Legislature:
Category:
Reset
Active:

L-Imsida – rotot tal-karozzi tal-linja

Question

Jista’ l-Ministru jagħti elenku tar-rotot tal-karozzi tal-linja li jgħaddu mill-Imsida; (i) li permezz tal-aħħar tibdil li sar ftit ġranet ilu, inbiddlu b’xi mod minn dawk ta’ qabel; (ii) li ddaħħlu ġodda fl-aħħar tibdil li sar ftit ġranet ilu; u (iii) li spiċċaw meta wieħed iqabbel mar-rotot li kien hemm qabel l-aħħar tibdil li sar ftit tal-ġranet ilu? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi rotot li l-frekwenza tagħhom inbiddlet, u jekk il-frekwenza ta’ tali rotot żdiditx jew tnaqsitx?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazjoni mitluba fuq il-karozzi tal-linja li jgħaddu mill-Imsida hija kif ġej: Rotta Numru Rotot sa 19/12/2015 Rotot minn 20/12/2015 12 5 vjaggi fis-siegha Tneħħiet 13 5 vjaggi fis-siegha 6 vjaggi fis-siegha Rotta modifikata 14 - 3 vjaggi fis-siegha Rotta gdida 15 2 vjaggi fis-siegha 2 vjaggi fis-siegha L-ebda tibdil fir-rotta 16 - 3 vjaggi fis-siegha Rotta gdida 21 2 vjaggi fis-siegha 2 vjaggi fis-siegha L-ebda tibdil fir-rotta 22 3 vjaggi fis-siegha 3 vjaggi fis-siegha Rotta modifikata 24 viagg fis-siegha 2 vjaggi fis-siegha Rotta modifikata 31 3 vjaggi fis-siegha 2 vjaggi fis-siegha Rotta modifikata 33 viagg fis-siegha Tnehhiet 32 3 vjaggi fis-siegha 2 vjaggi fis-siegha 35 vjagg fis-siegha Tnehhiet 36 vjagg fis-siegha Tnehhiet 37 vjagg fis-siegha Tnehhiet 38 vjagg fis-siegha Tnehhiet 41 2 vjaggi fis-siegha 2 vjaggi fis-siegha L-ebda tibdil fir-rotta 43 3 vjaggi fis-siegha 3 vjaggi fis-siegha Rotta modifikata 44 2 vjaggi fis-siegha 2 vjaggi fis-siegha Rotta modifikata 45 3 vjaggi fis-siegha 2 vjaggi fis-siegha Rotta modifikata 46 - 3 vjaggi fis-siegha Rotta gdida 48 - 3 vjaggi fis-siegha Rotta gdida 49 - vjagg fis-siegha Rotta gdida 50 - 2 vjaggi fis-siegha Rotta gdida li topera bejn ir-Rabat u l-Belt Valletta mil-hamsa u nofs sat-tminja ta' filghodu 54 2 vjaggi fis-siegha 2 vjaggi fis-siegha Rotta modifikata 56 - vjagg fis-siegha Rotta gdida li t'opera bejn Had-Dingli u il-Belt Valletta mid-disa’ u kwat ta’ filghodu 233 Rotta modifikata vjagg fis-siegha 280 - vjagg fis-siegha Ta’ min wieħed jinnota li l-vjaġġi li jgħaddu mill-lokalita’ tal-Imsida żdiedu minn 41 għal 44 fis-siegħa.

Transport Malta – Is-Siġġiewi – Triq il-Kilpa — xogħlijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk hemmx xi xogħlijiet pendenti li jridu jsiru minn Transport Malta fi Triq ta’ Kilpa fis-Siġġiewi? Jekk hemm xixogħlijiet xi jsiru, jista’ jgħid jekk hemmx xi indikazzjoni ta’ meta se jsiru?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq din it-triq huma lesti pero’ qegħdin jiġu studjati xi ilmenti minn terzi.

