Legislature:
Category:
Reset
Active:

Heritage Malta – rikonoxximent lill-ħaddiema li jikkontribwixxu għall-esebizzjonijiet li jittellgħu barra minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex Heritage Malta ma tirrikonoxxix il-kontribut ta' ħaddiema oħra tal-istess Aġenzija li jikkontribwixxu għall-esebizzjonijiet li jittellgħu barra minn Malta? Ma' jaħsibx li mhux sew li dawn il-ħaddiema (li jagħmlu l-parti kbira tax-xogħol) jiġu mħollija barra, anke fejn jidħol sempliċement acknowledgment u grazzi li ma jiswewx flus?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li Heritage Malta tirringrazzja lill-ħaddiema kollha li jkunu taw sehemhom fi kwalunkwe wirja, skont il-każ.

Heritage Malta – proċeduri biex jiġu evitati konflitti ta’ interess

Question

B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 29309 u 29310, jista' l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta għandhiex proċeduri interni sabiex tevita konflitt ta' interess fil-każijiet fejn żewġ ħaddiema ta' Heritage Malta jaħdmu direttament flimkien u jiġu minn xulxin u saħansitra wieħed jirraporta direttament lil ieħor? Jekk fin-negattiv, meta ser issir din il-policy interna?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li Heritage Malta tevita ċ-ċirkostanzi msemmija kull meta jkun possibbli li jsir hekk.

Heritage Malta – smoking shed

Question

B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijijiet parlamentari 26853,26023 u 16851 jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li s-smoking shed storika fi ħdan il-kwartieri ġenerali ta' Heritage Malta, tkun restawrata? Jista' jgħid għaliex dan ir-restawr s'issa għadu ma sarx u taparsi jiċċaqlaq kif issir xi mistoqsija bħalma kien hemm kif imsemmi iktar qabel?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li x-xogħol fuq l-ismoking shed se jitkompla kemm jista’ jkun malajr skont il-prijoritajiet tal-aġenzija.

Heritage Malta — GSOs, Senior Clerks u ħaddiema tal-maintenance - uniformijiet

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min qed jissupplixxi lil Heritage Malta bl-uniformijiet tal-GSOs, is-Senior Clerks kif ukoll tal-ħaddiema tal-maintenance?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li preżentement is-site officers u senior clerks jixtru l-ħwejjeg huma personalment minn fejn jogħġob lilhom, skond il-kriterji tal-aġenzija, u jiġu rimborsati minn Heritage Malta. Il-ħaddiema tal-maintenance bħalissa ma għandhomx uniformi. Huwa mistenni li jiġi ppubblikat tender fil-ġimghat li ġejjin f’dan ir-rigward.

Heritage Malta – Forti Sant’Iermu — Mużew tal-Gwerra – vetturi militari li jistgħu jkunu esebiti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk Heritage Malta għandhiex fil-pussess tagħha vetturi militari li jistgħu jiġu esebiti fil-Mużew tal-Gwerra ġewwa Forti Sant Iermu? Jekk fl-affermattiv jista' jagħti elenku ta' dawn l-esebiti u fejn qed jinżammu bħalissa u x'inhi l-kundizzjoni tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Heritage Malta — senior curators/managers u principal conservators/curators/senior executives – per diem allowance meta jsiefru barra

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-per diem allowance ta' kull ġurnata li Heritage Malta tagħti lill-gradi ta’ senior curators/managers u principal conservators/curators/senior executives meta dawn ikunu meħtieġa li jsiefru barra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li r-rati ta’ ħlas għal kull lejl li tagħti Heritage Malta meta l-ħaddiema tagħha jsiefru fuq xogħol huma dawk stabbiliti mill-gvern u bir-regolamenti li japplika l-gvern

A Partnership for Creative Governance — proġett

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32339 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 30649, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-ispejjeż kollha li saru fuq il-proġett “A Partnership for Creative Governance”?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.

Ħad-Dingli – tiswijiet ta’ bankini u culverts

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 30642 jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu rigward il-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli peress li fir-risposta ma hemm l-ebda informazzjoni mill-1999 sa 2014? X’wassal biex fir-risposta għall-PQ 30642 inkiteb “no info available”? Xi tfisser “no info available” li ma kienx hemm xogħol ta tiswijiet ta’ bankini u culverts f’Ħad-Dingli jew li ma nstabux id-dokumenti? U jekk ma nstabux id-dokumenti jista’ l-Ministru jgħid għaliex u x’passi ttieħdu u min kien reponsabbli politikament u amministrattivament? Jeskludi l-Ministru li jagħmel inkjesta?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Kalkara – tiswijiet ta’ bankini u culverts

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 30642 jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu rigward il-Kunsill Lokali tal-Kalkara peress li fir-risposta hemm ftit informazzjoni mill-1999 sa 2016 ? X’wassal biex fir-risposta għall-PQ 30642 inkiteb “no information – records found”? Xi tfisser “no information – records found” li ma kienx hemm xogħol ta’ tiswijiet ta’ bankini u culverts fil-Kalkara jew li ma nstabux id-dokumenti? U jekk ma nstabux id-dokumenti jista’ l-Ministru jgħid għaliex u x’passi ttieħdu u min kien reponsabbli politikament u amministrattivament? Xi jfisser allura li mill-2008 sal-2013 kien hemm nefqa fuq bankini u culverts u m’hemmx informazzjoni lil min tħallsu dawn il-flus? Jeskludi l-Ministru li jagħmel inkjesta?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.

