Jista’ l-Ministru jgħid x'se jiġri rigward in-Nursing Aids li fl-1996 li ġew imwegħda li se jiġu upgraded għal scale 13 iżda sal-lum baqgħu scale 15?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Skond il-ftehim bejn il-Gvern u l-Unions kkonċernati, Nursing Aides jitilgħu fi Skala 13 fuq bażi personali wara li jkollhom ħames snin servizz ta' Nursing Aide fi Skala 14. L-ewwel grupp ta' Nursing Aides li ser jibbenefikaw minn dan il-ftehim biex jitilgħu fi Skala 13 imisshom fl-1 ta' Jannar 2001. Għalhekk ma nistax nifhem għaliex l-Onor. Interpellant qed tallega li saret xi wegħda lin-Nursing Aide u ma twettqietx.
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru.20593, jista' l-Ministru jgħid jekk fadalx aktar bini fl-isptar il-ġdid li jrid jitwaqqa' u jekk fl-affermattiv, x'inhu l-valur ta' dan il-bini?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li ma fadalx aktar bini x'jitwaqqa fl-Isptar il-Ġdid.
Jista’ l-Ministru jgħid matul din is-sena kemm intalbu siringi b'xejn miċ-ċentri tas-saħħa?
Jista' jagħti l-figuri għall kull ċentru?
Minbarra iċ-ċentri tas-saħħa minn fejn aktar jistgħu jintalbu siringi?
Jista' jagħti wkoll il-figuri għall-dawn il-postijiet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li minn Jannar sa Ottubru ta' din is-sena miċ-Centri tas-Saħħa ntalbu u ngħataw 119,197 siringa b'xejn lil dawk li jsoffru mill-vizzju tad-droga.
Il-figuri għal kull ċentru huma dawn:
Furjana 15,000
Gżira 24,728
Mosta 17,852
Rabat 7,492
Qormi 9,235
Raħal Ġdid 35,360
Bormla 9530
Siringi jistgħu jintalbu biss miċ-Centri tas-Saħħa.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li min għandu diploma fin-nursing tan-95 għadhom bla appointment?
Kemm hemm groups ta' nurses kwalifikati li għadhom bla appointment?
Meta laħqu kull group?
Meta hu mistenni li jingħataw l-appointment kull group?
Il-fatt li għadhom bla appointment kif qed u se tafettwalhom il-paga u l-increments?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li m'hemmx infermiera li ħadu Diploma fin-Nursing fl-1995 u għadhom bla appointment.
In-numru ta' nfermiera kwalifikati li għadhom bla appointment huwa 154 (60 Enrolled Nurses u 94 Staff Nurses) u dawn laħqu kif jidher hawn taħt:
Enrolled Nurses
Numru
Meta Kwalifikaw
6
Ottubru 1999
54
Ġunju 2000
60
Staff Nurses
Numru
Meta Kwalifikaw
50
Ġunju 1999
7
Novembru 1999
37
Ġunju 2000
94
Billi s-sejħiet għall-applikazzjonijiet għall-mili ta' postijiet ta' Enrolled Nurses u Staff Nurses qed jiġu pproċessati mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Il-fatt li għadhom bla appointment ma taffettwalhomx il-paga. Iżda l-increments jibdew sena wara d-data ta' l-appointment.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 20291?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-karozzi ġodda li nxtraw fid-Dekasteru tiegħi mill-1992 sal-lum huwa kif ġej:
Rover
2
Alfa Romeo
2
Hyundai
8
Fiat
3
Daewoo
1
Kia
4
Toyota
2
Seat
1
VW
2
Citroen
1
Mazda
3
Skoda
3
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 19897, jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifra ta' kemm intefqu flus f'hospitality u jagħti breakdown ta' kif intefqu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
"Il-perċentaġġ ikkwotat fil-mistoqsija parlamentari nru. 19897 jirreferi għaċ-ċifra allokata għall-vot ta' hospitality fl-Estimi Ġenerali u għalhekk huwa faċli għall-Onorevoli Interpellant li joħroġ iċ-ċifra li talab.
Dwar breakdown ta' kif intefqet iċ-ċifra m'għandix x'inżid mat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari nru. 19175 fuq l-istess suġġett."
