Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni f'kull grad li għamlu użu ta' karozza tal-kiri fl-Enemalta? Jista' jgħid min hi l-kumpannija li qed tipprovdi dawn il-karozzi? Jista' jgħid f'kull każ kemm ilu jsir dan l-użu u sal-lum kemm ammontaw il-kontijiet tal-kiri u tal-fuel xahar b'xahar?
(PQ waslet 16/5/2001)
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni f'kull grad li għandhom għal użu tagħhom l-mobile phone fl-Enemalta? Jista' jgħid f'kull każ kemm ilu jsir dan l-użu u sal-lum kemm ammontaw il-kontijiet?
(PQ waslet 16/5/2001)
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li fil-preżent in-numru ta' mobile phones reġistrati f'isem il-Korporazzjoni Enemalta u li qed jintużaw minn impjegati tal-Korporazzjoni jammonta għal tmienja u tmenin. L-impjegati, li ma narax il-ħtieġa li għandi nagħti isimhom, li qed jagħmlu użu minn dawn il-mobile phones jokkupaw dawn il-gradi.
Managers, Assistant Managers, Professional Officers tad-diviżjonijiet kollha, Inġiniera u Technical Officers li jaħdmu fis-sezzjonijiet tat-trasmissjoni u tad-distribuzzjoni ta' l-elettriku, Compliance Officers u Welfare Officers li jkunu fuq xogħol barra l-Korporazzjoni.
L-ewwel sitt mobile phones bdew jintużaw f'Ottubru 2000 u dawn telgħu għal ħdax f'Jannar ta' din is-sena. Minn Frar ta' din is-sena, meta żdiedet il-kompetizzjoni u l-prezzijiet niżlu sewwa, il-Korporazzjoni iddeċidiet li żżid gratatament in-numru ta' mobile phones u tnaqqas ir-radios u l-skytel bl-għan li tiżdied l-effiċjenza.
Il-kontijiet globali ta' dawn l-aħħar sebgħa u sebgħin mobile phone kien hekk
Frar 2001 Lm1,313
Marzu 2001 Lm1,980
April 2001 Lm2,709
Fl-aħħarnett ta' min jinnota li tmienja u tmenin set ta' mobile phone f'Korporazzjoni li l-operat tagħha huwa mifrux mal-pajjiż kollu u li tħaddem ma' l-elfejn ruħ, li jfisser li anqas minn ħamsa fil-mija ta' l-impjegati jagħmlu użu minn dan is-servizz, ma jistax jitqies li huwa xi lussu.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm tammonta l-workforce totali fl-Air Malta bħalissa? Kemm mill-impjegati jokkupaw gradi eżekuttivi u x'kienu l-figuri qabel Settembru 1998?
(PQ waslet 18/5/2001)
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-work force ta' l-Air Malta fil-31 ta' Mejju ta' din is-sena kienet ta' 2053 li minnhom 209 huma fi gradi eżekuttivi. Fil-31 ta' Awissu 1998, il-work force kienet ta' 1927 li minnhom 187 kienu fi gradi eżekuttivi.
Ta' min jinnota li l-persentaġġ ta' ħaddiema fi gradi eżekuttivi relatat mal-work force tista' tgħid li baqa' l-istess.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 26575?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li minn Settembru 1998 sa llum, ġew ingaġġati 67 persuna mal-Korporazzjoni Enemalta u 16 bdew l-impjieg mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.
Fl-istess perjodu, 138 persuna temmew l-impjieg tagħhom minn mal-Korporazzjoni Enemalta u 81 minn mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.
It-83 persuna li ġew ingaġġati maż-żewġ Korporazzjonijiet, kienu ngaġġati fi gradi maniġerjali, tekniċi, klerikali u industrijali.
