Legislature:
Category:
Reset
Active:

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Enti pubbliċi

Question

Tista' il-Ministru tgħid liema huma l-kumpanniji jew awtoritajiet/corporations li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Min huma d-diretturi tal-bord, jew membri tal-bord, ta' kull waħda mill-enti imsemmija aktar 'il fuq? X'inhu l-ħlas annwali ta' kull membru u direttur?

Response (CRISTINA, DOLORES)

B'referenza għall-ewwel u t-tieni parti tal-Mistoqsija, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ser tingħata għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 16425. Għat-tielet parti tal-Mistoqsija ninsab infurmata li l-informazzjoni ser tinġabar biex tingħata b'mod komplet fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 16425.

Sigurta' Soċjali — Benefiċċji soċjali

Question

Jista' jiġi vverifikat il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament dwar x'servizzi soċjali hija ntitolata għalihom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Konsulenza

Question

Tista' il-Ministru tagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tagħha, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtha, għamel użu minnhom matul is-sena 2005? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f'xi Seduta oħra.

Xogħol f'residenza

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex ix-xogħol li suppost beda fuq l-appartament li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, twaqqaf?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li x-xogħol li għamel referenza għalih l-Onor. Interpellant kien wieqaf minħabba problemi legali. Ninsab infurmata wkoll li dawn il-problemi issa ġew riżolti u xogħol mistenni jibda fil-ġranet li ġejjin.

Sigurta' Soċjali — Każ dwar pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tara li anzjan li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, u li qiegħed jgħid li qed jeħdulu aktar flus fix-xahar mill-pensjoni għax jinsab rikoverat fl-SVPR, jiġi spjegat lilu kemm għandu jagħti, kemm għandu pensjoni u kemm għandu jieħu flus fix-xahar għalih?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.

Raħal Ġdid — Appartament tal-gvern

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16321, niġbed l-attenzjoni tal-Ministru għall-bżonn li l-komun jiġi miżbugħ.

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet nota ta' l-osservazzjoni tiegħu u d-Dipartiment konċernat ser jimxi kif indikajt fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Numru 16321, li jien tajt f'Seduta Numru 337, fid-dawl tal-prijoritajiet u talbiet aktar urġenti li d-Dipartiment għandu u li jkollu regolarment.

Sigurta' Soċjali — Każ dwar pensjoni

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16459 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek, tista' jekk jogħġbok tara jekk arma li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li r-raġael tagħha kien jaħdem it-tarzna għandhiex dritt għas-somma mit-tarzna? Tista' din is-sinjura tiġi nformata direttament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.

Għajnuna fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li qegħdin jingħataw l-għajnuna fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, maqsuma skond il-lokalita?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sussidju fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma -

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16327 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek, tista' jekk jogħġbok tgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jikkwalifikax minn sussidju fuq il-kontijiet ta' l-ilma u tad-dawl minħabba li huwa anzjan?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.

Appartament tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tara li jittieħdu l-passi neċessarji biex il-kondizzjoni ta' post tal-gvern li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jiġi rranġat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar ma għandha ebda applikazzjoni pendenti mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Din il-persuna tista’ tapplika taħt Skema W dwar Sussidju fuq Xogħlijiet ta’ Irranġar fi Djar Proprjeta’ tal-Gvern biex tara jekk tikkwalifikax għal għotja biex tirranġa u ttejjeb il-kundizzjoni tar-residenza tagħha.

Manutenzjoni ta' residenza privata

Question

Tista' il-Ministru tara li s-saqaf tal-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li jinsab f'kondizzjoni mhux tajba, jiġi rranġat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li għalkemm ma jirriżultax li l-Awtorita’ tad-Djar irċeviet xi talba mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant, f’qasir żmien l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond biex jiġi verifikat jekk din il-persuna tistax tibbenefika taħt l-inizjattiva tal-Care and Repair jew minn xi Skema ta’ l-Awtorita’.

Post tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tara li l-problema li għandhom inkwilini ta' post tal-gvern li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, tiġi solvuta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar ma għandha ebda applikazzjoni pendenti mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Din il-persuna tista’ tapplika taħt Skema W dwar Sussidju fuq Xogħlijiet ta’ Irranġar fi Djar Proprjeta’ tal-Gvern biex tara jekk tikkwalifikax għal għotja biex tirranġa u ttejjeb il-kundizzjoni tar-residenza tagħha.

Post tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tara biex l-inkonvenjenza li għandu inkwilin ta' post tal-gvern li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, tiġi rimedjata mill-aktar fis possibbli?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar ma għandha ebda applikazzjoni pendenti mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Din il-persuna tista’ tapplika taħt Skema W dwar Sussidju fuq Xogħlijiet ta’ Irranġar fi Djar Proprjeta’ tal-Gvern biex tara jekk tikkwalifikax għal għotja biex tirranġa u ttejjeb il-kundizzjoni tar-residenza tagħha.

Appartament tal-gvern — Tromba tat-taraġ

Question

Tista' il-Ministru tara li t-tromba tat-taraġ tal-binja li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, tiġi mbajda minħabba li ma tinsabx f'kondizzjoni tajba?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jispezzjona u jivverifika t-talba.

Sigurta' Soċjali — Każ dwar pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk ir-rata ta' pensjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hux se jkollha xi reviżjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.

Awtorita' tad-Djar — Talba għal care & repair

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk it-talba għal xogħol taħt l-iskema care & repair, liema talba saret minni stess għan-nom tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hux qed tiġi proċessata?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li meta saret spezzjoni mill-uffiċjali ta’ l-Awtorita’ tad-Djar fir-residenza tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant, din il-persuna stqarret li l-umdita’ fil-post hi ta’ detriment serju għal saħħitha u tixtieq issib post alternattiv. Ninsab infurmata wkoll li kull darba li din il-persuna għamlet kuntatt ma’ l-Awtorita’ dejjem kienet indeċiża jekk tagħmilx ix-xogħol meħtieġ jew tfittix post ieħor u għadha ma tatx risposta definittiva jekk tridx jew le tirranġa r-residenza preżenti. Jekk tiddeċiedi li tirranġa l-post preżenti, l-Awtorita’ tipproċedi bl-ipproċessar ta’ l-applikazzjoni.

Sigurta' Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tivverifika x'inhi r-raġuni li l-pensjoni tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, naqset meta hu tilef lil martu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.

Awtorita' tad-Djar — Kuntratt

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta mistenni jsir il-kuntratt li l-inkwilin li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, se jixtri mill-awtorita' tad-djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar qed tagħmel il-verifiki meħtieġa dwar l-assi u r-riċerki li rċeviet reċentement dwar il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Hekk kif jitlesta dan il-proċess, l-Awtorita' tikkomunika mal-persuna konċernata.

Talba quddiem id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba li għamlet mara separata li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.

Appartament tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tara li jittieħdu l-passi neċessarji biex il-problemi strutturali li għandu l-fond tal-gvern li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jiġu rimedjati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar ser jispezzjona l-fond indikat mill-Onor. Interpellant biex jivverifika l-problemi ndikati.