Ħal Qormi – xogħlijiet fiż-żona ta’ Wied iċ-Ċawsli

Question

Jista’ l-Ministru jindika meta se jsiru x-xogħlijiet neċessarji sabiex isir l-isqaq ħdejn Triq Stellara fiż-żona ta’ Wied iċ-Ċawsli f’Ħal Qormi, eżatament ħdejn Għar il-Ħanżir?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Transport Malta – Triq il-Kosta — periklu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji permezz ta’ Transport Malta biex fi Triq il-Kosta fl-inħawi tas-Salina fejn hemm id-daħla għall-Coastline Hotel, jiġi assigurat li jitneħħa l-periklu li hemm peress li qed ikun hemm persuni li minflok iduru mad-dawra li hemm ftit il-bogħod (fid-direzzjoni li tieħu lejn Tas-Sliema) qed jiksru mill-ewwel lejn il-lukanda u billi wkoll li fid-direzzjoni opposta qed jinqasam il-line sħiħ (li suppost jindika li ma tistax tikser lejn id-direzzjoni ta’ Tas-Sliema) u dan b’periklu għal dawk li jkunu ġejjin mid-direzzjoni opposta?

Response (MIZZI, JOE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Kodiċi għat-Traffiku fit-Triq (The Highway Code) ta’ Malta artiklu 163 li qed jiġi kkwotat hawn taħt: 163. Il-vetturi għandhom iżommu fuq ix-xellug ta’ linja jew linji doppji kontinwi u m’għandhomx jinsaqu fuq, ’l hemm minn, jew b’rota ’l hawn u ’l hemm, minn dik il-linja, ħlief fiċ-ċirkustanzi li ġejjin u meta ma jkunx hemm periklu biex jagħmlu hekk: • sabiex tilħaq bini biswit, kemm-il darba ma jkunx hemm sinjali li jipprojbixxu li ddur lejn il-lemin. • sabiex tidħol fi triq biswit, kemm-il darba ma jkunx hemm sinjal li jipprojbixxi li ddur lejn il-lemin. 163. Never straddle or cross continuous white dividers, whether double or single, except in the following circumstances and only when it is safe to do so: • to reach adjoining premises, unless there is a ‘No Right Turn’ sign prohibiting the turn. • to enter a side road unless there is a ‘No Right Turn’ sign prohibiting the turn.

Triq il-Kosta – passaġġi għar-roti

Question

Billi matul Triq il-Kosta hemm (f’partijiet mit-triq) passaġġi għar-roti, jista’ l-Ministru jassigura, permezz ta’ Transport Malta, li jkun hemm indikazzjoni ċara li l-lanes iridu jintużaw skont id-direzzjoni tat-traffiku u mhux fiż-żewġ direzzjonijiet, kif qed jagħmlu xi wħud, u dan minħabba l-periklu li jista’ jinħoloq konsegwenza tat-traffiku tar-roti fiż-żewġ direzzjonijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-passaġġ għaċ-ċiklisti ser ikollu zebgħa mal-art li turi s-simbolu ta’ rota u dan ser ikun dejjem fl-istess orjentazzjoni. Ser ikun hemm ukoll tabelli nstallati li juru l-passaġġ/direzzjoni. Dawn iż-żewġ fatturi jindikaw id-direzzjoni li jridu jieħdu ċ-ċiklisti. Il-passaġġ għaċ-ċiklisti huwa ppjanat biex jintuża f’direzzjoni waħda. Dan huwa wkoll skont l-artiklu 58 tal-Highway Code li jgħid li ċiklist għandu dejjem isuq ir-rota fuq in-naħa tax-xellug tal-karreġġjata sakemm ma jkunx hemm indikazzjonijiet li l-passaġġ jista’ jintuża fiż-żewġ direzzjonijiet.

Triq il-Kosta – Pedestrian Crossing — lights

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk humiex se jiġu stallati lights mal-pedestrian crossings li hemm matul Triq il-Kosta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-crossings kollha li jinstabu tul Triq il-Kosta se jkunu mgħammra b’apparat addattat.