Jista' l-Ministru jindaga għalfejn il-Methadone li jingħata lill-pazjenti tad-Detox Centre ma jkollux artificial sweetener minflok zokkor li qiegħed jikkawża problemi kbar fis-saħħa orali ta' dawn l-istess pazjenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-pazjenti li jattendu d-Detox u li huma 'diabetics', kif ukoll dawk li qegħdin jistennew tarbija jingħataw 'Methadone' b' 'artificial sweetener'. Qegħdin isiru wkoll sforzi biex il-'Methadone' kollu li jinxtara jkun 'sugar-free'.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru testijiet għal HIV din is-sena u kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li n-numru ta` testijiet għall-HIV li saru din is-sena u kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin huma:
SENA TOTAL REQUEST
1991 2461
1992 3131
1993 2369
1994 3935
1995 3963
1996 3912
1997 3809
1998 4249
1999 4264
Matul is-sena 2000 saru (s'issa) 1137 test għall-HIV.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ċittadini Maltin li ħadu t-tilqima kontra l-influwenza miċ-Ċentri tas-Saħħa u sptarijiet f'Malta u Għawdex f'dawn l-aħħar ġimgħat?
Kemm minnhom kienu tfal u kemm anzjani?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li sal-25 ta` Ottubru 2000 ċittadini Maltin li ħadu it-tilqima kontra l-influwenza f'Malta u Għawdex kienu hekk:
Ċentru tas-Saħħa Furjana
(Mill-Floriana Immunisation Service Clinic jinkludi ukoll vaccin lill-Istaff tad-Dipartiment u vaccin ieħor fil-komunita` in ġenerali barra minn dak esegwit mill-MMDNA) 6233
Ċentru tas-Saħħa Mosta
2385
Ċentru tas-Saħħa Rabat
1057
Ċentru tas-Saħħa Qormi
2237
Ċentru tas-Saħħa Gżira
1120
Ċentru tas-Saħħa Raħal Ġdid
1902
Ċentru tas-Saħħa Bormla
816
Għawdex (Ċentru tas-Saħħa u Komunita`/Sptar Ġenerali)
1753
SVPR/Mtarfa Home
1370
Sptar San Luqa
1140
Sptar Sir Paul Boffa
150
Sptar Monte Carmeli
700
Sptar Zammit Clapp
172
Sptar Capua
12
Corradino Correctional Facilities
150
Medical Stores
100
MMDNA (Servizzi fil-Komunita`)
805
Djar ta` l-Anzjani
1437
Kunventi
108
Kunsilli Lokali
1487
Adult Training Centre
180
Ir-risposta dwar kemm minnhom kienu tfal u kemm anzjani tingħata f'seduta oħra minħabba li din l-informazzjoni għad mhiex miġbura.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 20153, jista' l-Ministru jinformani bin-numru ta' tobba, nurses u l-istaff kollu li kien hemm xahar b'xahar fiċ-Ċentru tas-Saħħa fir-Rabat għall-perijodu bejn Jannar u Settembru 2000?
Response (DEGUARA, LOUIS)
It-tobba, nurses, paramediċi u l-istaff kollu li jaħdem fiċ-Centru tas-Saħħa tar-Rabat jaħdem f'dan iċ-Centru fuq bażi permanenti fuq sistema ta' rosters u f'ċertu każi attendenza "sessional". Bejn Jannar u Settembru 2000, kull xahar dejjem kien hemm l-istess numru ta' staff allokat f'dan iċ-Centru tas-Saħħa li hu dan:
Tobba: 2 mit-8.00am sas-1.00pm
1 bejn is-1.00pm u l-5.00pm
Bejn Jannar u 7 ta' Mejju 2000 kien hemm ukoll tabib wieħed bejn il-5pm - 8pm u bejn it-8pm - 8am l-għada. Minn Mejju, minħabba n-nuqqas ta' tobba fiċ-Centri tas-Saħħa, dan is-servizz waqaf u bejn il-5 ta' filgħaxija u t-8 ta' l-għada filgħodu ma jkunx hemm tobba fiċ-Centru tas-Saħħa tar-Rabat.
Konsulent Mediku: 1 - jattendi sitt darbiet fix-xahar
Deputy Nursing Officer - 1 (bir-roster 3 ijiem minn erba')
Staff Nurse - 3
Staff Nurse Part-Time - 1
Enrolled Nurse - 6
Enrolled Nurse Part-Time - 1
Health Assistant - 2
Nursing Aides - 4
Security Officers (HSO) - 4
Cleaners - 2
Telephone Operator - 1
Da l-istaff jaħdem b'roster. Kuljum ikun hemm:
Nurses: mis-7am sas-2.30pm bejn 6 sa 9 kuljum (waħda minnhom tmur il-Bereġ tad-distrett) skond kif ivarja r-roster. Wara 2.30pm bejn 1 sa 3 nurses sat-8pm.
Health Assistant u Nursing Aides: 3 mis-7am sas-6pm u 1 jew 2 sat-8pm.
Telephone Operator: 1 - (jalterna ma' Health Assistant).
Security Officer: 1 - matul 24 siegħa kuljum.
