Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #12349 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal il-gvern matul is-sena finanzjarja li għaddiet mill-VAT mill-għaqdiet sportivi? Jista' l-Ministru jelenka liema kienu dawn l-għaqdiet u kemm kull għaqda ħallst f'VAT?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena finanzjarja 1999 kien hemm żewġ organizzazzjonijiet marbuta ma` l-isport li ħallsu xi ammont ta` VAT fuq attivita` taxxabbli. It-total miġbur kien ta` Lm191.30.
Leg 9 PQ #12352 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu d-dħul li qed jippjana li jdaħħal matul din is-sena finanzjarja mill-VAT impost fuq it-telefonati? Dawk l-anzjani u/jew morda li għandhom it-Telecare se jiġu eżentati mill-ħlas tal-VAT fuq telefonati?

Response (DALLI, JOHN)

F`din l-ewwel sena ta` VAT fuq it-telefonati, il-Gvern qed jistenna li jdaħħal mhux anqas minn miljun lira netti. Għat-tieni parti tal-Mistoqsija, ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Att ta` l-1998 dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud ma jipprovdix għal ħelsien mill-ħlas tal-VAT fuq telefonati magħmula minn dawk l-anzjani u\jew morda li għandhom it-Telecare.
Leg 9 PQ #12508 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Millenium Bug

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa totali tal-gvern fuq it-tħejjijiet għall-Millenium Bug? Iħoss li kif għamlu pajjiżi oħra, bħall-Ingilterra, din in-nefqa għandha tiġi riferuta lin-National Audit Office għall-investigazzjoni bil-għan li aktar tard tkun tista' tiġi diskussa wkoll fi ħdan il-Public Accounts Committee?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel parti tal-mistoqsija qed jinġabar u se jingħata aktar `l quddiem fi tweġibiet individwali għall-mistoqsijiet magħmula mill-Onorevoli Joseph Cuschieri lil kull Ministru. Għat-tieni parti tal-mistoqsija, ngħid li n-natura tan-nefqa taqa` purament taħt il-parametri normali ta` l-operat amministrattiv tad-diversi dipartimenti tal-gvern. Jekk in-National Audit Office iħoss li għandu jidħol f`dawn in-nefqiet, dan jista` jagħmel hekk meta jrid għax din hi prerogattiva tiegħu.
Leg 9 PQ #12509 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

White paper fuq il-privatizzazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irċieva sottomissjonijiet il-Gvern dwar il-white paper dwar il-privatizzazzjoni u mingħand min?

Response (DALLI, JOHN)

Il-Gvern għadu ma rċieva ebda sottomissjoni dwar il-white paper dwar il-privatizzazzjoni.
Leg 9 PQ #12153 Sitting 217 2000-01-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Koperattiva Maltija tas-Sajd — Diesel duty free

Question

Jista' l-Ministru jinformana bl-iżviluppi li saru fil-laqgħa li kellu mal-Koperattiva Maltija tas-Sajd Ltd dwar it-talba tagħhom għad-diesel duty free skond KAP 395 Sec Sch Art 3(1) u 3(2)? Meta fil-fatt se jiġu rikonoxxuti t-talbiet ta' dawn is-sajjieda skond Avviż Legali Nru 91/97?

Response (DALLI, JOHN)

Tajjeb li l-Onorevoli Membru jkun jaf li t-talba tas-sajjieda tirrigwardja dazzju tas-sisa (excise duty) filwaqt li l-ligi Kap. 395 u l-Avviż Legali 91\97 jirrigwardjaw it-taxxa tac-CET, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta` Lulju 1997 sa l-aħħar ta` l-1998. Għalhekk, kull referenza għal din l-leġislazzjoni fir-rigward tat-talba tas-sajjieda hi kompletament `out of context`. Tant hu hekk li, anke fi żmien l-Amministrazzjoni Laburista, id-diesel użat fuq il-biċċiet tal-baħar, għal skopijiet ta` sajd mis-sajjieda, kien suġġett għad-dazzju tas-sisa (excise duty). Fir-rigward tas-suġġett in kwistjoni, saret laqgħa bejn il-Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd Ltd u rappreżentanti tal-Ministeru tal-Finanzi u tal-Ministeru tal-Biedja u Sajd, u li kienet ippresjeduta mill-Ministru responsabbli mill-biedja u sajd, fejn ġew iċċarati xi punti u l-koperattiva ġiet mitluba ċerta informazzjoni.
Leg 9 PQ #12239 Sitting 217 2000-01-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Festi tal-Millenju — Infiq

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li r-regolamenti finanzjarji ġew il-ħin kollu osservati fl-ispejjeż kollha li ntefqu in konnessjoni maċ-ċelebrazzjonijiet tal-Millenju?