Transport Malta – regoli dwar car seats

Question

Jista’ l-Ministru jgħid skont ir-regoli ta’ Transport Malta kif suppost, u fejn għandhom jitpoġġewil-car seats li jintużaw biex fihom jitqiegħdu t-tfal li jkunu qed jakkumpanjaw lis-sewwieqa tal-karozzi? Jista’ jagħti tagħrif dwar kif suppost li jintrabtu dawn l-istess car seats? Jista’ jagħti tagħrif dwar meta nbidlu, jekk inbidlu, ir-regolamenti li jirregolaw dawn iċ-ċirkostanzi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat illi r-regoli dwar is-sistemi ta’ rbit tat-tfal fil-vetturi bil-mutur huma stabbiliti fir-Regolamenti dwar it-Tilbis ta’ Ċintorini tas-Sigurtà fil-Vetturi bil-Mutur (L.S. 65.12). Tali sistemi jistgħu jitwaħħlu kemm mas-sedili ta’ wara, kif ukoll mas-sedili ta’ quddiem tal-vetturi bil-mutur u jistgħu ikunu jew iħarsu l-quddiem, jew iħarsu lura. Madanakollu tarbija ta’ anqas minn tliet snin m’għandhiex tinġarr f’sistema ta’ rbit tat-tfal li tħares lura li tkun imwaħħla mas-sedil ta’ quddiem imħares minn borża tal-arja sakemm dik il-borża tal-arja ma tkunx ġiet deattivata. Ninsab infurmat ukoll illi s-sistemi ta’ rbit tat-tfal għandhom jiġu installati skont l-informazzjoni tal-immuntar (eż. il-manwal tal-istruzzjoni, il-fuljett jew il-pubblikazzjoni elettronika) ipprovduta mill-manifattur tas-sistemi ta’ rbit tat-tfal u li jkunu jiddikjaraw b’liema mod u f’liema tipi ta’ vetturi s-sistemi jistgħu jintużaw mingħajr periklu. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat illi r-Regolamenti dwar it-Tilbis ta’ Ċintorini tas-Sigurtà fil-Vetturi bil-Mutur ġew emendati l-aħħar fl-24 t’Ottubru tas-sena 2014 permezz tal-Avviż Legali 392 tal-2014. L-għan ta’ dawn ir-regolamenti kien li jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/37/UE tas-27 ta’ Frar 2014 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/671/KEE dwar l-użu obbligatorju taċ-ċintorini tas-sikurezza u s-sistemi tat-trażżin għat-tfal fil-vetturi.

Għasri — Fanal tal-Ġordan - titolu ta' art

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21314, jista’ l-Ministru jgħid Transport Malta kemm daħlet mingħand il-GO plc u l-Vodafone plc għal kirja ta’ parti mill-Fanal tal-Ġordan fl-Għasri Għawdex sa minn meta bdew jużawh (mill-bidu tal-kirja) sal-lum? Jista’ jgħid kemm intefaq fuq restawr u manutenzjoni tal-Fanal tal-Ġordan minn dan l-ammont u x’kien ix-xogħol ta’ restawr jew manutenzjoni li sar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta daħlet total ta’ €74,122 sal-lum għal kirja ta’ parti mill-Fanal tal-Ġordan. Ninsab infurmat li ma sar l-ebda xogħol ta’ restawr jew manutenzjoni fuq dan il-Fanal tul dawn l-aħħar snin.

Transport Malta – Enforcement Section – kuntratt tal-Autobus de Leon

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Enforcement Section ta’ Transport Malta għandhiex kopja tal-kuntratt iffirmat mal-Autobus de Leon u dan sabiex tkun tista’ tinforza l-klawsoli li hemm fl-istess kuntratt? Jista’ jgħid min, f’Transport Malta, għandu aċċess għal dan il-kuntratt?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Unit fi ħdan Transport Malta li għandu ir-responsabbilta’ li jinforza l-klawsoli li hemm fl-kuntratt iffirmat mal-Autobuses de Leon huwa l-Public Transport Unit. Għaldaqstant, l-impjegati li jagħmlu parti minn dan il-Unit għandhom kopja tal-kuntratt sħiħ jew inkella partijiet minnu. Il-livell ta’ aċċessibilita’ għal dan il-kuntratt jiddependi fuq ix-xogħol li jkunu qegħdin jagħmlu dawn l-impjegati.

Trasport Pubbliku — Rotta 54 – tibdil u ħinijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif kienet ir-rotta u l-ħinijet tal-karozza tal-linja fuq ir-rotta 54 f’Jannar 2015, f’Marzu 2015, f’Ottubru 2015 u kif inhi r-rotta u kif inhuma l-ħinijiet fil-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rotta bin-numru 54 bejn Jannar u Ottubru 2015 kienet tibda it-traġitt tagħha minn Ħ’Attard u tgħaddi minn Ħal Balzan, Birkirkara, Santa Venera, Ħamrun, u l-Belt Valletta. Din ir-rotta kellha frekwenza ta’ kull 30 minuta mill-ewwel vjaġġ ta’ filgħodu sat-tmienja ta’ filgħaxija. Wara dan il-ħin il-frekwenza ta’din ir-rotta kienet tinżel għal kull sieghħa, filwaqt li l-frekwenza ta’ din ir-rotta fil-Ħdud kienet ta’ kull siegħa. Fit-22 ta’ Novembru 2016 din ir-rotta ġiet modifikata fejn baqgħet tibda it-traġitt tagħha minn Ħ’Attard u tgħaddi minn Ħal Lija nkluż iż-żona magħrufa bħala tal-Mirakli, Ħ’Attard, Balzan, Birkirkara, Msida u l-Belt Valletta. Din ir-rotta għandha frekwenza ta’ kull 30 minuta il-ġurnata kollha nkluż il-Ħdud.

Ħ’Attard – servizz ta’ karozzi tal-linja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’servizzi jeżistu tal-karozzi tal-linja li jgħaddu minn Ħ’Attard? Jista’ jgħid x’inhuma r-rotot u l-ħinijiet tal-karozzi tal-linja li jgħaddu minn Ħ’Attard fil-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ir-rotot li jghaddu minn Ħ’Attard u il-frekwenzi taghhom huma is-sussegwenti: Numru Tar-Rotta Ir- Rotta Frekwenza ħinijiet peak 50 Rabat - Attard, Triq l-Imdina - Valletta 30 minuta 51 Imtarfa - Attard, Triq l-Imdina - Valletta 30 minuta 52 Dingli - Attard, Triq l-Imdina - Valletta 30 minuta 53 Rabat - Attard Attard, Triq l-Imdina) - Valletta 30 minuta 54 Attard, Triq Santa Katerina- Lija (Tal-Miraki) - Attard (Triq il-Linja)-Balzan-Lija-Birkirkara-Msida-Valletta 30 minuta 56 Buskett-Dingli-Rabat-Ta'Qali- Attard- Balzan-Birkirkara- Msida-Valletta 60 minuta 106 Sptar Mater Dei- Universita-Birkirkara (Santa Liena)- Lija-Balzan-Attard (Triq Santa Katerina u Triq il-Mosta)-Balzan-Birkirkara (Naxxar Road)-Sptar Mater Dei 60 minuta 109 Bahrija-Rabat- Attard Triq L-Imdina-Zebbug-Siggiewi- Ghar Lapsi (Fis-Sajf) 60 minuta 181 Dingli-Rabat-Attard, Triq L-Imdina- Balzan-Birkirkara-Sptar San Luqa-Sptar Mater Dei/ Universita 60 minuta 182 Mtarfa-Rabat-Attard, Triq L-Imdina- Balzan-Birkirkara-Fleur De Lys-Sptar San Luqa-Sptar Mater Dei/ Universita 60 minuta 186 Bugibba-Mosta-Attard, Triq Santa Katerina-Ta' Qali-Rabat 30 minuta 202 Sliema-San Giljan-San Gwann-Naxxar-Mosta-Attard, Triq il-Pitkali u Santa Katerina-Ta'Qali-Rabat 60 minuta X3 Ajruport-Rahal Gdid-Marsa Park and Ride-Birkirkara-Attard, Triq l-Imdina-Rabat-Imtarfa-Mosta-Bugibba 60 minuta

Ħal Balzan – servizz ta’ karozzi tal-linja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’servizzi jeżistu tal-karozzi tal-linja li jgħaddu minn Ħal Balzan? Jista’ jgħid x’inhuma r-rotot u l-ħinijiet tal-karozzi tal-linja li jgħaddu minn Ħal Balzan fil-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rotot li jgħaddu minn Ħal Balzan u l-frekwenzi tagħhom huma hekk kif ġej: Numru Tar-Rotta Ir-Rotta Frekwenza ħinijiet peak 50 Rabat - Attard, Triq l-Imdina -Balzan, Triq Birbal u Triq Valletta -Birkirkara- Msida-Valletta 30 minuta 54 Attard, Triq Santa Katerina- Lija (Tal-Miraki) - Attard-Balzan, Triq Annibale Preca, Il-Kbira, Guze Bonnici, Balaguer, Antonio Micallef u Il-Wied Hal Balzan-Lija-Birkirkara-Msida-Valletta 30 minuta 56 Buskett-Dingli-Rabat-Ta'Qali- Attard- Balzan, Triq Valletta, Birbal,Vjal De Paule-Birkirkara- Msida-Valletta 60 minuta 106 Sptar Mater Dei- Universita-Birkirkara (Santa Liena)- Lija-Balzan-Attard -Balzan, Triq il-Kbira, Idmejda, Birbal-Birkirkara (Naxxar Road)-Sptar Mater Dei 60 minuta 181 Dingli-Rabat-Attard, - Balzan,Triq Valletta, Birbal,Vjal De Paule-Birkirkara-Sptar San Luqa-Sptar Mater Dei/ Universita 60 minuta 182 Mtarfa-Rabat-Attard, - Balzan, Triq Valletta, Birbal,Vjal De Paule -Birkirkara-Fleur-De-Lys-Sptar San Luqa-Sptar Mater Dei/ Universita 60 minuta X3 Ajruport-Rahal Gdid-Marsa Park and Ride-Birkirkara-Balzan, Triq Birbal, Vjal De Paule-Attard-Rabat-Imtarfa-Mosta-Bugibba 60 minuta

Il-Mosta – servizz ta’ karozzi tal-linja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’servizzi jeżistu tal-karozzi tal-linja li jgħaddu mill-Mosta? Jista’ jgħid x’inhuma r-rotot u l-ħinijiet tal-karozzi tal-linja li jgħaddu mill-Mosta fil-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ir-rotot li jgħaddu mill-Mosta u l-frekwenzi ta’ dawn ir-rotot huma kif ġej; Numru Tar-Rotta Ir- Rotta Frekwenza ħinijiet peak 31 Buġibba-Mosta-(Ċentru)-Naxxar-Iklin-Sptar-Mater Dei/Universita’-Msida-Valletta 30 minuta 41 Ċirkewwa-Mellieħa-San Pawl il-Baħar-Mosta (Ċentru)-Lija- Birkirkara- Msida-Valletta 30 minuta 42 Ċirkewwa-Mellieħa-San Pawl il-Baħar-Mosta (Ċentru)-Lija- Birkirkara- Fleur-De-Lys-Ħamrun-Valletta 30 minuta 44 Għajn Tuffieħa-Manikata- Mġarr- Mosta, Triq il-Kbira fl-inħawi magħrufa bħala tas-Sriedak u ċ-Ċentru- Birkirkara-Msida-Valletta 30 minuta 45 Qawra-Mosta(Ċentru)-Naxxar, Triq 21 ta' Settembru u Triq tal-Labour- Lija-Birkirkara-Msida-Valletta 30 minuta 47 Mosta, l-inħawi magħrufa bħala Santa Margerita u Iż-Żokrija kif ukoll iċ-ċentru- Lija-Birkirkara-Sptar San Luqa-Ħamrun (Mile End)-Valletta 30 minuta (sat-08:00 ta’ filgħodu imbagħad taqleb għal 60 minuta) 48 Buġibba- Mosta (Ċentru)-Lija- Birkirkara- Msida- Valletta 20 minuta 103 Bidnija, Mosta (Centru Ċentru)-Naxxar, is-Sgħajtar kif ukoll iċ-ċentru) 60 minuta 186 Buġibba- Mosta (Ċentru)-Attard- Ta'Qali- Rabat 30 minuta 202 Sliema-San Ġiljan-San Ġwann-Naxxar-Mosta, fl-inħawi magħrufa bħala tad-Daqqaq kif ukoll iċ-ċentru-Attard -Ta'Qali-Rabat 60 minuta 203 Sliema-Gżira- San Ġiljan- San Ġwann-Naxxar- Mosta (Ċentru)-Buġibba 60 minuta 238 Mġarr- Mosta fl-inħawi magħrufa bħala ż-Żokrija kif ukoll miċ-ċentru- Naxxar-Birkirkara (By-Pass)-l-isptar Mater Dei/Universita. 60 minuta 250 Ċirkewwa- Mellieħa-San Pawl il-Baħar-Mosta (Ċentru)-Birkirkara (By-Pass)- Sptar Mater Dei/ Universita 60 minuta 260 Għargħur- Naxxar - Mosta, fl-inħawi magħrufa bħala ta' Santa Margerita kif ukoll iċ-Ċentru-Birkirkara (By-Pass)- l-Sptar Mater Dei/ Universita 60 minuta 280 Buġibba - Mosta (Ċentru) -Lija- Birkirkara- Tal-Qroqq- l-Isptar Mater Dei/ Universita 60 minuta X3 Ajruport-Raħal Ġdid-Marsa Park and Ride-Birkirkara-Attard, -Rabat-Imtarfa-Mosta (Tarġa)-Buġibba 60 minuta

Transport Malta — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li persuni li jaħdmu ma’ Transport Malta, issottomettew l-inġustizzji tagħhom mal-Bord tal-Inġustizzji u ngħataw promozzjoni minflok ingħataw il-grades li kienu ilmentaw dwarhom bħala inġustizzja?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tispjega aħjar il-mistoqsija tagħha.

