Jista' il-Ministru jara jistgħux isiru sleeping policemen f'partijiet varji ta' Stefanotis Street, San Ġwann minħabba l-periklu li qed ikun hemm għar-residenti mill-karozzi li jkunu għaddejjin peress li hemm parti partikolari li hi "a blind spot", għax dawn ir-residenti spiss ikunu jridu jaqsmu minħabba l-iskips?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Traffic Management Unit irriżulta li m'hemm ebda talba mill-Kunsill Lokali għal road humps fi Triq Stefanotis. Minn spezzjoni li saret fil-post minn uffiċjali tal-Unit irriżulta li l-black spot hija kkawżata minn siġra li hemm f’għalqa ħdejn l-iskips. It-Traffic Management Unit ser jinforma lill-Kunsill sabiex jieħu l-passi neċessarji f’dan ir-rigward.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18547 u jgħid x'inhi r-raġuni għaliex iż-żebgħa tal-linji tat-triq ġdida li tagħti mill-Mosta għaż-Żebbiegħ bilkemm għadhom jidhru, minkejja li ilhom li saru ftit ġimgħat ilu biss?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-Awtorita tat-Trasport tagħmel spezzjonijiet fuq it-toroq li saru mill-fondi tal-Protokoll Taljan u jekk mill-istess spezzjonijiet jirriżulta nuqqasijiet fil-performance tal-materjali, il-kuntrattur jintalab biex jirrispetta l-obbligi kontrattwali in kwistjoni.
Jista' il-Ministru jgħid x'se jsir mill-ground ta' quddiem l-iskola primarja ta' Bormla? Għad hemm ħsieb li jitħaffer biex isir carpark? Jekk fl-affermattiv, meta se jibda x-xogħol? Jekk le, ma jistax jikkonsidra li hemm isir ground artifiċjali biex jitgawda mit-tfal ta' Bormla?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Bħalma jaf l-Onorevoli membru fil-ground ta' l-iskola ta' Bormla se jsir multi-storey underground car park. Għadhom għaddejjin preparamenti biex dan isir u l-ħsieb huwa li l-ground preżenti jerġa' jifforma ruħu fuq is-saqaf tal-car park għal użu ta' l-iskola.
Wied il-Għajn — Studenti universitarji - servizz ta' trasport
Question
Jista' il-MInistru jara li tiġi rranġata s-sitwazzjoni tat-trasport li jiġi provdut lill-istudenti li jattendu l-Universita' ta' Malta u li joqogħdu Wied il-Għajn, minħabba li dawn għandhom karozza waħda biss li tinżel għalihom Wied il-Għajn u li hija l-ewwel waħda, u lura mill-Universita' it-trasport provdut qed iwaqqafhom f'Ħaż-Żabbar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni ta' l-iskrivani li jinsabu jaħdmu ma' l-ADT fil-preżent u li sa ftit żmien ilu kienu jaħdmu mad-dipartiment tal-liċenzji? Jista' jgħid kemm huma dawn il-ħaddiema u meta se tiġi rranġata s-sitwazzjoni tagħhom minħabba li issa ilha pendenti għal żmien twil?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-iskrivani li jinsabu jaħdmu ma' l-ADT fil-preżent u li sa ftit żmien ilu kienu jaħdmu mad-dipartiment tal-liċenzji huma l-istess impjegati tal-gvern kif kienu qabel mad-dipartiment tal-liċenzji. Dawn jammontaw għal 44.
Is-sitwazzjoni tagħhom qegħda tkun indirizzata mall-Ftehim Kollettiv.
Jista' il-Ministru jara li t-tobba ta' l-ADT jerġgħu jeżaminaw lil persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, billi din hija marida ħafna u marret għall-agħar u diġa' kellha t-talba għar-reserved parkingrifjutata?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-record tat-Traffic Management Unit irriżulta li skond ir-rapport tat-tabib ta' l-Awtorita' dwar it-Trasprot ta' Malta bid-data 20 ta' April 2005, l-applikant għar-reserved parking għal persuni b'diżabilita' ma kelliex prbolemi severi ta' mobilita meta applika għal tali reserved parking bay quddiem id-dar. Madankollu it-Traffic Management Unit qed jilqa' is-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellant u dan il-każ ser jiġi irrevedut.
Jista' il-Ministru jgħid għalfejn ix-xogħol fuq Triq Papa Piju XII fl-Imġarr, Malta waqaf? Hemm xi ħsieb li x-xogħol jerġa' jitkompla mill-aktar fis?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol waqaf peress li saru xi talbiet għal xogħol li ma kienx inkluż fit-tender mir-residenti tat-triq u l-Kunsill Lokali. Dan ix-xogħol jikkonsisti f'bini ta' retaining wall. Qed isiru l-istejjem neċessarji biex tittieħed deċiżjoni u hekk ix-xogħol jitkompla mmedjatament.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati ta' l-ADT li huma eliġibbli għal karozza waqt il-qadi ta' xogħolhom? Kemm minnhom jistgħu jagħmlu użu minn dawn il-karozzi wara l-ħin tax-xogħol ukoll?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi ħamsa u tletin (35) impjegat mill-ADT huma eliġibbli għal karozza waqt il-qadi ta’ xogħlhom. Minn dawn 20 impjegat jagħmlu użu tal-karozza wara l-ħin tax-xogħol. Għandu jiġi nnotat li n-natura tax-xogħol ta’ wħud minn dawn l-impjegati huwa tali li jirrikjedi lil dawn l-uffiċjali joħorġu fuq il-qadi ta’ dmirijietom barra mill-ħin normali ta’ l-uffiċju.
