B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 31845 u 31991 jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas totali għas-servizzi legali tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u l-kumpanija legali tiegħu għas-snin 2013, 2014, 2015 u 2016 sena b’sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-medja tal-ħlas fis-sena mill-2013 sal-2016 għas-servizzi ta’ konsulenza legali fejn meħtieġ fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa u l-entitajiet tiegħu mid-ditta legali tal-individwu msemmi minnha kienet ta’ €19,673.75.
Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi – kuntratt ta’ impjegat
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31086, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) hux se jiġġedded wara li jagħlaq f’April 2017?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratt tal-individwu msemmi minnha għadu m’għalaqx.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31085, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fil-Customer Care jinkludix jew kienx jinkludi li jassisti persuni li jiġu Malta mil-Libja għall-kura?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna msemmija minnha kien inkarigat illi jieħu hsieb loġistika assoċjata ma' pazjenti Libjani li kellhom bżonn kura f'Malta.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31085, jista’ l-Ministru jgħid fuq liema proġetti ħadem l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna msemmi minnha ikkoordina diversi xogħlijiet bejn il-Ministeri skont l-esiġenzi tas-servizz, għamel xogħol relatat ma' customer care, kif ukoll ħa ħsieb loġistika ta' pazjenti barranin li kellhom bżonn kura medika f'Malta.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31084, jista’ l-Ministru jgħid minbarra l-paga bażika ta’ €30,000, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għandux allowances, performance bonus, mobile allowance, fuel allowance, karozza u jew perkaċċi oħra simili? Jista’ jgħid meta jiżdiedu dawn l-allowances u l-perkaċċi, kemm ikun il-valur totali tad-dħul ta’ dan l-individwu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-individwu msemmija minnha għandu telecommunications, vehicle u disturbance allowances illi fit-total ma jeċċedux €10,002, kif ukoll performance bonus.
Persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali — programm ta' anger management
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk jiġix organizzat programm ta' anger management għal dawk il-persuni li jbatu minn nuqqas ta' saħħa mentali minħabba l-imġieba tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-servizzi tas-saħħa mentali joffru kura kemm psikoloġika u kif ukoll medika b'mod individwali għal dawk il-persuni li jkollhom issues ta' anger management.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija f'kull lokalità ta' Malta u Għawdex? X'tip ta' problemi ta' saħħa mentali għandhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-2016 kien hemm 13,558 persuna li użat is-servizzi tas-saħħa mentali ġewwa Malta u Għawdex. L-aktar żewg każijiet komuni li l-pazjenti soffrew minnhom kienu disturbi mentali minħabba użu ta’ sustanza psikoattiva (mhux alkoħol) u disturbi affettivi.
Persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali li jgħixu waħedhom — care plan mit-tabib
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26867, jista' l-Ministru jgħid jekk il-pazjenti li jgħixu fil-komunità kollha qed ikollhom care plan magħmula mit-tabib li jarahom bl-input ta' membri oħra tat-team multidixxiplinarju u jekk dan id-dokument tal-pjan għall-kura tagħhom huwiex qed jingħata lilhom biex josservawh?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-pazjenti kollha li jgħixu fil-komunita’ wara li jkunu in-patients isirilhom care plan b' input mill-membri kollha tat-tim multdixxiplinarju. Dan ikun miktub fid-discharge letter li jingħata lill-pazjent.
Il-pazjenti kollha li qegħdin fuq
Community Treatment Order
ikollhom dan il-pjan ippreżentat u approvat mill-Kummissarju tas-Saħħa Mentali.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30751, fejn fit-tweġiba ngħad li €1.2 miljun li kienu ivvutati taħt il-Vot Recurrent Item 5896 kienu se jintużaw għall-proġett ta' Barts Medical School, u b'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30992 fejn fit-tweġiba ngħad li din l-iskola se tinbena minn Vitals Global Healthcare (VGH), u b'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32063 fejn fit-tweġiba għaliha ngħad li l-Gvern se ikun qed jikri l-binja msemmija mingħand il-VGH, jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni kif il-Gvern se jkun ivvota flus għal dan il-proġett, liema proġett se jinbena fuq art tal-Gvern u fl-istess ħin il-Gvern se jkollu jħallas lil VGH biex jikri l-binja mingħandha?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern se jkun qed jikri l-binja ġdida tal-skola medika u mhux l-art mingħand il-VGH.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont totali ta’ flus li d-Dipartiment tas-Saħħa ħallas sena b’sena għas-snin 2013, 2014, 2015 u 2016:
I. għal xiri ta’ mediċini;
II. għal xiri ta’ servizzi;
III. għal xiri ta’ makkinarju;
IV. għall-manutenzjoni ta’ makkinarju;
V. għal xiri ta’ proprjetà jew estensjoni ta’ bini u
VI. għall-manutenzjoni tal-binjiet li jaqgħu taħt id-dipartiment?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Billi reċentement il-Ministru kien irrapportat li qal li madwar 2,000 każ ġdid ta’ kanċer jiġi reġistrat f Malta kull sena, jista’ l-Ministru jagħti statistika dwar kemm qed ikunu t-tipi differenti ta’ kanċer li jiġu reġistrati u kif dawn jitqabblu ma’ statistika ta’ pajjiżi oħra? Kif qed ikunu mifruxa lokalità b’lokalità dawn il-każijiet ta’ kanċer?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn l-2010 u l-2015, fir-Reġistru Nazzjonali tal-Kanċer, kien hemm reġistrati medja ta’ 1908 każ ġdid ta’ kanċer (medja ta’ 964 fin-nisa u 944 fl-irġiel). It-Tabella t’hawn taħt turi kif ir-rata tal-kanċer f’Malta tikkompara ma’ dik Ewropea. In-numri jirreferu għar-rata tal-kanċer għal kull mitt elf persuna (WASR –World adjusted standardised rate). Kif jidher fit-tabella, hemm ċerti tipi ta’ kanċer li r-rata tagħhom hija nqas minn dik Ewropea (eż. pulmun, multiple myeloma, għonq tal-uteru ) u hemm oħrajn li r-rata hija għola (eż. Uteru,frixa, tirojde).
