Jista' l-Ministru jinformani liema huma dawk il-prodotti ta' l-ikel importati f'Malta li se jkunu affettwati mill-iżvantaġġi bis-sistemi tal-politika komuni tal-biedja ta' l-UE, tant li l-gvern diġa' ddikjara li se jitlob għajnuna/derogi speċjali sabiex ikun hemm lanqas impatt fuq il-poplu tal-gżejjer tagħna?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-fatt li l-Gvern jista jitlob għajnuna speċjali/derogi (Specific Supply Arrangements/Specific Support Measures) fil-qasam tal-biedja m'hux għaliex il-qasam ikun żvantaġġjat taħt il-Politika Agrikola Komuni ta' l-UE, imma biex jiġi assikurat l-aħjar sistema possibli taħt din il-Politika għall-benefiċċju tas-settur Malti.
F'dan ir-rigward ninforma l-Onor. Interpellant li qed isir studju dwar il-Politika Agrikola Komuni w setturi partikolari li jirrigwardaw l-industrija ta' l-ikel.
Jista' l-Ministru jinformana xi programm ħejja l-Gvern sabiex sas-sena 2003 pajjiżna jkun konformi mar-regoli, direttivi u liġijiet ta' l-MRLs fuq il-ħxejjex u frott frisk ta' l-Unjoni Ewropea? Kemm se jiswa dan l-investiment lill-Gvern Malti u min se jagħmel tajjeb għal dan l-investiment?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed jitfassal programm dwar l-analasi tal-ħxejjex u frott frisk sabiex Malta tkun konformi mal-liġijiet tal-UE dwar l-MRLs sas-sena 2003. Saret talba sabiex l-investiment neċessarju jiġi ffinanzjat mill-Protokoll finanzjarju bejn Malta u l-Italja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema fid-dipartiment ta' l-agrikoltura u s-sajd li matul dawn l-aħħar erba' xhur għamlu overtime regolarment? X'karigi għandhom u kemm kien l-overtime li tħallas lil dawn il-ħaddiema separatament?
Response (ZAMMIT, NINU)
In-numru ta' ħaddiema fid-dipartiment ta' l-agrikoltura u s-sajd li matul dawn l-aħħar erba' xhur tħallsu ta' l-overtime regolarment kien ta' 26.
Il-karigi u l-ammont ta' l-overtime li tħallas lil dawn il-ħaddiema hu kif ġej:
Grad Numru ta' Ħaddiema Ammont Totali (Lm)
Principal 2 837
Assistant Principal 1 239
Clerk 2 618
Principal Fisheries Officer 1 786
Senior fisheries Officer 2 1033
Fisheries Officer 3 1288
Scientific Officer 1 425
Senior Agriculture Officer 2 1105
A/Agriculture Foreman 3 1875
Assistant Foreman 1 563
Security Guard 1 410
Farmer 1 552
Gardener 4 2145
General Hand 2 574
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mal-ministeru, dipartmenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu mis-7 ta' Mejju 1987 sal-25 ta' Ottubru, 1996?
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' mpjieg ingħataw dawn il-ħaddiema?
Response (ZAMMIT, NINU)
Bħal ma kelli l-okkażżjoni nirrispondi f'dan it-tip ta' mistoqsijiet, sakemm ma tingħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar bejn l-1987 u l-1996 mill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Bħal ma kelli l-okkażżjoni f'dan it-tip ta' mistoqsijiet, sakemm ma tingħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.
B'riferenza għat-tweġiba tal-Prim Ministru għal mistoqsija parlamentari numru 11175 fejn il-Prim Ministru ta indikazzjoni ta' xogħol tal-membri tar-Revenue Security Corps huwa garantit, jista' jgħid kif il-membri ta' l-RSC spiċċaw mill-pixkerija?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol li kienu jagħmlu l-RSC qegħdin jamluh il-pulizija għaliex is-servizz li qed joffri l-korp tal-pulizija huwa rħas u huwa komplut bl-akkumpanjament tal-kaxxier sal-Bank Centrali.
B'riferenza għad-deroga tal-ħalib li ntqal mill-Ministru li l-Unjoni Ewropea tat lill-Filandja, jista' l-Ministru jispjega aħjar u jpoġġi kopja ta' din id-deroga fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Isvezja u l-Finlandja għandhom deroga sa' l-aħħar ta' l-2003 mill-applikazzjoni tar-regolament 2597/97 li tħalli l-bejgħ ta' ħalib b'persentaġġ ta' xaħam differenti minn dak deskritt fir-regolament.
