Legislature:
Category:
Reset
Active:

Upgrades ta’ Cochlear Nucleus 6 out of stock

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li bejn il-perjodu Ġunju 2014 u Jannar 2015 l-upgrades għal Cochlear Nucleus 6 kienu out of stock għax kien hemm min m’ordnahomx?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14350.

Cochlear Nucleus 6 – ordni tal-upgrades

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-ordni tal-upgrades għal Cochlear Nucleus 6 weħlet minħabba li hemm capping fuq in-numru ta’ upgrades li jiġu ordnati?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14350.

Upgrades għal Cochlear Nucleus 6 out of stock

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li kien hemm għaxar pazjenti li kien imisshom upgrade għal Cochlear Nucleus 6 fl-2014 u dawn ma sarux għax l-upgrades kienu out of stock jew pending order?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14350.

Upgrades għal Cochlear Nucleus 6 out of stock

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li din is-sena (2015) hemm tliet pazjenti li qed jistennew upgrade għal Cochlear Nucleus 6 u dawn ma jistgħux isiru għax l-upgrades huma out of stock jew pending order?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14350.

Upgrades għal Cochlear Nucleus 6 out of stock

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li s-sena d-dieħla (2016) se jkun hemm erba’ pazjenti li jmisshom upgrade għal Cochlear Nucleus 6 u dawn ma jistgħux jagħmluha jekk l-upgrades jibqgħu out of stock jew pending order?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14350.

Upgrades għal Cochlear Nucleus 6

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li se jkun hemm total ta’ 17-il pazjent li għandhom bżonn ta’ upgrade għal Cochlear Nucleus 6 bejn is-sena 2014 u 2016?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14350.

Enemed – kuntratti għall-ħażna ta’ petrol u diesel

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti li l-Enemed għandha bħalissa għall-ħażna ta’ petrol u diesel ma’ kumpaniji privati?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali. L-iżvelar tat-tagħrif mitlub jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess Kumpanija.

Enemed – kundizzjonijiet tal-kiri għall-ħażna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Enemed għandhiex dritt tibdel il-kundizzjonijiet tal-kiri għall-ħażna meta trid hi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemed bħal kull entità kummerċjali oħra, għandha l-obbligu tonora l-kundizzjonijiet maqbula fil-kuntratti li tidħol għalihom, u mhijiex libera tibdel il-kundizzjonijiet unelateralment.

Lista ta’ proġetti ffinanzjati minn fondi Ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ proġetti li għaddejjin bħalissa u li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, li qed isiru minn fondi Ewropej? Għal kull proġett, jista’ jgħid kemm hu l-valur tal-grant agreement u kemm hu l-valur tal-contract agreement?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #15011 Sitting 250 2015-03-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Sptar Ġenerali t'Għawdex — kuntratt ta' tindif u clerical services

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13849 u 12055 li għadu ma weġibx u jgħid liema kumpanija għandha l-kuntratt ta’ tindif u clerical services fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Jista’ jgħid kemm tħaddem nies din il-kumpanija fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fil-cleaning u kemm tħaddem nies fl-istess sptar fis-servizzi klerikali? Kemm hu l-ħlas fis-siegħa li tingħata din il-kumpanija mill-Ministeru tiegħu għal dawn is-servizzi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-kuntratt ingħata lill-JF services.

Mediċina — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward mediċina li tingħata b'xejn?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-każ qed jiġi investigat.

Dipartiment tas-Sanità — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi nvestigat każ lid-dettalji dwarhu qed jingħataw separatament rigward sprall li tneħħietlu tappiera?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-każ qed jiġi investigat.

Ċimiterju tal-Addolorata — kappella - każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward latrini li ma jintużawx fil-kapella taċ-Ċimiterju tal-Addolorata?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-każ qed jiġi investigat.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – persuni ingaġġati f’position of trust

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 14935 u 14122 u ċjoe: Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi bejn id-9 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Jannar 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 20 persuna ingaġġati bħala persons of trust.

Enemalta — Annual Report u Financial Statements

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 15021 u 14537, jista’ l-Minsitru jwieġeb sa meta mistenni jippubblika l-Financial Statements tal-Enemalta Corporation għal 2012 u l-2013 peress li ż-żmien biex jippreżenta dawn id-dokumenti huwa long overdue?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15021 (ħmistax-il elf, wieħed u għoxrin)

Cochlear Implant Freedom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’rimedju qed jingħataw il-pazjenti li jkollhom ħsara fil-processor tal-Cochlear Implant Freedom minħabba li l-upgrade għal Cochlear Nucleus 6 huwa filfatt out of stock jew pending order?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 14350.

Cochlear Implants — upgrade

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li wara seba’ snin suppost numru ta’ pazjenti tal-cochlear implant huma intitolati għall-upgrade għal Cochlear Nucleus 6?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 14350.

Cochlear Nucleus 6 – nuqqas ta’ upgrades

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li n-nuqqas tal-upgrades għal Cochlear Nucleus 6 għax huwa out of stock jew pending order, se jaffettwa madwar 20 pazjent li l-maġġoranza tagħhom huma tfal żgħar u żgħażagħ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 14350.

Sptar Mater Dei – upgrade għal Cochlar Nuclues 6

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-ordni tal-upgrade għall-Cochlear Nuclues 6 għaddiet mid-dipartimenti kollha konċernati iżda weħlet għand iċ-Chief Medical Officer tal-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 14350.