Jista' l-Minsitru jgħid kemm hemm klieb fil-preżent fis-Sezzjoni tal-Klieb tal-Korp tal-Pulizija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-preżent fis-Sezzjoni tal-Klieb tal-Pulizija hemm wieħed u tletin (31) kelb li jintużaw għal diversi dixxiplini.
Jista' l-Minsitru jgħid kemm hemm dog handlers fil-preżent fi ħdan is-Sezzjoni tal-Klieb tal-Pulizija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi fil-preżent hemm ħamsa u għoxrin (25) uffiċċjal, li jagħmlu xogħol Dog Handlers, fi ħdan is-Sezzjoni tal-Klieb tal-Pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi fil-preżent fi ħdan ir-Rapid Intervention Unit?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-iskwadra tar-Rapid Intervention Unit għandha sitta u erbgħin vettura li qed jiġu utilizzati fil-ħidma tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi li huma bil-ħsara u li mhux jintużaw fi ħdan ir-Rapid Intervention Unit?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li hemm għoxrin vettura fi ħdan ir-Rapid Intervention Unit li bħalissa m’humiex jintużaw minħabba ħsarat. Numru minnhom qed issirilhom manutenzjoni ta’ rutina, jittranġawlhom xi ħsarat mekkaniċi jew eletroniċi, kif ukoll whud minhom estensivi wara li kienu nvoluti f’kulliżjonijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid preżentament kemm hemm impjegati u f’liema grad huma fid-Dipartiment tal-Probation u Parole? Hemm il-ħsieb li jiġu impjegati persuni oħra u jekk iva, f’liema grad?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm sitta u tletin impjegat/a fi ħdan id-dipartiment tal-Probation u Parole. Dawn jinsabu mqassma kif ġej:
1 Direttur
1 Assistent Direttur
1 Prinċipal
4 Senior Probation Officers
1 Victim Liaison Officer
2 Psikologi
1 Uffiċjal Legali
20 Uffiċjali tal-Probation
1 Uffiċjal Eżekuttiv
2 Skrivani
1 Uffiċjal fi skala 14
1 Substitute Clerk
Din is-sena dan id-dipartiment hu bil-ħsieb li jimpjega Senior Psychologist, Accounts Clerk u Messenger/Driver.
Billi numru ta' residenti li joqogħdu f'Malta, u li rċevew l-avviż dwar il-bdil tal-ID cards ma jafux jaqraw bil-Maltin (għaliex huma barranin), jista' l-Ministru jieħu l-passi biex almenu ikun hemm sintesi ta' l-informazzjoni li hemm fin-notice li tkun bl-Ingliż? Billi f'ċerti lokalitajiet hemm numru kbir ħafna ta' barranin li għandhom ID Card Maltija, jista' jassigura li dawn l-istess persuni jkunu jistgħu, huma wkoll, jibdlu l-ID Card fil-lokalità fejn joqogħdu, minflok jintalbu jmorru fid-dipartiment?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ttieħdu l-passi meħtieġa sabiex ikun hemm traduzzjoni għal-lingwa Ingliza fl-ittra li qed inqassmu lir-residenti tal-lokalitajiet fejn ikun se jibda l-proċess tat-tiġdid tal-karta tal-identità.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ngħarraf lil-Onorevoli Interpellant li wara l-emendi fl-ATT DWAR IL-KARTA TAL-IDENTITÀ U DOKUMENTI OĦRA TAL-IDENTITÀ, m'għadhomx jinħarġu karti tal-identità lill-persuni barranin li huma awtorizzati joqgħodu f’Malta. Dawn jinħarġilhom dokument ta’ residenza li jista’ jintuża bħala dokument t’identifikazzjoni.
Malta Police Association – Ftehim dwar l-awtonomija tal-Korp
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex għadu ma wasalx fi ftehim mal-Malta Police Association dwar l-addendum li l-MPA tħoss li jneħħi l-awtonomija tal-Korp? Il-Ministru ta lilu nnifsu skadenza sa meta jrid ikun wasal fi ftehim?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-diskussjonijiet għadhom għadejjin.
Armata – Ftehim mal-Ombudsman dwar promozzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex għadu ma wasalx fi ftehim mal-Ombudsman dwar il-kwistjoni tal-promozzjonijiet li ngħataw fl-Armata fl-2013? Il-Ministru ta lilu nnifsu skadenza sa meta jrid ikun wasal fi ftehim?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 13602.
Jista’ l-Ministru jgħid, b’riferenza u wara t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13647, kif jista’ jiġġustifika t-tneħħija tar-reduced hours fil-Korp tal-Pulizija sempliċement “minħabba l-ammont konsiderevoli ta’ uffiċjali li jaqgħu taħt dawn il-kundizzjonijiet” meta fil-kampanja elettorali u fil-programm elettorali tiegħu l-Partit li hu qed jirrappreżenta wiegħed li ser iżid u jsaħħaħ il-family friendly measures? Jista’ jispjega jekk it-tneħħija tar-reduced hours fil-Korp għal spetturi nisa tfissirx li l-Ministru mhux qed jagħti importanza lill- family friendly measures jew li l-Partit tiegħu għamel wegħda qabel l-elezzjoni li ma kienx kapaċi jżomm?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif diġa ingħad fit-tweġiba ta’ qabel, ir-reduced hours ma ġewx imneħħija, imma qed jiġu riveduti. Barra min dan, kull każ ser jiġi meqjus fuq il-merti tiegħu. Irid jingħad li kull permess jiddependi minn diversi fatturi, fosthom il-kompliment ta’ uffiċċjali fil-kariga rispettiva li tkun teżisti fil-mument li ssir it-talba. Dan jispjega li mhux ser titnaqqas l-importanza lill-family friendly measures, imma kull deċiżjoni ssir b’responsabilita biex jitħarsu wkoll l-eseġenzi tas-servizz.