Transport Malta – safar ġo Brussel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna siefret Brussel f’isem Transport Malta matul l-2015? Min kienu dawn il-persuni u għal kull persuna, kemm kienet l-ispiża tar-room rate/night?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2015, kien hemm 83 persuna f’isem Transport Malta li siefru Brussel. Dawn l-impjegati huma minn direttorati varji tal-Awtorita’ u minn dan l-ammont siefru 41 impjegat fuq taħriġ ffinanzjat minn fondi ESF tal-Unjoni Ewropea. L-ispiża tar-room rate per night ma tistax tingħata minħabba li dawn l-impjegati jingħataw subsistence allowance li minnha jieħdu ħsieb b’mod dirett għall-akkomodazzjoni tagħhom.

Transport Malta – karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi assenjati (mixtrija jew leased) minn Transport Malta? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-vetturi jistgħu jintużaw wara l-ħin tax-xogħol? Liema huma dawn il-vetturi? Min isuq tali vetturi? X’inhi r-raġuni li dawn il-vetturi jistgħu jintużaw wara l-ħin tax-xogħol?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta għandha 41 vettura mikrija u 40 vettura mixtrija, li minnhom 43 jintużaw wara l-ħin tax-xogħol. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-vetturi li jintużaw wara l-ħin tax-xogħol. Hemm raġunijiet varji għalfejn dawn il-karozzi jintużaw wara l-ħin tax-xogħol, fosthom esiġenzi tax-xogħol u l-kuntratt tal-impjegat konċernat.

Transport Malta – dipartiment għar-Riżorsi Umani – każijiet ta’ inġustizzji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li d-Dipartiment għar-Riżorsi Umani ta’ Transport Malta, laqa’ każijiet ta’ inġustizzji f’Mejju 2015, minkejja li dawn ilhom li ġew magħluqa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li d-Dipartiment tar-Riżorsi Umani fi ħdan Transport Malta ma laqa’ l-ebda każ ta’ inġustizzji f’Mejju 2015. F’dan l-istess xahar, id-Dipartiment tar-Riżorsi Umani avża lil dawk kollha konċernati bir-rakkomandazzjoni li l-Kummissjoni tal-Grievances għamlu fil-konfront ta’ kull applikant. Wara li ħarġu dawn in-notifiki, numru żgħir ta’ impjegati staqsew x’kien ġara mill-każ tagħhom, u għaldaqstant inġibdet l-attenzjoni tal-Kummissjoni u ntalbet tweġiba.

Direttorat ta’ Transport Malta – miżuri ta’ Health and Safety

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ittieħdux il-miżuri kollha ta’ Health and Safety qabel ma’ d-Direttorat ta’ Transport Malta jiġi trasferit fil-bini l-ġdid, f’Raħal Ġdid?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċċjal ta’ Trasport Malta nkarigat mis-Saħħa u Sigurta’ fuq il-post tax-xogħol qed isegwi mill-qrib u fuq bażi regolari x-xogħlijiet li qed isiru fil-post magħruf bħala l-A3 Towers biex kollox ikun konformi mal-liġi kif ukoll mal-leġislazzjoni sussidjarja tas-Saħħa u Sigurta’ fuq il-post tax-xogħol.

Transport Malta – ilmenti pendenti dwar it-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ ilmenti pendenti dwar it-toroq li rċeviet Transport Malta? Jista’ jagħti din l-informazzjoni sena b’sena mill-2013 ‘l hawn?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ lmenti pendenti li għandha Transport Malta fuq toroq huwa ta’ 148. Ninsab infurmat li dawn ivarjaw minn ilmenti ta’ natura minuri għal oħrajn iktar sinifikanti. Infurmat ukoll li minn dan in-numru jista’ jkun hemm ilmenti li jikkonċernaw toroq li r-responsabbilta’ tagħhom taqa’ taħt il-kunsill lokali rispettiv.

Problema ta’ għargħar – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward problema ta’ għargħar?

Response (MIZZI, JOE)

Sar kuntatt mal-persuna indikata mill-Onor. Interpellant u d-Dipartiment ser jindaga din il-problema u jekk ikun meħtieġ jieħu l-azzjoni neċessarja biex tittaffa din il-problema.