Response (DALLI, JOHN)

Kif jaf l-Onorevoli Interpellant, ġie mwaqqaf kumitat `ad hoc` taħt il-Ministeru ta` l-Edukazzjoni biex jieħu ħsieb l-organizzazzjoni ta` dawn iċ-ċelebrazzjonijiet. Kull uffiċjal pubbliku huwa konxju li fejn jidħol infiq pubbliku dan għandu jsir skond ir-Regolamenti Finanzjarji.
Leg 9 PQ #12242 Sitting 217 2000-01-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi Interni — Arranġamenti finanzjarji

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma l-arranġamenti finanzjarji li daħal għalihom il-gvern biex akkwista premises ġodda temporanji għad-Dipartiment tat-Taxxi Interni fil-Furjana? Kif ġie ddentifikat is-sit konċernat? Minn min ġew immexxija it-trattattivi u n-negozjati għall-akkwist ta' dan il-fond kemm min-naħa tal-gvern kif ukoll min-naħa tas-sidien privati tal-fond?

Response (DALLI, JOHN)

L-arrangamenti finanzjarji li daħal għalihom il-Gvern biex akkwista il-premises temporanji ġodda fil-Furjana huma il-ħlas ta` kera ta` Lm8,400 (eskluż il-VAT) kull sena għal tlett snin. Id-Dipartiment kellu bżonn għal żmien temporanju post ieħor bħala riżultat tal-introduzzjoni tas-sistema tas-Self Assessment. Din ġabet magħha it-twaqqif ta` sezzjonijiet ġodda fi ħdan id-Dipartiment tat-Taxxi Interni flimkien ma` proċeduri u sistemi ta` xogħol differenti minn tal-passat. Id-Dipartiment ma kellux post fejn iżomm dawn is-Sezzjonijiet ġodda u fl-istess ħin jibqa` għaddej bix-xogħol ta` qabel. Billi dan il-fond kien għadu kif tbattal, u jinsab eżatt quddiem Block 4 tad-Dipartiment fejn normalment imorru il-maġġoranza tan-nies li jkollhom bżonn jinqdew fuq it-taxxa, saru arranġamenti biex il-post jinkera għal tlett snin sa kemm ikunu jistgħu jitlestu xi xogħolijiet fuq Block 4. Il-posizzjoni u l-kundizzjoni ta` dan il-post offrew lid-dipartiment il-vantaġġ: 1. li jkun f`pożizzjoni li jokkupa l-post fl-iqsar żmien posibbli għax ma kienx ilu li tbattal, kien diġa` jintuża bħala uffiċċju u għalhekk ma kienx hemm il-bżonn ta` xi xogħlijiet kbar; 2. li jkun jista` jingħaqad mas-sistema tal-Computers tad-dipartiment bl-inqas spejjeż għall-infrastruttura tagħha; 3. li jkun jista` jagħmel supervizjoni tajba; u 4. dan huwa importanti ħafna, li l-pubbliku ma jkollux skariġġ żejjed jew ħafna ġiri bla bżonn jekk ikollu l-bżonn ikun f`xi uffiċċju ieħor tad-dipartiment jew il-Cash Office biex jinqeda. It-trattativi għall-akkwist ta` dan il-fond kienu immexxija mill-Kummissarju tat-Taxxi Interni min-naħa tal-gvern u s-Sur Joe Schembri għan-naħa tas-sidien privati. Il-Kuntratt tal-kera sar min-Nutar tal-gvern.
Leg 9 PQ #12203 Sitting 216 2000-01-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Xiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi bejn l-1987 u l-1996 mill-Ministeru, dipartimenti u mill-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'marka jew ditta kienu dawn il-karozzi? Jista' jgħid kemm ġew jiswew fi flus il-karozzi b'mod separat?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant jinsab fil-listi li qed inpoġġgi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #12101 Sitting 214 1999-12-17 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru tal-Finanzi