Forzi Armati ta’ Malta – membri li temmew is-servizz
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm spiċċaw membri tal-Forzi Armati ta' Malta (maqsuma skont ir-rank tagħhom) mid-9 ta' Marzu 2013 sa l-aħħar ta' Jannar 2015?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mid-9 ta’ Marzu 2013 sa l-aħħar ta’ Jannar 2015 spiċċaw mija erba’ u tmenin membru mil-Forzi Armati ta’ Malta. Id-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati membri ġodda fi ħdan il-Forzi Armati ta' Malta mid-9 ta' Marzu 2013 sa l-aħħar ta' Jannar 2015?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mid-9 ta’ Marzu 2013 sa l-aħħar ta’ Jannar 2015 ġew ngaġġati mitejn ħamsa u tletin membru fil-Forzi Armati ta’ Malta. Dawn kienu mqassma kif ġej:
Officer - Cadets
6
Gnr - Recruits
89
Pilots Gnr - Recruits
4
Officer - Cadets
6
Gnr - Recruits
130
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reinstated (maqsuma skont ir-rank tagħhom) membri tal-Forzi Armati ta' Malta mid-9 ta' Marzu sa l-aħħar ta' Jannar 2015?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mid-9 ta’ Marzu 2013 sa l-aħħar ta Jannar 2015 kien hemm 2 membri tal-Forzi Armati ta’ Malta li ġew reinstated. Wieħed Major u l-ieħor 2nd Lieutenant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm suldati (maqsuma skont ir-rank tagħhom) fi ħdan is-"C" company tal-AFM?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm mija u tnax il-membru fi ħdan is-‘C’ company tal-Forzi Armati ta’ Malta. Dawn huma mqassma kif ġej:
Captain
2
Lieutenant
3
Staff Sergeant
3
Sergeant
7
Bombardier
12
Lance Bombardier
21
Gunner
64
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm suldati (maqsuma skont ir-rank tagħhom) fi ħdan l-Air Wing tal-AFM?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm mija u żewġ membri fi ħdan l-Air Wing tal-Forzi Armati ta’ Malta. Dawn huma mqassma kif ġej:
Lt Colonel
1
Major
1
Captain
1
Lieutenant
7
2 Lieutenant
2
Warrant Officer 1
2
Warrant Officer 2
11
Staff Sergeant
7
Sergeant
13
Bombardier
12
Lance Bombardier
18
Gunner
27
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm suldati (maqsuma skont ir-rank tagħhom) fi ħdan it-training school tal-AFM?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm għoxrin membru fi ħdan it-training school tal-Forzi Armati ta’ Malta. Dawn huma mqassma kif ġej:
Captain
2
Staff Sergeant
1
Sergeant
4
Bombardier
5
Lance Bombardier
3
Gunner
5
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' individwu li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta' ċittadinanza Maltija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni għadha qed tiġi proċessata. Hekk kif tiġi ffinalizzata l-persuna tingħata r-risposta dwar d-deċiżjoni fuq it-talba tagħha.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ordni ta’ servizz fil-komunità (community service order) ngħatat f’dawn l-aħħar ħames snin? Jista’ jindika ma’ liema entitajiet dawn ġew prestati?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat, il-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.
Wied il-Għajn – għassa tal-pulizija — tneħħija ta’ container
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13788, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk il-container li kien qed iservi ta’ għassa f’Wied il-Għajn kienx mikri jew mixtri? Jekk iva, jista’ jagħti d-dettalji rispettivi kif ukoll jippreżenta l-permess tal-MEPA li qed jagħmel referenza għalih?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsijiet parlamentari 10904, 10968 kif ukoll 13788.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar b'kemm hu mistenni li jiżdied il-compliment tal-Korp tal-Pulizija, matul is-sena li ġejja, kemm permezz ta' recruitment ta' persuni ġodda kif ukoll permezz ta' reinstatement tal-pulizija li kienu telqu mix-xogħol xi żmien ilu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fiz-zmien li ġej se toħroġ sejħa għal reklutaġġ fil-Korp tal-Pulizija.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm uffiċjali tal-pulizija (fir-ranks kollha) li telqu l-Korp tal-Pulizija matul l-aħħar sentejn, xahar b'xahar? F'liema ranks kienu dawn li ħallew il-Korp?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant matul is-sena 2013 telqu seba’ u tmenin (87) membru tal-Korp, filwaqt li fis-sena 2014 telqu’ tmienja u sebgħin (78). Id-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.