Sit tal-kanċer
WASR (Nisa) Malta
WASR (Nisa EU 28)
WASR (Irġiel) Malta
WASR (Irġiel EU 28)
Pulmun
9.62
11.70
35.03
45.10
Musrana l-kbira
22.25
24.40
33.32
39.50
Uteru
16.71
12.70
0.00
0.00
Melanoma
9.31
10.60
7.20
8.70
Kliewi
6.08
5.80
9.55
12.40
Larinġi
0.83
0.70
4.94
5.90
Multiple Myeloma
1.77
2.50
2.81
3.70
Hodgkins
2.17
2.00
2.74
2.40
NHL
9.70
7.00
11.19
10.10
Frixa
6.19
5.90
8.93
8.20
Sider
80.01
80.30
0.00
0.00
Ovarji
10.91
9.40
0.00
0.00
Għonq tal-Uteru
3.85
6.10
0.00
0.00
Bużżieqa tal-U
rina
3.11
4.00
13.56
19.10
Tirojde
11.06
8.40
3.77
2.90
Stonku
4.37
4.80
9.02
10.10
Prostata
0.00
0.00
46.08
47.20
Total
228.15
241.40
243.35
311.30
Ninfurmah ukoll illi l-iktar lokalitjiet li r-residenti tagħhom sofrew mil-kanċer kienu l-Mosta u Ħal Qormi filwaqt li l-inqas lokalita’ kienet Ħal Kirkop.
Inawgurazzjoni tax-xogħlijiet fuq l-iskola ta’ Barts
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn m’attendiex għall-attività għall-media biex jiġi inawgurat l-bidu tax-xogħlijiet fuq l-iskola ta’ Barts? Jista’ jikkonferma li hu fil-fatt kien Għawdex imma għażel li ma jattendix allavolja kien imħabbar fil-Press Call li kien se jattendi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minħabba mpenji marbuta mal-Presidenza ma stajtx nattendi għal inawgurazzjoni tax-xogħlijiet fuq l-iskola ta’ Barts. Ninfurmaha ukoll li għandha informazzjoni żbaljata għaliex fil-ħin tal-inawgurazzjoni jiena ma kontx fil-gżira Għawdxija.
Sptar Mater Dei -– ħsara fl-inkubatur tal-IVF — investigazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet l-investigazzjoni fuq il-ħsara fl-inkubatur li tħabbret fit-27 ta’ Jannar 2017 u li wasslet biex disa’ koppji tilfu ċiklu tal-IVF għax l-embrijun tagħhom ma kienx vijabbli, bil-kontra ta’ kif imħabbar fl-istess stqarrija mill-Ministru għas-Saħħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-inkjesta independenti mmexxija mill-Imħallef Emeritu Antonio Magri għadha għaddejja.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31996, jaf il-Ministru li fil-fatt il-BGTS (strips) huma f’kaxxi u mhux bottijiet u huma individually wrapped? Dan ma jfissrix li jekk pazjent huwa intitolat għal 224 strips fil-fatt jista’ u għandu jingħata dan l-ammont? Għalfejn ingħatat id-deċiżjoni li jingħataw inqas strips li qed iwassal biex pazjenti jkollhom jixtru l-istrips huma f’pakketti ta’ 50 BGTS u xorta waħda qed ikun hemm il-ħela li qed iħallas għaliha l-pazjent?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’kull kontenitur wieħed isib l-istrips li huma ppakkjati individwalment u magħhom hemm unique calibration chip. Skont il-fuljett ta’ Tagħrif Mediku (Patient Information Leaflet) din ic-chip trid tintuża speċifikament mal-istrips li jkun hemm fil-kontenitur magħha biss. Jekk l-istrips ma jintużawx mac-chip tal-kontenitur tagħhom ir-riżulat jista’ jkun fatali.
Fid-dawl ta’ dan ġie rakkomandat permezz ta’ ċirkolari mibgħuta lill-ispiżeriji fl-Iskema tal-POYC li kontenturi tal-BGTS ma jinfetħux sabiex ma tiġix kompromessa l-kalibrazzjoni tagħhom, filwaqt li kull pazjent jingħata darba 250 BGTS (5 kontenituri) u meta jerġa’ jmissu jingħata 200 BGTS (4 kontenituri). Dan ifisser medja ta' 225 strip, jew waħda aktar milli qed issemmi l-Onorevoli Interpellant. B’hekk ikunu moqdija ukoll dawk il-pazjenti li jkollhom bżonn jiċċekkjaw iz-zokkor fid-demm 4 darbiet kuljum.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31995, jista’ l-Ministru jiċċara jekk il-Mother & Baby Hospital hux se jitqies bħala parti mill-Isptar Mater Dei jew hux se jkun entità għalih?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-estensjoni tal-Mother & Child Hospital se tkun parti ntegrali mill-isptar Mater Dei.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31994, jista’ l-Ministru jkun ċar u jgħid jekk il-Gvern hux qed jikkontempla l-privatizzazzjoni tal-kura tas-saħħa mentali?
Jista' l-Ministru jgħid jekk tfasslux standards għad-Djar Residenzjali/Hostels fejn jgħixu l-persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali? Jekk iva, jista jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn l-istandards?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għall-ewwel darba għaddej proċess sabiex jinħolqu standards għad-Djar Residenzjali/Hostels fejn jgħixu persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali.