Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #10458 Sitting 159 1999-10-19 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Areas turistiċi — Xogħol ta' embellishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' embellishment fl-areas turistiċi għadux jiġi mmexxi minn Action Committee kif kien isir qabel? Jekk fl-affermattiv, minn min huma iffurmati l-Action Committees ta' Buġibba, tas-South u ta' San Ġiljan/Tas-Sliema? Min jieħu d-deċiżjoni finali fuq ix-xogħlijiet li jridu jsiru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Action Committees li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant kienu inkorporati fl-Embellishment Committees li twaqqfu mill-Ministeru għall-Ambjent biex jippjanaw, jiddisinjaw u jesegwixxu proġetti ta' embellishment. L-Embellishment Committees li hemm bħalissa huma dawn: St. Julian's Embellishment Committee South Embellishment Committee Sliema Embellishment Committee Buġibba Embellishment Committee Il-persuni li jiffurmaw dawn il-kumitati jinkludu rappreżentanti tal-Ministeru għall-Ambjent u mill-Ministeru tat-Turiżmu, minn dipartimenti u taqsimiet li jistgħu jkunu involuti f'din il-ħidma, rappreżentanti tal-Kunsilli Lokali (is-Sindki), u minn rappreżentanti mis-settur turistiku. B'konsultazzjoni ma' l-istess Embellishment Committees, huwa l-Gvern li jieħu d-deċiżjonijiet finali fuq ix-xogħlijiet li jridu jsiru.
Leg 9 PQ #10517 Sitting 159 1999-10-19 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

UE — Eco Management Audit Scheme

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jagħmel il-gvern biex il-korporazzjonijiet u d-dipartimenti tiegħu jiġu compliant mad-direttivi dwar l-ambjent ta' l-UE? X'tip ta' compliant programme għandu l-gvern? Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex jipparteċipaw f'Eco Management Audit Scheme?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Bħala parti mit-tħejjija għall-proċess ta' l-iscreening relatat ma' l-applikazzjoni ta' Malta bħala membru fl-Unjoni Ewropea, l-Ministeru għall-Ambjent waqqaf working groups biex jiddiskutu l-partijiet kollha li jaqgħu taħt l-'acquis' għar-rigward ta' l-ambjent. Dawn il-working groups kienu jinkludu l-entitajiet pubbliċi relevanti. Programm relatat mal-compliance ma' l-obbligi tad-direttivi jiġi diskuss f'fażi suċċessiva. Il-materja ta' l-'Eco Management and Audit Scheme' ġiet trattata minn wieħed mill-working groups. F'dan l-istadju, l-ebda dipartiment ma qed jipparteċipa fl-Eco Management and Audit Scheme.
Leg 9 PQ #10342 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Ambjent

Għaqdiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-għaqdiet sportivi li għandhom titlu legali fuq il-proprjeta' li jokkupaw preżentement ġewwa Manoel Island u l-Pont ta' Tigne'?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba tingħata waqt id-diskussjoni fil-Parlament fuq il-proġett ta' Manoel Island u Tigne'.
Leg 9 PQ #10404 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Valletta — MLP - Każin - Airconditioner

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-VRP approvax l-istallazzjoni ta' airconditioner fuq barra fil-gallerija tal-każin tal-Malta Labour Party fi Triq ir-Repubblika, il-Belt?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta qatt ma approva li jistgħu jitwaħħlu air-conditioners jew ħwejjeġ oħrajn sporġuti 'l barra. Kwalunkwe ħaġa sporġuta 'l barra fil-Belt Valletta għandha bżonn permess. Wieħed irid jiċċara wkoll li l-VRP ma japprova l-ebda permess iżda biss jagħti l-parir tiegħu lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
Leg 9 PQ #10422 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Buġibba Action Committee

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inbidlitx il-policy tal-Buġibba Action Committee dwar il-kiosks fuq il-promenade f'Buġibba peress li jidher li xi wħud qegħdin jerġgħu jtellgħu l-kiosks tagħhom fil-pożizzjoni li kienet qabel ma sar il-proġett ta' Buġibba?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien infurmat li waħda mill-kiosks ġiet imressqa minn postha mis-sidien u l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar immedjatament ħa passi mal-Pulizija dwar dan il-każ.
Leg 9 PQ #10426 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Ta' Qali — Park Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li saret il-bidla fil-formulazzjoni tal-kumitat tal-Park Nazzjonali f'Ta' Qali, fis-sens li tneħħew ir-rappreżentanti tad-diversi dipartimenti? X'inhuma t-terms of reference ta' dan il-kumitat kif ġie iffurmat issa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ridt li nifforma l-kumitat bil-mod kif weġibt f'Mistoqsijiet Parlamentari preċedenti fuq bażi temporanja, bil-ħsieb iżda li jiddaħlu mill-ġdid rappreżentanti tad-dipartimenti fi stadju ulterjuri.
Leg 9 PQ #10441 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment ta' l-Artijiet — Entraturi tal-bini ta' l-iskola G. Desportt Verdala

Question

Jista' l-Ministru responsabbli mill-artijiet jivverifika u jgħid jekk hemmx xi entraturi, minn barra l-bini ta' l-iskola G. Despott Verdala, li jagħtu għal ground ta' l-istess skola? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk dawn humiex okkupati?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #10442 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Verdala — Huts

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huts, fl-area magħrufa bħala Verdala, fejn illum hemm allokati d-Dipartiment tax-Xogħlijiet distrett tal-Kottonera, huma okkupati? Min qed jokkupahom? Jista' l-Ministru jara li l-area tingħata tindifa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministri konċernati.
Leg 9 PQ #10468 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Zabbar — Garden Road - Tindif

Question

Jista'l-Ministru jara li jiġi mnaddaf il-ġnien li hemm fil-ġemb ta' Garden Road, Zabbar, peress li mimlija ħmieġ u qed tkun ta'perikolu għal pedestrians minħabba l-ġrieden li hemm? X'inhu jsir biex ma jsirux abbużi fil-post?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li qed tirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilha li tindirizza l-mistoqsija tagħha lill-Kunsill Lokali konċernat.
Leg 9 PQ #10487 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Eco Management Audit Scheme

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il industrija Maltija qed tipparteċipa fl-Eco Management Audit Scheme? Liema huma dawn l-industriji? X'għajnuna qed tagħti l-Unjoni Ewropea?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Għadu mhux possibbli għall-industrija Maltija biex tipparteċipa fl-E.M.A.S., minħabba l-fatt li din hija miftuħa għall-pajjiżi li huma diġa' membri ta' l-Unjoni Ewropeja. Malta diġa' ibbenefikat minn assistenza li ngħatat mill-Unjoni Ewropeja biex tkun tista' tintroduċi din l-iskema f'pajjiżna fejn b'kollox ipparteċipaw ħamsin industrija. L-Awtorita' ta' Malta għall-Għemil ta' Standards fasslet regolamenti fuq l-istess prinċipji li hi mfassla fuqhom l-iskema ta' l-E.M.A.S. Huwa mistenni li jekk ikun hemm 'compliance' ma' dawn ir-regolamenti, dan ser imexxi lill-Malta lejn ċertifikazzjoni nazzjonali ta' 'compliance' ma' l-iskema nazzjonali ta' l-Eco Management. Dawn ir-regolamenti jgħidu wkoll illi ċ-ċertifikazzjoni nazzjonali tkun tista' tiġi rikonoxxuta bħala ċertifikazzjoni ekwivalenti ta' l-E.M.A.S. hekk kif Malta issir membru ta' l-Unjoni Ewropeja.
Leg 9 PQ #9254 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ħitan tas-sejjieħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il metru ta' ħitan tas-sejjieħ saru bejn Jannar u Ġunju? Fejn saru? Meta saru? Kemm minn dawn il-ħitan saru fl-għelieqi tal-bdiewa? Jista' l-Ministru jara li jitkomplew ix-xogħlijiet li kienu bdew fit-triq prinċipali tal-Manikata matul l-amministrazzjoni preċedenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li minn Jannar sa Ġunju ħaddiema tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent bnew 2500 metri ħajt tas-sejjieħ. Dawn saru kif jidher hawn taħt: Rabat 333m Jannar - April Santa Luċija 95m Jannar Żejtun (Tarxien Road) 869m Jannar u x-xogħol għadu għaddej Żejtun (San Tumas) 100m Jannar - April Żurrieq 30m Jannar Mosta 23m Jannar - Frar Mosta Santa Margherita 145m Jannar - Frar Marsascala 35m Mejju Paola (Ħal-Saflieni) 160m Jannar - Ġunju San Ġwann (Wied Għomor) 257m Marzu u x-xogħol għadu għaddej Kalkara 7m Ġunju Il-Belt (Jum l-Ambjent) 65m Ġunju Madliena 424m Frar - Ġunju Il-biċċa l-kbira ta' dawn il-ħitan kien fl-għelieqi. Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent qatt ma kien involut f'xogħlijiet fil-Manikata.
Leg 9 PQ #9255 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ħitan tas-sejjieħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il metru ta' ħitan tas-sejjieħ saru bejn Jannar u Ġunju? Fejn saru? Meta saru? Kemm minn dawn il-ħitan saru fl-għelieqi tal-bdiewa? Jista' l-Mnistru jara li jitkomplew ix-xogħlijiet li kienu bdew fit-triq prinċipali Tas-Salib, is-Santi matul l-amministrazzjoni preċedenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9254 ta' din is-seduta. Rigward it-tieni parti, id-Dipartiment ta' l-Ambjent qatt ma kien involut f'xogħlijiet f'Tas-Salib, is-Santi.
Leg 9 PQ #9256 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ħitan tas-sejjieħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il metru ta' ħitan tas-sejjieħ saru bejn Jannar u Ġunju? Fejn saru? Meta saru? Kemm minn dawn il-ħitan saru fl-għelieqi tal-bdiewa? Jista' l-Ministru jara li jitkomplew ix-xogħlijiet li bdew fit-triq prinċipali Buqana, il-Ħemsija matul l-amministrazzjoni preċedenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9254 ta' din is-seduta. Rigward it-tieni parti, id-Dipartiment ta' l-Ambjent qatt ma kien involut f'xogħlijiet fil-Buqana u l-Ħemsija.
Leg 9 PQ #10353 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Kalkara — Triq tal-Kapuċċini

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li jibgħat uffiċjali fi ħdan id-Dipartiment ta' l-Ambjent sabiex t-Triq tal-Kapuċċini ġewwa l-Kalkara mill-bini sal-Kunvent tal-Kapuċċini jiġi kkurat, imnaddaf waħda u sew u jsiru ħajt tas-sejjieħ fuq in-naħa tax-xelluġ inti u tiela' fid-direzzjoni ta' l-istess Kapuċċini?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-toroq Santa Liberata u San Rokku se jitnaddfu mill-'Unit Għal Ambjent Nadif'.
Leg 9 PQ #10376 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Wied is-Sewda — Pontijiet

Question

B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsijiet palamentari numri 9924 u 10178 fejn kemm il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u anke l-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni t-tnejn qalu li mhumiex responsabbli għall-parti tal-proġett tar-riabilitazzjoni ta' Wied is-Sewda, l/o Qormi fejn din tikkonċerna l-bini ta' żewġ pontijiet, jista' l-Ministru li allura naħseb li hu responsabbli għal dan ix-xogħol, jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru dawn iż-żewġ pontijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed isiru diskussjonijiet sabiex tiġi stabbilita policy dwar dawn il-każi.
Leg 9 PQ #10299 Sitting 156 1999-10-13 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru ta' l-Ambjent — Kiri ta' karozzi/mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru totali ta': (a) karozzi tal-kiri; u (b) mobile phones użati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli dan il-ministeru u x'kienet l-ispiża għal kull domanda mis-6 ta' Settembru, 1998 sa l-aħħar ta' Settembru, 1999?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li bejn Settembru 1998 u Settembru 1999: a) In-numru ta' karozzi tal-kiri kien skond il-bżonn, u varja bejn 68 u 76. In-nefqa totali kienet ta' Lm123,689.46; b) In-numru ta' mobile phones użati kien ta' 24 u l-ispiża kienet ta' Lm9,825.85
Leg 9 PQ #10028 Sitting 154 1999-10-12 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Luqa — Ħal Farrug Housing Estate - Landscaping

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir landscaping u jiżdiedu siġar eċċ fl-areas żdingati fil-Housing Estate ta'Ħal Farruġ, Luqa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #10201 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Ambjent

Żejtun — Triq l-Isqof Galea - Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir xogħol mid-Dipartiment tad-Drenaġġ fi Triq l-Isqof Galea, fiż-Żejtun minħabba l-urġenza marbuta ma' skadenzi oħra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-offerta biex isir ix-xogħol ta' tħaffir tad-drenaġġ fi Triq l-Isqof Galea, Żejtun infetħet. Dan huwa WD 973/98. Wara li din tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern, jintgħażel il-kuntrattur u jkun jista' jibda x-xogħol.
Leg 9 PQ #10218 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Impjant ta' Sant'Antnin — Immaniġġjar

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward l-immaniġġjar ta' l-Impjant ta' Sant'Antnin fl-ewwel sena ta' Gvern Nazzjonalista? Jirriżultalu li tnaqqsu jew żdiedu l-ilmenti fuq l-impjant? Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Ecopod system hijiex vijabbli?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li matul din is-sena ġie proċessat l-akbar ammont ta' skart fl-Impjant ta' Sant'Antnin u ma jirriżultax li żdiedu l-ilmenti. Is-sistema Eco-Pod composting tinvolvi ċerta spejjeż biex il-materjal organiku jitpoġġa ġol-boroż u wara jittieħed fil-post biex jitkompla l-proċess. L-akbar problema ta' din is-sistema hija l-ispazju meħtieġ biex il-kwantita' tal-materjal organiku tiżdied għal-livelli meħtieġa. Biex jiġi determinat jekk din is-sistema hijiex l-aktar waħda vijabli, il-Gvern se janalizza s-sistemi ta' composting li jiġu offruti wara li jiġi pubblikat il-pjan ta' l-istrateġija ta' l-iskart.
Leg 9 PQ #10235 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Ambjent

Ambjent — Ħarsien ta' l-Ambjent

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9881, jista' l-Ministru jgħid x'kien ir-riżultat ta' l-istħarriġ li għamel id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent? X'kienet il-kompożizzjoni kimika ta' dan it-trab iswed? Billi qatt ma nistgħu nkunu prematuri fil-miżuri preventivi li jistgħu jittieħdu f'dak li jirrigwarda l-ħarsien tas-saħħa tal-Maltin kollha, jista' l-Ministru jirrispondi din id-domanda? Jista' l-Ministru jagħti garanzija li dan it-trab l-iswed li qiegħed jiksi l-households tan-nofsinhar ta' Malta mhux qed ikun ta' dannu mediku għas-saħħet ir-residenti ta' dawn l-inħawi tal-gżejjer Maltin?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-istħarriġ indikat mill-Onorevoli Interpellant għadu għaddej. Rigward kwestjoni ta' saħħa, l-Onorevoli Interpellant għandu jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.