Xgħajra – tiswijiet ta’ bankini u culverts

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 30642 jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu rigward il-Kunsill Lokali tax-Xgħajra peress li fir-risposta ma hemm l-ebda informazzjoni mill-1999 sal-2016? X’wassal biex fir-risposta għall-PQ 30642 inkiteb “not applicable”? Xi tfisser “not applicable” li ma kienx hemm xogħol ta’ tiswijiet ta’ bankini u culverts fix-Xgħajra jew li ma nstabux id-dokumenti? U jekk ma nstabux id-dokumenti jista’ l-Ministru jgħid għaliex u x’passi ttieħdu u min kien responsabbli politikament u amministrattivament? Jeskludi l-Ministru li jagħmel inkjesta?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Mellieħa – Toroq il-Marlozz u d-Denċi – xogħlijiet ta’ kostruzzjoni – saħħa u sigurtà

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa jieħu l-passi kollha li tagħtih il-liġi sabiex jara li dawk responsabbli mis-siti ta’ kostruzzjoni li għaddejjin bħalissa fit-toroq Il-Marlozz u d-Denċi fil-Mellieħa (inkluż rimi ta’ terrapien) ikunu qed jirrispettaw kemm is-saħħa u s-sigurtà tar-residenti li jgħixu hemm kif ukoll tal-persuni li jgħaddu minn din iż-żona?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Positions of trust

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31175 u jelenka l-positions of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Awtorità tax-Xandir — karozzi disponibbli għall-użu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid l-Awtorità tax-Xandir kemm għandha karozzi disponibbli għall-użu tagħha? Min juża u kif juża dawn il-karozzi? X’tip ta’ kuntratti hemm mal-użu ta’ kull karozza?

Response (BONNICI, OWEN)

Informat mill-Awtoritá tax-Xandir li hi għandha żewġ karozzi disponibbli għall-użu tagħha; waħda li temporanjament qed tintuża mill-Kap Eżekuttiv u karozza oħra li tintuża għall-użu uffiċjali għall-użu tal-management u staff. Waħda mill-karozzi li bħalissa qed tintuża temporanjament mill-Kap Eżekuttiv hija proprjeta tal-Awtoritá filwaqt li l-karozza l-oħra hija mikrija għal sena.

Ħruġ ta’ ċertifikat tal-mewt

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn ċertifikat tal-mewt idum medja ta’ ħames ġimgħat biex jinħareġ u dan mid-data li ssir l-applikazzjoni għall-ħruġ taċ-ċertifikat wara l-mewt tal-persuna konċernata?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil Onor. Interpellanti li ċ-ċertifikat tal-mewt jinħareġ fi ftit minuti minn wara li ssir l-applikazzjoni għal tali ċertifikat fir-Reġistru Pubbliku. Jekk min naħa l-oħra l-Onor. Interpellant qed jirreferi għaż-żmien mid-data tan-notifika għal meta jkun preparat iċ-ċertifikat tal-mewt, dan jieħu madwar erbgħa ġimgħat minħabba li r-Reġistru Pubbliku jkun qed jistenna l-informazzjoni korretta rigward il-ħin, d-data u l-kawża tal-mewt mill-awtoritajiet tas-saħħa. Din is-sistema ser tiġi msaħħa bl-introduzzjoni tas-sistema l-ġdida tal-IT tar-Reġistru Pubbliku li ser tiġi introdotta is-sena d-dieħla.

Heritage Malta — Heads u CEO – objectives

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-objectives abbinati mal-Heads u s-CEO ta' Heritage Malta abbinati mas-sena 2017?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-objectives huma meqjusa bħala data personali u għaldaqstant, din l-informazzjoni ma tistax tingħata.

Heritage Malta — Heads u CEO – objectives

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-objectives abbinati mal-Heads u s-CEO ta' Heritage Malta għas-sena 2016? Jista' jgħid kemm minn dawn l-objectives inħolqu b'mod individwali u b'liema persentaġġ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-objectives huma meqjusa bħala data personali u għaldaqstant, din l-informazzjoni ma tistax tingħata.

Heritage Malta – ħwienet – stokk mormi jew written off

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' stokk (li jinbiegħ mill-ħwienet ta' Heritage Malta) li ġie mormi jew written-off għas-snin 2014, 2015 u 2016? Jista' jgħid x'kien il valur ta' dan l-istokk mormi?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Heritage Malta – Dipartiment tar-Riżorsi Umani

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-Dipartiment tar-Riżorsi Umani fi ħdan Heritage Malta m'għadux jinforma lill-ħaddiema biċ-ċaqlieq intern li jsir kultant żmien b'mod regolari? Ma jaħsibx li jkun iktar trasparenti li din il-prassi terġa’ ssir iktar spissa, sabiex tiġi mħarsa s-sigurtà ġewwa l-postijiet fejn hemm partijiet mill-kollezzjoni nazzjonali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li ċirkularijiet simili jiġu ppubblikati b’mod regolari kull meta jkun hemm informazzjoni rilevanti x’tiġi rrapurtata. L-aħħar informazzjoni ġiet iċċirkolata fi Frar 2017.

Heritage Malta – reklamar fuq electronic billboards

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex Heritage Malta tippermetti reklamar fuq electronic billboards li mhux dejjem ikunu qed jiffunzjonaw sew? Ma jaħsibx il-Ministru li dan qed jitfa’ dawl ikrah fuq l-Aġenzija u x-xogħol tant siewi li qed isir?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li r-reklamar imsemmi huwa pprovdut mingħajr ħlas bħala parti minn ftehim ta’ patrunaġġ. Huwa normali li apparat bħal dan jista’ jiżviluppa xi ħsarat tekniċi kull tant żmien.

Heritage Malta – xiri ta’ defibrillators

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 29308, ma jaħsibx il-Ministru li kien ikun iktar għaqli kieku Heritage Malta xtraw defibrillators biex jiġu użati f'każ ta' emerġenza, minflok tdan il-bieb bla bżonn?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-bieb imsemmi kien importanti għax-xogħol ta’ Heritage Malta.