Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk il-ħaddiema fl-Awtorità tad-Djar li preżentement jagħmlu użu minn vettura tal-Awtorità? Jista' jgħid x'kienet in-nefqa tal-petrol u diesel b'mod separat fuq kull vettura għas-sena 2014 u kemm kienet in-nefqa totali għas-sena 2015?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-vetturi li huma proprjeta’ tal-Awtorita’ tad-Djar, kif ukoll dawk mikrija minnha jintużaw minn Uffiċjali Tekniċi, Messaġġiera, Executive Heads u c-CEO L-Awtorita’ tagħmel użu minn 24 vettura. Fl-2014 in-nefqa totali kienet ta’ € 18,002.21 filwaqt li minn Jannar 2015 sa Settembru 2015, in-nefqa totali kienet ta’ € 14,499.73.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw vetturi ġodda mill-Awtorità tad-Djar minn Marzu 2013 sal-lum? Jista' jgħid x'inhi l-marka ta' dawn il-vetturi u minn fejn inxtraw? Jista' jgħid x'kienet in-nefqa għal kull vettura li nxtrat? Jista' l-Ministru jgħid ukoll meta ħarġet it-tender biex jinxtraw dawn il-vetturi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn Marzu 2013 sal-lum, l-Awtorita’ tad-Djar xtrat żewġ karozzi tal-marka Renault Clio mingħand Kinds Autosales Ltd. Kull vettura ġiet tiswa €13,290. Peress li dawn il-vetturi kienu għall-użu ta’ Executive Heads, ma kienx hemm bżonn ta’ tender għax-xiri tagħhom iżda biss permessi mill-Ministeru tal-Finanzi sabiex dawn jinxtraw b’direct order.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali għax-xiri ta’uniformi ġdida tal-messaġġiera fl-Awtorità tad-Djar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, in-nefqa totali għax-xiri ta’ uniformijiet għall-messaġiera tal-Awtorita’ tad-Djar matul is-sena 2015 kienet ta’ €1,518.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-business plan tal-Awtorità tad-Djar? Jista' jgħid x'ġie imwettaq s’issa minn din il-business plan?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, wara r-rakkommandazzjonijiet li ħarġu mill-Business Plan, l-Awtorita’ tad-Djar wettqet u għadha qed twettaq dawn il-miżuri ewlenin, fosthom;
- Il-proċessar ta’ applikazzjonijiet filwaqt li bħala Awtorita’ tlaħħaq mat-talbiet minn għand inkwilini biex jixtru r-residenza mikrija minn għandha jew mill-Gvern.
(
Fil-fatt sal-aħħar tas-sena huwa mistenni li jiġu konklużi mal-138 applikazzjoni, li huwa l-ogħla ammont
miksub sa issa, f’dawn l-aħħar snin).
- L-allokar ta’ €4 miljun għas-sena 2016, li ser ikunu qegħdin jgħinu lill-Awtorita’ tad-Djar tilħaq aħjar il-miri tagħha mil-qasam finanzjajru.
- Diskussjonijiet u eżerċizzju li jinvolvu entitajiet ta’ natura finanzjarja dwar proġett ta’ €50m, li l-Awtorita’ ser tkun qed tidħol għalih.
- Iktar kontroll intern u ingaġġar ta’ kumpanija li tipprovdi servizz ta’ awditjar intern sabiex ikunu awditjati b’mod aħjar u b’mod aktar frekwenti l-kontrolli tal-istess Awtorita’. Dan ser ikun qed jirrifletti f’aktar effiċċjenza.
- L-istruttura tal-organizzazzjoni li issa hija kompluta, b’responsabbilitajiet li jagħtu direzzjoni aktar ċara minn qabel.
- Il-ħidma li tinsab għaddejja fil-proġett estensiv fit-Teknoloġija tal-Informatika u l-komunikazzjoni flimkien mal-MITA.