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk il-konsulent Ġermaniż Prof. Muller hux qiegħed jagħti konsulenza tad-ditta privata li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? Kemm qiegħed jitħallas Prof. Muller għal dan ix-xogħol? Liema hu l-proġett li hu involut fih? Ma jaħsibx il-Ministru li dan it-tip ta' xogħol privat imur kontra l-kuntratt li għandhom il-konsulenti Ġermaniżi li jispeċifika b'mod ċar li xogħolhom għandu jkun biss ma' l-ADT?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li d-ditta li għaliha qed jirriferi l-Onorevoli Interpellant talbet li tuża s-servizzi tal-Professur Muller. L-Awtorità dwar it-Trasport talbet ħlas għal dan is-servizz ta’ Lm35 s-siegħa. Dan il-ħlas qed isir lill-Awtorità u mhux lill-Professur Muller.
Jien infurmat ukoll li l-Professur Muller se jagħti l-opinjoni esperta tiegħu dwar proċeduri ta’ testijiet għal analiżi strutturali tal-pavimentar tar-runway, u proposti dwar id-disinn u l-manutenzjoni tal-pavimentar, li ma jaqax taħt ir-responsabbiltà ta’ l-ADT.
L-Awtorità hi tal-fehma li f’dan ir-rigward ma jeżistix konflitt ta’ interess.
Jista' il-Ministru jara li t-tabella kbira li hemm fi Triq il-Kostituzzjoni, Mosta faċċata ta' Hope Street u li tindika li hemm area industrijali titneħħa minn fejn hi u titpoġġa aktar 'il ġewwa għax bħalissa tinsab imwaħħla f'area residenzjali bil-konsegwenza li taffettwa b'mod negattiv il-valur tal-proprjeta' f'din l-area residenzjali?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Traffic Management Unit irriżulta li ma nħareġ ebda permess għal tali directional sign
Jista' il-Ministru jgħid għaliex waqaf ix-xogħol fi Triq il-Konkors Teatrali, Imġarr? Meta beħsiebu jkompli dan ix-xogħol?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Waqt li kienu qed isiru x-xogħlijiet fi Triq il-Konkors Teatrali, saret talba mill-Kunsill Lokali biex issir extension tas-sewer għal ġo Triq Ġdida fi Triq il-Konkors Teatrali. Il-Waste Water Unit ser jagħtu istruzzjonijiet lill-kuntrattur biex jagħmel ix-xogħol tad-drenaġġ qabel isir l-asphalt.
Ix-xogħol tal-bini tat-triq ser jitkompla kif jitlesta' x-xogħol tad-drenaġġ.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 18530, jista' il-Ministru jgħid jekk ir-rising main il-ġdid ġiex imqabbad mal-pumping station Ta' Srina?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 18546, jista' il-Ministru jgħid meta hu maħsub li jiġu finalizzati l-kontijiet għax-xogħlijiet ta' toroq tal-Protokol Taljan?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-ammonti kemm ġew jiswew it-toroq li ġew kostruwiti mil-fondi tal-Protokoll Taljan waslu fl-istadju konklussiv hekk kif bdew jingħalqu il-final bills tal-istess xogħlijiet. Minħabba li mhux l-ammonti tat-toroq kollha ġew konklużi, l-istess ammonti jingħataw meta jiġu magħluqa u konfermati l-kontijiet kollha.
Il-kwistjoni jekk kienx hemm fondi li ġew trasferiti mill-Gvern Taljan lill-Gvern Malti kienet u għadha xi ħaġa monitored mill-OPM. Madankollu ninsab infurmat illi l-claims li saru fl-2005 li jammontaw għal kważi 25.9 miljun Euro ġew rimburżati mill-Gvern Taljan filwaqt li l-Gvern għadu qed jistenna li jiġu rimburżati madwar 4.1 miljun Euro li saret it-talba għalihom aktar kmieni din is-sena.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 18113 u 18537 u jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom il-bankina fit-triq u t-telgħa tax-Xemxija saret wiesgħa ħafna u dejqet it-triq arterjali konsiderevolment? X'se jiġri meta jinġabar ħafna traffiku, kif jiġri spiss, u jkun hemm xi ambulanza , fire engine, karozza tal-pulizija li tkun trid taqbeż il-karozzi f'emerġenza u l-karozzi ma jkollhomx spazju biex iwarbulha?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Mir-riċerka li saret mill-Awtorita' dwar it-Trasprot, irriżulta li t-Telgħa tax-Xemxija minn dejjem kienet bħala karreġġjata waħda single-lane all-purpose road, b’wesgħat differenti u parkeġġ diżorganizzat fuq in-naħa tal-bini u l-layout oriġinali ma pprovditx għal bankini adegwati f’ċerti partijiet ta’ triq.