HSBC — Bejgħ lill-Mid-Med Bank

Question

Peress li d-dokumenti u informazzjoni dwar il-bejgħ tal-Mid-Med Bank lill-HSBC huma materja ta' dokumentazzjoni li żgur tinsab bil-lest fil-files rilevanti, jista' l-Ministru jekk jgħoġbu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti li diġa' tlabtu f'mistoqsijiet parlamentari numru 11838 u 11951, jiġifieri: (a) kopja tad-dokumenti kollha li ġew fis-seħħ bil-ftehim bejn il-gvern u l-HSBC dwar l-bejgħ tal-Mid-Med Bank; (b) lista tal-garanziji kollha tal-ftehim a favur tal-Mid-Med li kienu fis-seħħ meta ġie ffirmat il-konvenju ta' bejgħ imsemmi; u (ċ) lista ta' garanziji fis-seħħ meta ġie ffirmat il-kuntratt u fl-1 ta' Diċembru, 1999 liema dokumenti għandhom kollha jkunu bla ebda tnikkir miftuħa għal pubbliku, fl-interess nazzjonali?

Response (DALLI, JOHN)

M`għandi xejn x`inżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 11951.
Leg 9 PQ #12134 Sitting 214 1999-12-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Finanzi

Romol — Taxxa

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 11980?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija ngħatat f`seduta 211.
Leg 9 PQ #12135 Sitting 214 1999-12-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Banek — Bank Ċentrali - Implikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi studji mill-gvern jew mill-Bank Ċentrali dwar l-implikazzjonijiet makroekonomiċi fuq l-ekonomija Maltija ta' l-EMU u l-introduzzjoni tal-EURO? Jekk iva, jistgħu jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fil-qadi tal-missjoni tiegħu, l-Bank Ċentrali dejjem iqis x`implikazzjonijiet jistgħu jkollhom għall-ekonomija ta` Malta żviluppi ekonomiċi w finanzjarji nternazzjoniali, inklużi dawk li jissemmew fil-mistoqsija. Il-konklużjonijiet li jasal għalihom il-Bank jiġu riflessi fl-analiżi li tidher regolarment fil-pubblikazzjonijiet tiegħu.
Leg 9 PQ #11862 Sitting 212 1999-12-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-Lottu Pubbliku — Għoti lill-għaqdiet filantropiċi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9784, jista' l-Ministru jikkonsidra li s-Soċjeta' Mużikali San Girgor, Sliema tibda tgawdi hi wkoll bħal soċjetajiet oħra min income minn banka tal-lotto?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li wara qbil li kien intlaħaq fl-1995 bejn id-Dipartiment tal-Lottu u l-Għaqda tar-Riċevuti tal-Lottu dwar il-ħlas ta` kummissjoni lill-Riċevituri li kienu jmexxu Banek tal-Lottu assenjati lis-Soċjetajiet tal-Banda u Għaqdiet oħra, il-policy li jiġu assenjati Banek tal-Lottu ġodda lill-Soċjetajiet u Għaqdiet simili ġiet sospiżi.
Leg 9 PQ #11951 Sitting 212 1999-12-16 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru tal-Finanzi

HSBC — Bejgħ lill-Mid-Med Bank

Question

Peress li d-dokumenti u informazzjoni dwar il-bejgħ tal-Mid-Med Bank lill-HSBC huma materja ta' dokumentazzjoni li żgur tinsab bil-lest fil-files rilevanti, jista' l-Ministru jekk jogħġbu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, id-dokumenti li tlabtu f'mistoqsija parlamentari numru 11838, jiġifieri: (a) kopja tad-dokumenti kollha li ġew fis-seħħ fil-ftehim bejn il-Gvern u l-HSBC dwar il-bejgħ tal-Mid-Med Bank; (b) lista tal-garanziji kollha tal-Gvern a favur tal-Mid-Med li kienu fis-seħħ meta ġie ffirmat il-konvenju ta' bejgħ imsemmi; u (ċ) lista ta' garanziji fis-seħħ meta ġie ffirmat il-kuntratt u fl-1 ta' Diċemembru, 1999?