Cleaner: 1 jew 2 skond kif jaħbat ir-roster.
Bejn Jannar u Mejju 2000 bil-lejl bejn it-8 ta' filgħaxija u s-7 ta' filgħodu kien ikun hemm staff (barra t-tabib) li kien jikkonsisti f'nurse, health assistant/nursing aide u HSO. Minħabba illi mis-7 ta' Mejju 2000 iċ-Centru tas-Saħħa tar-Rabat jagħlaq fit-8pm minħabba nuqqas ta' tobba, dan l-istaff ma għadux ikun hemm iżda f'dak il-ħin qed jaħdem f'Centri tas-Saħħa oħra. Security Officer jibqa' bil-lejl ir-Rabat.
ECG Technician: 1 - jattendi ġurnata ġimgħa iva u ġimgħa le.
Radjografu: 1 - jattendi 3 darbiet fil-ġimgħa.
Speech Therapists: 2 - waħda minnhom tattendi wkoll l-iskola speċjali tal-Wardija
Dentist: 1 - jattendi kuljum mit-Tnejn sas-Sibt
Dental Hygienist: 1 - jattendi ġurnata waħda fil-ġimgħa.
Well Baby Clinic: darba fil-ġimgħa nhar ta' Sibt - attenduta minn tabib minn St. Luke's, u nurse mit-team tal-Well Baby Clinic li jservi ċ-Centru tas-Saħħa kollha.
Diabetes Clinic: jattendi Konsulent minn St. Luke's darba fix-xahar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 20151 għal perijodu bejn Jannar u Ottubru ta' din is-sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li n-numru ta' persuni li użaw iċ-Ċentri tas-Saħħa tar-Rabat matul Jannar u Settembru ta' din is-sena kien hekk:
Jannar 6189 li jinkludi 97 viżta fid-dar
Frar 5924 li jinkludi 73 viżta fid-dar
Marzu 6790 li jinkludi 82 viżta fid-dar
April 6088 li jinkludi 71 viżta fid-dar
Mejju 5190 li jinkludi 46 viżta fid-dar
Ġunju 4525 li jinkludi 42 viżta fid-dar
Lulju 4897 li jinkludi 48 viżta fid-dar
Awwissu 4726 li jinkludi 43 viżta fid-dar
Settembru 4272 li jinkludi 33 viħta fid-dar
Il-figuri ta' Ottubru 2000 ma jistgħux jingħataw għalissa għaliex ix-xagħar għadu ma spiċċax.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'hospitality mill-vot ta' l-Estimi Ġenerali 2000 bejn l-1 ta' Jannar, 2000 sas-6 ta' Ottubru, 2000?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul il-perjodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant, l-ispiża f'hospitality kienet ta` 58% tal-vot allokat għal hospitality.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-pilloli Aspirin enteric coated tab u l-pilloli Zoccer 20mg humiex out of stock fl-Isptar San Luqa? Jekk fl-affermattiv x'passi qiegħed jieħu l-gvern? Jekk le, meta kienu out of stock?
Jista' jgħid ukoll meta huwa maħsub li dan il-proġett ikun kompletament lest?
Response (DEGUARA, LOUIS)
B'referenza għall-mistoqsija Parlamentari numri 19960 rigward jekk il-pilloli Zocor u Aspirin Enteric coated kienux out of stock jirriżulta li l-pilloli Aspirin 75mg Enteric coated ma kienux out of stock mill-ewwel ġimgħa ta' Awissu sal-14 ta' Ottubru ta' din is-sena mill-ispiżerija ta' l-Isptar. Il-pilloli Zocor 10mg kienu nieqsa mill-Ispiżeriji ta' l-Isptar San Luqa bejn it-12 u l-20 ta' Lulju ta' din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid jekk żdidux is-self referrals mindu kellhom jitnaqqsu l-ħinijiet tal-ftuħ ta' xi ċentri tas-saħħa minħabba nuqqas ta' tobba?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress illi r-records fir-reġistru tal-pazjenti li attendew l-Emerġenza ma jiddistingwux bejn każijiet referred u self-referred, huwa impossibli li toħroġ statistika fi żmien qasir biex tistabbilixxi jekk żdiedux dawk il-każijiet self-referred mindu tnaqqsu l-ħinijiet ta' ftuħ ta' xi ċentri tas-Saħħa.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx analisi fuq is-saħħa tal-poplu, speċjalment fuq dik il-parti fejn qed ikunu affettwati bit-trab iswed kkaġunat mil-power station?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li l-ambjent ma jaqax taħt il-kompitenza tad-Dipartiment tas-Saħħa u peress li qatt ma ntalab jagħmel dan it-tip ta` rapport sa llum ma sar l-ebda analiżi fuq l-effett ta` trab iswed ikkaġunat mill-power station fuq is-saħħa tan-nies mid-diviżjoni tas-Saħħa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inġibet kwantita' ta' vaccine ta' l-influwenza?