Jista' l-Ministru jgħid x'monitoring isir min-naħa tal-MDC biex jiġi żgurat li proġetti approvati jilħqu il-manpower levels li a bażi tagħhom tkun ħarġet l-approvazzjoni tal-proġett? Kemm hemm industriji tal-manufattura li bħalissa qed joperaw taħt il-manning levels li kienu ftehmu mal-MDC meta kien ġie approvat il-proġett tagħhom?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jidher li l-mistoqsija saret fuq premessa żbaljata, cioe' li l-proġetti jkunu approvati a bażi ta' manpower levels.
Tajjeb jingħad li meta l-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta tapprova proġett, dan isir a bażi ta' diversi kriterji, fosthom l-investiment li jkun ser isir mill-kumpanija, swieq, teknoloġija u naturalment l-impjieg li jkun ser jiġi iġġenerat. Għaldaqstant il-Korporazzjoni ma tagħmilx monitoring tal-kumpanija għall-manpower levels biss, iżda għall-kriterji l-oħra kollha li fuqhom ikun approvat il-proġett.
Minn dan il-monitoring li tagħmel il-Korporazzjoni, jirriżulta li hemm madwar għoxrin kumpanija li mhux qiegħdin jonoraw l-obbligazzjonijiet tagħhom taħt il-kriterji msemmija, u qed jittieħdu passi biex dawn, fejn hu possibbli, jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom jew inkella jinstabu soluzzjonijiet oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-eżami għal-store officers li sar mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma xi żmien ilu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li r-riżultat ta' l-eżami għal store officers mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ġie ppubblikat fit-23 ta' Mejju ta' din is-sena.
Jista' l-Ministru jikkonferma li s-sistema tat-telemetrija installata fil-ġibjun mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma mhux qiegħda tiffuzjona tajjeb? Jekk fl-affermattiv, x'azzjoni qiegħda tittieħed biex din is-sistema titranġa? Min installa din is-sistema u kemm ġiet tiswa flus?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 26570?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-proċeduri segwiti fl-għoti ta' kuntratti mill-Medigrain għall-forniment ta' grains huma dawk li kienu ġew stabbiliti fl-1980. Permezz ta' dawn il-proċeduri, ma jitħalliex lok li nformazzjoni sensittiva ta' offerti tiġi mgħoddija lill-offerenti rivali.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 26419 dwar kemm kien hemm uffiċjali pubbliċi minn skala 5 il fuq kif wkoll konsulenti mal-Gvern illi mill-ewwel ta' Jannar 2001 ġew mogħtija jew żieda f'xi allowance jew xi allowance ġdid kompletament u x'pozizzjoni qed jokkupaw dawn l-uffiċjali. Jista' jwieġeb din il-mistoqsija b'riferenza għad-dipartimenti w entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huma dawn l-uffċijali? Kemm ingħatat żieda jew kemm hija l-allowance l-ġdida għal kull uffiċjal? X'inhija r-raġuni għal din iż-żieda jew allowance li qed tingħata għal kull uffiċjali?
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 25329, jista' l-Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni mitluba: (1) tikkonċerna nfiq pubbliku; (2) biex il-Kamra tkun assigurata li t-tqassim ta' dawn l-għoti ta' donazzjonijiet jekk sar, sar b'ġustizzja, b'fairness, bla abbuż u mingħajr favoritiżmu; u (3) biex il-Kamra tkun assigurta li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?
Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk iħossx li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fi trasparenza u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż?
Jista' jagħti din l-informazzjoni importanti dwar infiq pubbliku b'mod trasparenti peress li l-poplu għandu dritt ikun jaf?
(PQ waslet 14/5/2001)
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 25823.
Għalkemm is-suġġett taż-żewġ mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f'dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.
Jista' l-Ministru jgħid meta twaqqfet il-kumpanija Malta Air Traffic Service Co Ltd? Min huma l-ħaddiema li ser jiġu trasferiti fiha? Liema karigi jokkupaw bħalissa?
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 26420, jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li bejn Jannar u Diċembru 2000 il-vjaġġi tat-trakkijiet minn Malta għal Għawdex naqqsu b'8.1% filwaqt li l-vjaġġi tat-trakkijiet minn Għawdex għal Malta naqqsu b'6.88%? Sar analiżi ta' dan il-fatt? Jekk sar, x'kienu l-konklużjonijiet? Jekk ma sarx, se jsir?