- U finalment, titjieb tal-koordinazzjoni ma’ entitajiet oħra tal-Gvern biex jintlaħqu aħjar il-miri tal-Gvern li jikkonċernaw is-sistema tal-welfare f’Malta. F’dan is-sens, l-Awtorita’ tad-Djar tipparteċipa fis-servizzi offruti mill-LEAP, kif ukoll tikkoordina ma’ diversi NGOs, partikolarment dawk li joffru servizzi ta’ residenza.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qegħdin fuq il-lista ta’ stennija biex jidħlu fir-residenza SVPR?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, in-numru tal-lista ta’ stennija biex jidħlu fil-homes tal-Gvern u fir-residenza SVPR hu ta’ 1663.
Id-Dipartiment m’għadux jiddistingwi bejn iż-żewġ listi għax pazjent jista’ jaqleb minn lista għall-oħra skont il-bżonn.
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta’ kemm hawn kumpaniji li jipprovdu servizz privat ta’ carers u nurses?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, tali lista m’hijiex disponibbli fil-Ministeru tiegħi. Jista’ jagħti l-każ li tali lista tkun tista’ tingħata mill-Ministeru tal-Finanzi minħabba li r-Reġistru tal-Kumpaniji jaqa’ taħtu.
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-ismijiet tal-persuni li applikaw għas-sejħa interna ta’ Deputy CEO li saret fl-Awtorità tad-Djar kif ukoll jagħti l-isem tal-persuna li ntgħażlet? Jista' jgħid minn kienu l-membri tal-bord tal-għażla f'dan il-proċess? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-iscore sheet ta' kull applikant li saret waqt l-interview? Jista' jgħid x'kienu r-raġunijiet li wasslu lill-Bord sabiex jagħżel lill-persuna li ngħatat dan il-post? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji dwar il-kwalifiki u l-esperjenza ta' kull applikant inkluż tal-persuna magħżula?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant li, l-kandidati li applikaw għas-sejħa interna ta’ Deputat Kap Eżekuttiv (Deputy CEO), li saret fl-Awtorità tad-Djar, huma erbgħa. Il-persuna magħżula għal din il-kariġa ta’ Deputat Kap Eżekuttiv hija s-Sinj. Romina Fenech.
Il-persuna kienet magħżula riżultat tal-kapaċitajiet, kwalifiki u esperjenza.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-ċertifikati oriġinali tal-kwalifiki tad-Deputy CEO tal-Awtorità tad-Djar? Jista' jgħid mil-liema Università ġabet il-Masters d-Deputy CEO tal-Awtorità tad-Djar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-MQRIC li jivverifika li l-kwalifika li għandha d-Deputy CEO tal-Awtorità tad-Djar hija ta' livell ta' Masters?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna magħżula biex tokkupa l-kariga ta’ Deputat Kap Eżekuttiv fl-Awtorità tad-Djar għandha l-kwalifiki neċessarji skont is-sejħa fl-applikazzjoni għal Deputat Kap Eżekuttiv.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fl-Awtorità tad-Djar għall-overtime għas-snin 2013, 2014 u 2015 sal-lum? Jista' jagħti lista sħiħa tal-persuni li ħadmu l-overtime, kemm il-siegħa għamlu u kemm tħallsu għal dan l-overtime?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-sena 2013 l-Awtorita’ tad-Djar ħalset is-somma ta’ € 3,938.82 maqsuma fuq 5 persuni li bejniethom għamlu 391.5 siegħat ta’ overtime. Matul is-sena 2014 ma kienx hemm nefqa għal overtime, filwaqt li bejn Jannar 2015 u Ottubru 2015, persuna waħda tħallset is-somma ta’ € 19.00 għal 2.5 siegħat.