L-applikazzjoni tal-permess tal-iżvilupp PA 06394/01 ġiet approvata mill-MEPA wara konsultazzjoni mall-ADT fejn id-diżinn approvat jikkonsisti f’ karreġġjata ta' 7.5 metri li jikkonforma mar-regolameti maħruġa mill-ADT.
Għall-raġunijiet ta’ sigurta u biex jittejjbu l-bankini u jiżdied il-parkeġġ, dan ġie man-naħa tal-promenade b’bankina kontinwa u faċilitajiet ta’ qsim ta' pedestrians. Karreġġjata ta’ 7.5 metri hija kkunsidrata bħala qies standard għall-all-purpose road.
Din il-wesgħa tippermetti li vettura tal-emerġenza b’wesgħa ta’ 2.5 metri tgħaddi bla periklu minn bejn it-traffiku.
Jista' il-Ministru - kif ġentilment għamel il-Prim Ministru - jagħti tagħrif dwar l-infiq tal-ministeru, korporazzjonijiet, azjendi, enti u dipartimenti li jaqgħu taħtu, fuq mobile phones fis-sena 2005?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-ispejjeż fuq mobile phones għas-sena 2005 jammontaw għal :-
L-Awtorita' dwar it-Trasport Lm12,588
Ministeru/Dipartiment Lm 6,948.53
Huwa minnu li għadd ta' buses li kienu waslu biex jinbidlu flok ġew mibdula ma' super low floor buses konformi mad-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea ġew mibdula ma' buses second hand? Dawn il-vehicles kollha għandhom aċċess għal persuni b'diżabilita'? Dawn il-vehicles huma konformi ma' l-emission standards skond ir-regoli ta' l-Unjoni Ewropea 70/22/EEC u 72/306/EEC? Dawn il-vehicles huma konformi mar-regolament 2001/85 dwar safety of passengers and pedestrians?
Jista' il-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-gvern biex ikun konformi ma' pajjiżi oħra Ewropej sabiex jiżgura li jiġu imposti kondizzjonijiet stretti dwar emissions li jippermettu lill-buses li jkunu tajbin għall-ibliet Maltin u Għawdxin?
Huwa minnu li filwaqt li ċerti pajjiżi qegħdin jinsistu li jistgħu jirreġistraw biss buses b'Euro 4 engines fil-każ ta' Malta qed jiġu ċertifikati anke buses b'Euro 0 emission engines?
Huwa minnu li hemm xi għaxar buses oħra li qegħdin jistennew il-permessi meħtieġa biex jiġu mibdula ma' buses second hand mir-Renju Unit?
Huwa minnu li hemm sidien tal-karozzi tal-linja li għandhom registration plates f'idejhom mingħajr ma għad għandhom vehicles fil-pussess tagħhom?
Huwa minnu li ċerti sidien ingħataw permess li jibdlu l-buses tagħhom meta fil-verita' m'għandhomx bus x'tiġi mibdula?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Mhux minnu li xarabanks li kien hemm commitment fuqhom li jinbidlu ma' super low floor buses ġodda inbidllu ma xarabanks second hand. Ħlief għal numru żgħir ħafna, dawk kollha li kellhom commitment permezz ta' depożitu mħallas sabiex ibiddlu xarabank antika ma' waħda ġdida għamlu dan.
Rigward l-emissions mill-buses, dawn iridu jkunu konformi ma’ l-istess regolamenti applikabbli għall-vetturi li jaħdmu bid-diesel, liema standards jiddependu fuq il-year of make tal-vettura. F’dan ir-rigward, il-buses bħall-vetturi l-oħra jiġu ċċekjati skond l-Emissions Alert Programme. Id-direttivi huma li l-vetturi l-ġodda li jidħlu fis-servizz irid ikollhom Euro 3 engine.
Jien infurmat ukoll li l-Awtorità dwar it-Trasport m’għandha l-ebda talba sabiex jiġu impurtati għaxar buses użati mir-Renju Unit.
Huwa fatt li mhux il-508 xarabanks kollha qed jaħdmu bħalissa fuq ix-xogħol tar-rotta iżda dan minħabba l-fatt li hemm xarabanks li huma fi stat ħażin u ma jistgħux jintużaw fit-triq. In-numru tat-tali vetturi hu wieħed baxx ħafna u x-xogħol li suppost jagħmlu huma jsir minn xarabanks oħra.
Jien infurmat ukoll li hemm żewġ xarabanks li huma dikjarati skrapjpati u żewġ xarabanks oħra li huma ggaraxjati.