Response (DALLI, JOHN)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra d-dokumenti mitluba. Xi wħud minn dawn id-dokumenti kienu diġa mqiegħda fuq il-mejda tal-kamra. Qiegħed inpoġġi wkoll fuq il-mejda tal-kamra lista tal-garanzija : a) fil-31 ta` ta` Diċembru 1999
Leg 9 PQ #11922 Sitting 211 1999-12-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment ta' l-Isport — Vot

Question

Jista' l-Ministru jgħid mil-liema vot jew line item is-somma ta' Lm200,000 se tingħata lid-Dipartiment ta' l-Isport? Kif ġie deċiż li s-somma tkun ta' Lm200,000?

Response (DALLI, JOHN)

Għas-sena 2000, id-Dipartiment ta` l-Isport ġie allokat Lm200,000 fil-Vot Kapitali III `Edukazzjoni` Item 15 `Faċilitajiet Sportivi`. Biex jiġi deċiż l-ammont ta` allokazzjoni, jitieħed in konsiderazzjoni l-programm ta` xogħol konness ma` din l-Item għas-sena li għaliha tirreferi l-istess allokazzjoni. Minn barra dan l-ammont, id-Dipartiment ta` l-Isport se jibbenifika wkoll minn facilita` finanzjarja addizzjonali ta` Lm200,000 oħra pprovduti mid-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku għall-istess għanjiet. Dan l-ammont ma jidhirx fl-Estimi.
Leg 9 PQ #11926 Sitting 211 1999-12-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Karozza mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-risposta li ta l-Ministeru tal-Finanzi lill-Awditur Ġenerali dwar il-mistoqsijiet imqajma fir-Rapport għall-1998 li l-kiri tal-karozza tal-Ministru se tqum Lm25,678 u għaliex ġiet mikrija flok mixtrija?

Response (DALLI, JOHN)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra r-riposta li ngħatat lill-Awditur Ġenerali.
Leg 9 PQ #11966 Sitting 211 1999-12-16 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Impjegati - Overtime

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown tas-sigħat u ammont ta' flus maħduma bħala overtime mill-uffiċjali fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni, imqassma sezzjoni, sezzjoni, għas-sena 1999? Jekk hemm xi uffiċjali li ħadmu f'sezzjoni differenti minn dik tagħhom, jista' l-Ministru jindika f'liema sezzjoni jaħdmu l-ħin normali u f'liema sezzjoni ħadmu l-overtime?

Response (DALLI, JOHN)

In-numru ta` sigħat u l-ammont ta` flus maħduma bħala overtime fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni għas-sena 1999 huma kif jidhru fl-annex hawn mehmuż u li tidher hawn taħt. Wieħed irid jinnota li l-overtime li jidher taħt kull sezzjoni mhux neċċessarjament inħadem fuq xogħol li jaqa` taħt is-sezzjoni konċernata. Ħafna uffiċċjali ġew mitluba jagħmlu overtime f`sezzjonijiet oħra minn dawk li normalment jaħdmu fihom. Dan fil-biċċa l-kbira kien xogħol straordinarju, ħafna minnu taħt is-sistema tas-Self Assessment il-ġdida. Billi l-overtime maħdum minn kull uffiċjal jiġi rregġistrat f`ismu u fis-Sezzjoni fejn is-soltu jkun xogħlu ma tistax tingħata analiżi ta` kemm minn dan l-overtime inħadem f`sezzjonijiet oħra. Id-Dipartiment introduċa bi prova sistema ta` bonus li jitħallas f`forma ta` overtime. Section Hours Paid Acco unts 2866.29 8369.57 Administration 9846 .41 28751.52 Appeals 693.00 2023 .56 Blk 6 1410.25 4117.93 Blk 1 (Clubs etc) 808.50 2360.82 BOWIE 2447.52 7146.76 BSC 207.00 604.44 Capita l Gains 1819.00 5311.48 Cash Office 4802.50 14023.30 CCD 7089. 00 20699.88 CHD 4040.00 11796.9 2 Collection 8010.00 23389.20 Companie s 7992.95 23339.41 Computers 4366.4 9 12750.15 CTD 15951.08 46577.15 DPU 2107.16 9462.73 Employments 9796.89 28606.92 Expatriates 3270.50 9549.86 FCS 3449.00 10071.08 FS S 5746.50 16779.78 Gozo 6034.60 17621.03 ITU 1009.50 2947.74 L edgers 5142.50 15016.10 Maintenance 3657.02 10678.49 Monte di Pieta 3073.75 8975.35 Non Residents 647.00 1889.24 Objections 2720.50 7943.86 P6`s 4883.25 142 59.09 PAYE 3154.25 9210.41 Personnel 1103.25 3221.49 Refunds 2004.25 5852.41 Registry 638.50 1864.42 Re search 696.75 2034.51
Leg 9 PQ #11967 Sitting 211 1999-12-16 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Impjegati - Data capturing

