal-Health Promotion Department dejjem qiegħed jiżdied. Illum il-ġurnata, ħafna nies konxi ta' saħħithom, u d-domanda, kemm għall-informazzjoni, kif ukoll għall servizzi, dejjem qiegħed jikber. Dan fiħ innifsu juri kemm id-Dipartiment għamel suċċess bil-kampanji tiegħu. Il-Marketing Strategy li addotta d-Dipartiment qed iwassal il-messaġġ ta' saħħa lil aktar u aktar nies f'kull sfera tal-ħajja.
Iżda dan ifisser ukoll li x-xogħol tad-Dipartiment kiber sew u qed jinħass il-bżonn ta' aktar staff.
Rigward xogħol li jsir wara l-ħin titħallas disturbance allowance.
Jista' il-Ministru jgħid kemm jaħdmu mal-gvern: Radiographers, Medical Laboratory Scientists, Speech Therapists u Physiotherapists? Kemm jitħallsu overtime għal kull settur u kemm hi l-paga net fis-sena għal kull livell f'kull qasam?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 6234 u cioe' jista' jgħid x'inhu n-numru totali ta' diabetiċi f'Malta: 1) maqsuma f'type 1 Diabetics; type 2 Diabetics;2) klassifikati fi gruppi ta' etajiet: 0-10 snin; 11-20 sena; 21-40 sena; 41-50 sena; 51-60 sena u 61-70 sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' diabetiċi f'Malta u f'Għawdex hu imqassam hekk skond il-klinika li jattendu:
St.Luke's Diabetes Clinic 11382
Pazjenti li ilhom ma jattendu 5 snin (St.Luke's) 2586
Floriana Health Centre 2110
Mosta Health Centre 2186
Paola Health Centre 2476
Rabat Health Centre 921
Qormi Health Centre 2071
Cospicua Health Centre 860
Gzira Health Centre 2053
Gozo General Hospital 1558
Total 28203
Total
0-10
11-20
21-40
41-50
51-60
61-70
Type 1
782
25
122
311
208
73
43
Type 2
13273
0
5
238
1723
4817
6490
Dan in-numru huwa ibbażat fuq in-numru ta' pazjenti li jattendu l-kliniċi tal-gvern.
Jista' il-Ministru jinvestiga jekk hux minnu li xi tobba/tabib fil-poliklinika ta' Bormla irrifjutaw li jieħdu l-pressjoni ta' xi pazjenti nhar is-16 ta' Novembru?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Minn investigazzjoni nterna li saret jirriżulta illi f'dak il-jum, tabib ra l-pazjenta msemmija kif suppost u fl-opinjoni professjonali tiegħu ma kien hemm ebda indikazzjoni għalfejn tittieħed il-pressjoni dak in-nhar.
Persuni Mdaħħla l-Isptar minħabba Velenu fl-Ikel -
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il persuna ddaħħlet l-isptar kawża ta' velenu fl-ikel f'Malta u Għawdex separatament matul dawn l-ewwel disa' xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu tas-sena l-oħra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis (SLH), in-numru ta' pazjenti li ddaħlu fl-Isptar San Luqa kawża ta velenu fl-ikel (food poisoning) fl-ewwel tmien xhur ta' din is-sena ammontaw għal 23. Fl-istess perjodu tas-sena l-oħra, jiġifieri bejn Jannar u Awissu ta' 2003, iddaħlu 35 pazjenti b'food poisoning. Fit-terminu food poisoning huma inklużi wkoll infezzjonijiet tas-sistema gastroenteroloġika kkawzati minn viruses li jistgħu jkunu trasmessi mill-ikel (ICD-10 codes: A00-A09 u T61-T62).