B'riferenza għall-esportazzjoni tal-varjeta' Sante' bikrija ta' din is-sena, jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz finali għall-kunsinja, ġimgħa ġimgħa, għal 2,000 tunnellata? Meta kellhom jiġu esportati skond il-ftehim dawn l-2,000 tunnellata? Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-prezz tal-varjeta' Sante' fuq il-kwantita' li ntbagħtet? Jista' jikkompara dan il-prezz medju tas-Sante' bikrija mal-prezz minimu ta' Alpha bikrija, kif mifthema fil-kuntratt eżistenti?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ogħla prezz tas-Sante' (NLG 32) huwa 4.5% aktar minn dak tal-Alpha (NLG 30.6), filwaqt li l-anqas prezz tas-Sante' (NLG 29) huwa madwar 23% ogħla minn dak tal-Alpha (NLG 83.6).
Il-prezz medju (weighted average) tal-varjeta Sante' huwa madwar 9% ogħla meta mqabbel ma' dak tal-varjeta Alpha, dejjem skond il-kuntratti eżistenti.
Peress li f'mistoqsija parlamentari numru 15358 l-Ministru ta l-informazzjoni dwar l-Awstralja u n-Norveġja, jista' l-Ministru jgħid għaliex ma ssemmiex ukoll lil Malta?
Jista' għaldaqstant jgħid x'kienet is-sitwazzjoni f'Malta fl-1996, 1997, 1998 u 1999 sena b'sena?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onor. Interpellant fil-mistoqsija parlamentari numru 15358 semma biss is-sitwazzjoni fl-Unjoni Ewropeja. F'Malta n-numru ta' bdiewa u sajjieda full-time matul is-snin indikati kien relattivament stabbli, madwar l-2,500 ruħ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti mill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, bejn l-1987 u l-1996 sena b'sena?
Response (ZAMMIT, NINU)
Diġa' kelli l-okkażjoni nirrispondi li f'dan it-tip ta' mistoqsijiet, sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni li f'dan il-każ tkopri disa' snin.
Jista' l-Ministru jgħid x'konsultazzjonijiet saru bejn id-dipartiment ta' l-agrikoltura u d-dipartiment tar-roads sabiex tneħħiet ir-roundabout li hemm fil-bypass ta' l-Imtarfa?
Meta saru dawk il-konsultazzjonijiet, minn kien preżenti u x'arranġamenti ntlaħqu?
X'sar mill-pjanti, arbuxelli li kien hemm f'din ir-roundabout? X'sar mill-ħadid u fejn reġa' ġie nstallat?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ma saret l-ebda konsultazzjoni mal-'Urban and Rural Landscaping Unit' tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, għaldaqstant l-Onor. Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jmisshom il-produtturi tal-majjal sabiex jimmodernizzaw l-irziezet tagħhom ħalli jsir l-allinejament tal-politika ta' pajjiżna ma' dik tal-CAP ta' l-Unjoni Ewropea mit-Lm3 miljun li l-UE se tipprovdi lill-Gvern Malti għal dan it-tibdil?
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat l-investiment li trid tagħmel din l-industrija sabiex taġġorna mas-sistemi tal-CAP u min se jagħmel tajjeb għal dawn l-ispejjeż?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 15359.
Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti hemm għall-esportazzjoni ta' 2000 tunnellata patata ta' l-ikel tal-varjeta' Sante'?
Kemm huwa l-ammont li kellu jiġi esportat fl-ewwel ġimgħa, it-tieni, eċċ ta' din il-varjeta'?
Xi prezzijiet kellhom separatament dawn l-2000 tunnellata?
X'kondizzjoni kellhom, ċioe' kienu marbuta ma' sistema ta' prezz minimu garantit jew prezz finali?
Response (ZAMMIT, NINU)
Din is-sena ġie miftiehem biex ikunu jistgħu jintbagħtu sa 2000 tunellata Sante' matul 4 ġimgħat li kellhom jibdew mill-20 tax-xahar li għadda mqassma 500 tunellata fil-ġimgħa bi prezzijiet stabbiliti ta' NLG 32, NLG 31.50, NLG 30.50 U NLG 29.00 kull xkora rispettivament.