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema mertu ntgħażlu l-uffiċjali biex jagħmlu l-overtime ta' data capturing għas-sena ta' stima 1999? Jista'l-Ministru jgħid għaliex hemm numru ta' assessuri li ma ġewx magħżula?

Response (DALLI, JOHN)

Id-data capturing sar mill-uffiċjali tad-Data Processing Unit u minn numru ta` Clerks u Executive officers minn diversi taqsimiet li nqalgħu mix-xogħol ta` data capturing matul il-ħin normali tax-xogħol. Peress dan ix-xogħol ta` data capturing ried isir matul il-ġurnata kollha, ntgħażlu dawk l-uffiċjali li x-xogħol normali tagħhom seta` jsir f`ħin ieħor bl-inqas impatt fuq ix-xogħol u s-servizz li jagħti d-dipartiment. Ix-xogħol ta` data capturing mhuwiex xogħol l-assessuri li l-maġġoranza tagħhom huma tal-gradi ta` Principal Officers u Assistant Principals.
Leg 9 PQ #11969 Sitting 211 1999-12-16 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Audit trail

Question

Jirriżultalu l-Ministru li meta jitqabblu l-audit trail fejn ikun hemm indikat l-uffiċjal li għamel id-data capturing tal-formula għas-sena ta' stima 1999, u l-ħin li l-aħħar sar ix-xogħol bil-computer mal-kopja ta' l-overtime sheets għall-perijodu 15 ta' Novembru sas-26 ta' Novembru 1999, jirriżultalux li hemm ħin sostanzjali bejn l-aħħar entry fuq il-computer u l-ħin tat-tluq fuq l-overtime sheet? F'dawn il-każi x'kien ix-xogħol li kien qiegħed isir matul dan il-ħin? Jekk jirriżultalu li xi uffiċjali ntbagħtu d-dar għaliex laħqu l-kwota, x'kienet din il-kwota, min awtorizza t-tluq ta' l-uffiċjali lejn id-dar u jekk jitħallsux meta ma jkunux fl-uffiċċju?

Response (DALLI, JOHN)

Nassuni li l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għax-xogħol ta` data capturing tal-formola għas-sena ta` stima 1999. Ninsab infurmat li d-Dipartiment ħass li f`dan ix-xogħol ta` data capturing seta jħaddem skema ta` inċentiv bi prova li kienet ibbażata fuq l-output. Ninsab infurmat li d-dipartiment huwa sodisfatt ħafna bix-xogħol li sar u jħoss li skemi ta` inċentiv bħal dawn għandhom ikunu mirquma u żviluppati fil-futur anke biex ikopru xogħol ieħor fid-dipartiment.
Leg 9 PQ #11980 Sitting 211 1999-12-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Finanzi

Romol Taxxa

Question

Jista'l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 11908?

Response (DALLI, JOHN)

Il-Politika fiskali tal-Gvern tkun imħabbra meta jkun il-waqt.
Leg 9 PQ #12063 Sitting 210 1999-12-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Karozza

Question

Jista'l-Ministru jgħid x'kien il-make tal-karozza li ġiet leased mill-Ministeru?

Response (DALLI, JOHN)

L-informazzjoni ngħatat fir-risposta għall-mistoqsija numru 6760.