Awtorità tad-Djar – Impjegati b’kuntratt definit jew indefinit
Question
Jisa' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fuq kuntratt definit jew indefinit fl-Awtorità tad-Djar minn Marzu 2013 sal-lum? Jista' jgħid min huma dawn il-persuni u x'kariga qegħdin jokkupaw? Jista' jgħid x'inhu s-salarju tagħhom inkluż il-perkaċċi kollha li huma jgawdu minnhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoloi Interpellant li, l-Awtorita’ tad-Djar impjegat 17-il ħaddiem ġdid minn Marzu 2013 sallum, hekk kif qed ikun indikat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Fl-istess perjodu spiċċaw 14-il persuna.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19493, jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li ħadu promozzjoni fl-Awtorità tad-Djar b'effett mis-17 ta' Awwissu li għadda peress li naqas li jagħmel dan fir-risposta tiegħu? Jista' jgħid ukoll x'inhu l-pakkett finanzjarju inkluż il-perkaċċi ta' dawn il-25 persuna li ġew promossi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – ħaddiema li rtiraw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irtiraw nies minn kull dipartiment u entità li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-30 ta’ Settembru 2015? Jista’ jgħid kemm ġew impjegati nies ma’ kull entità u dipartiment li jifformaw parti mill-Ministeru fl-istess perjodu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitlua għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema appartamenti u fejn, se jinbnew għall-Awtorità tad-Djar matul is-sena d-dieħla? Kemm se jinbnew f'kull każ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa l-Awtorita’ tad-Djar qed tiffinalizza eżerċizzju waqt li wkoll għaddejjin diskussjonijiet mal-MEPA sabiex jiġu identifikati l-aħjar siti għall-bini ta’ appartamenti. Għalhekk, il-lista dwar liema appartamenti u fejn ser jinbnew għadha ma tistax tingħata għalissa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm personnel f’kull district office f’Malta u Għawdex? Jista’ jgħid x’inhuma l-karigi ta’ dawn il-personnel f’kull district office? Jista’ jgħid jekk dawn il-ħaddiema humiex kollha impjegati tal-Gvern?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li, 4 biss mit-total provdut fit-tabella, m’humiex impjegati tal-Gvern.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ nisa li kienu eleġibbli għall-maternity benefit fis-snin 2012, 2013, 2014 u 2015 sal-lum separatament sena b’sena? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża tal-Gvern sena b’sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lil Onorovoli Interpellant li n-numru ta’ nisa li kienu eleġibbli għall-maternity benefit fis-snin 2012, 2013, 2014 u 2015, kif ukoll l-ispiża tal-Gvern sena b’sena kienu:
Sena
Nisa Eleġibbli
Nefqa
2012
2,232
€2,193,007.90
2013
2,116
€2,186,500.82
2014
2,002
€2,146,006.67
2015
1,622
€1,774,602.05
Maternity Benefit — nisa mill-Unjoni Ewropea u nisa b’status ta’ refuġjat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ nisa ċittadini ta’ xi membru stat tal-Unjoni Ewropea li kienu eleġibbli għal maternity benefit fis-snin 2012, 2013, 2014 u 2015 sal-lum separatament minn xulxin u mil-liema membru stat kienu ġejjin? Jista’ jgħid kemm kien in-numru ta’ nisa li kellhom status ta’ refuġjat u li kienu eleġibbli għall-maternity benefit f’dawn is-snin?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward informazzjoni ta’ nisa li kellhom status ta’ reguġjat, din l-informazzjoni ma tinżammx mid-Dipartiment.
Servizz dwar inkontinenza – anzjani u persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma dawk il-persuni li jagħmlu użu mis-servizz dwar l-inkontinenza? Jista’ jgħid kemm minnhom huma anzjani u kemm minnhom huma persuni b’diżabilità? Jista’ jgħid jekk hemmx persuni li applikaw għal dan is-servizz imma s’issa għadhom jistennew li jingħataw dan is-servizz? Jista’ jgħid kemm tmur lura l-aktar applikazzjoni li ilha pendenti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, in-numru ta’ persuni li bħalissa qed jużaw is-servizz dwar l-Inkontinenza huwa ta’ 4,849. Minn dawn, 1,976 huma persuni b’diżabilita’ filwaqt illi 2,873 huma persuni anzjani. L-applikazzjonijiet li jintlaqgħu jiġu pproċessati mmedjatament, u għaldaqstant ma hemmx lista ta’ stennija.