Jista' l-Ministru jgħiud kemm-il persuna għaddew mill-eżami għal post persons li sar mill-Maltapost xi żmien ilu? Għal kemm żmien se jibqa jgħodd dan l-eżami? Kemm ġew impjegati post-persons s'issa? Kemm hu l-ammont ta persuni li hu maħsub li se jiġu impjegati?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 26572?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul dawn l-aħħar sentejn u nofs, il-Kumpanija Finagrit rebħet ħdax-il kuntratt. Dawn jammontaw għal sitta u għoxrin fil-mija tal-kuntratti kollha mogħtija. Il-kuntratti mirbuħa dejjem kienu l-orħos offerti.
Jista' l-Ministru b'referenza għad-domandi parlamentari preċedenti varji jinforma l-kamra jekk kemm-il darba huwiex possibbli li wieħed jerġa jesamina mill-ġdid d-deċiżjoni fuq jekk għandux jkun hemm post ċentrali għall-posta ġewwa l-Fgura?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li s-sitwazzjoni f'dan ir-rigward ma nbidlitx, fis-sens li skond l-aħħar stħarriġ li sar mill-Maltapost, jirriżulta li r-residenti tal-Fgura huma moqdija tajjeb bis-Sub-Post Office li jinsab fi Triq Hompesch u li joffri ħafna mis-servizzi postali li normalment jinkisbu minn fergħa tal-posta.
Minkejja dan , tajjeb jingħad li s-sitwazzjoni f'dan ir-rigward tiġi riveduta minn żmien għal żmien.
Jista' l-Ministru jara li terġa titwaħħal bozza li kienet tinsab fi Sqaq Kurunell Mas, f'Ħal Tarxien? Ma' din il-mistoqsija parlamentari qed nibgħat il-korrispondenza kollha li għaddiet bejn il-Kunsill Lokali, Tarxien u petizzjoni mar-residenti?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-liġijiet (inkluż dawk rimedjarji illi jirregolaw il-bejgħ u xiri ta' petrol/diesel/petroleum products, kif wkoll dawk li jirregolaw sidien u operaturi ta' pompi tal-petrol (petrol stations)? X'hemm restrizzjonijiet għar-rigward nazzjonalita' ta' dawk li jkunu sidien jew joperaw dawn il-pompi? X'inhu l-posizzjoni tal-Ministeru għal dawk li japplikaw u ma jkunux Maltin? Kif tkun il-pożizzjoni tal-Gvern f'xenarju ta' sħubija sħiħa fl-UE? Jista' l-Ministu jgħid jekk sa illum, persuna ta' nazzjonalita' barranija tistax ikollha shareholdings f'kumpanija Maltija li tkun sid u operatriċi ta' pompi tal-petrol
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 25352, jista' l-Ministru jgħati lill-kamra d-dettalji mitluba peress l-informazzjoni mitluiba:
1) Tikkonċerna Nfieq Pubbliku
2) Biex il-Kamra tkun informata, kif wara kollox huwa d-dover tal-Gvern li jinforma, dwar il-posizzjoni tal-kontijiet finanzjarji tal-entitajiet governativi?
3) Biex il-Kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw fi ħlasijiet u f'kontijiet pendenti huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk iħossx li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fi trasparenza, u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż?
Fin-nuqqas li tingħata din l-informazzjoni, jista' jagħti raġuni għala, meta din hija informazzjoni importanti, tikkonċerna infiq pubbliku u l-poplu għandu dritt għaliha?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija numru 25319.
Għalkemm is-suġġett taż-żewġ mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f'dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.
Jista' l-Ministru jgħid liema proċeduri qed jiġu segwiti fl-għoti tal-kuntratti mill-Medigrain għall-formiment tal-qmugħ? X' passi qed jittieħdu biex informazzjoni sensittiva ta' offerti ma jiġux mgħoddija lil rivali offerenti?