Kemm tiswa lill-Gvern u kif tqassmet?
Jista' jgħid kemm hawn stock bħalissa ta' vaccine ta' l-influwenza fil-polikliniċi, fl-isptarijiet tal-gvern, f'S.V.P.R u fid-djar ta' l-anzjani tal-gvern?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-kwantita' ta' vaccin kontra l-influwenza li nġiebet din is-sena kienet 27,500. Dan kien 2500 iżjed mis-sena li għaddiet.
In-nefqa għal din il-kwantita' ta' vaccin kienet tammonta għal 55,275 liri sterlini.
Il-vaccin tqassam mill-FIS taċ-Centru tas-Saħħa tal-Furjana u tqassam hekk:
Għawdex
1850 (li minnhom 350 l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u 1500 fil-komunita')
SVPR u Mtarfa Home
1370
Sptar San Luqa
1140
Sptar Sir Paul Boffa
150
Sptar Monte Carmeli
700
Sptar Zammit Clapp
172
Sptar Capua
12
Corradino Correctional Facilities
150
Medical Stores
100
MMDNA (Servizz fil-Komunita')
815
Djar tal-Anzjani
1437
Kunventi
108
Kunsill Lokali
1487
Adult Training Centres
180
Centri tas-Saħħa (Malta)
17,829
Fil-25 ta' Ottubru 2000 l-istock ta' vaccin li fadal kien hekk:
Centru tas-Saħħa Furjana (FIS)
896
Għawdex
97
Centru tas-Saħħa Mosta
115
Centru tas-Saħħa Rabat
243
Centru tas-Saħħa Gżira
80
Centru tas-Saħħa Qormi
63
Centru tas-Saħħu Bormla
84
Centru tas-Saħħa Raħal Ġdid
598
MMDNA
10
Skond l-informazzjoni li għandu l-FIS fil-postijiet l-oħra fejn tqassam il-vaccin ma fadalx stock.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li se jkunu l-kontijiet pendenti u spejjeż konnessi li mhux se jilħqu jkunu mħallsa sa tmien din is-sena?
Fis-supplementary estimates kemm huwa stmat li se jkun l-ammont meħtieġ biex ikopri ammonti mhux koperti fl-estimi għas-sena 2000?
Response (DEGUARA, LOUIS)
"Bħal ma normalment isir, il-Ministeru qed jagħmel kull sforz biex ma jitħallewx kontijiet pendenti għas-sena d-dieħla.
Jien infurmat li bħalissa qed isir l-ikkuntjar neċessarju biex wieħed jasal għal figuri totali li fuqhom jiġi eventwalment deċiż jekk jew kemm ikun hemm bżonn fondi supplimentari fil-voti tal-Ministeru. Jien infurmat ukoll iżda li stimi tat-tip mitluba mill-onorevoli interpellant jistgħu ivarjaw sostanzjalment bejn issa u l-għeluq tas-sena finanzjarja u għalhekk ma narax l-utilita' li jingħataw"
Jista’ l-Ministru jgħid jekk waqqafx il-Breast Care Steering Committee?
Jekk iva, meta twaqqaf?
Min huma l-membri tal-kumitat?
Kemm-il darba ltaqa'?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Kif indikat fir-rakkomandazzjonijiet tan-National Advisory Committee on Breast Screening, id-Diviżjoni tas-Saħħa qed tieħu l-passi meħtieġa sabiex jitwaqqaf Breast Care Unit speċjalizzat skond it-timeframe speċifikat fir-rapport.
Fil-mument opportun kmieni s-sena d-dieħla, meta l-Breast Care Unit ikun beda jiffunzjona, jitwaqqaf il-Breast Care Steering Committee biex jiġi monitorjat il-progress fuq ir-rakkomandazzjonijiet l-oħra li hemm fir-rapport tan-National Committee.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 20482?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ta' min jinnota li dan it-twaqqiegħ primarjament, ġie kkawżat mid-deċiżjoni tal-Gvern Preċedenti meta ddeċieda li jkabbar l-isptar il-Ġdid u ma jħalliħx sptar ta' 480 sodda.
Infurmat li l-bini li issa twaqqa' fit-tibdil tal-pjani li saru għall-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq ġie jiswa Lm392,420 (i.e. Blokk C u ċ-ċumnija taħt il-ftehim l-antik).
L-ammont biex twaqqa' dan il-bini telgħa għal Lm83,497.