Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16555 u jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq is-substation il-ġdida ta' Triq ix-Xitwa f'Ħal Qormi sabiex tiġi eliminata l-problema ta' vultaġġ baxx fl-inħawi ta' Farsina f'Ħal Qormi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ix-xogħol fuq is-Substation fi Triq ix-Xitwa, Qormi huwa lest u jien infurmat illi din diġa bdiet tissuplixxi l-elettriku fl-inħawi tal-madwar.
Jista’ il-Ministru jgħid kelliex service applications ġodda l-Water Services Corporation din is-sena u s-sena l-oħra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ammont ta' service applications li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma rċeviet fl-2004 kien jammonta għal 4433. L-ammont ta' service applications għal din is-sena sa l-aħħar t'Awwissu kien ta' 2802.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Taxxi/Tariffi
Question
Jista' il-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn Ottubru 2004 sal-lum? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (GATT, AUSTIN)
Waqt li nirreferi lil Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għal PQ 9353, nitolbu jirrefer għall-istqarrijiet maħruġa minn dak iż-żmien il-hawn fir-rigward taż-żidiet tan-noll tal-Gozo Channel, tal-"fuel oils" u tas-"surcharge tad-dawl" u l-ilma
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Diretturi/Chairpersons
Question
Jista' il-Ministru jgħid min huma d-diretturi u ċ-chairpersons tal-kumpanniji, enti u bordijiet li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandhom kull wieħed minnhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informażżjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 16563 u 16720 u jgħid: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 16197, jista' jgħid għal kemm jammontaw id-distribution losses fis-sistema tat-trasmissjoni ta' l-elettriku u kemm jammontaw fil-każ ta' serq ta' elettriku?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 16579 u 16734 u jara jistax jiġi re-routed il-passaġġ ta' l-ilma tax-xita minn fuq il-bejt għal ġewwa ta' Rizzo service station, f'Birkirkara?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-MV Ta' Pinu mhuwiex attrezzat f'safety measures sabiex iġorr provisti ta' gas u fuel bejn iċ-Ċirkewwa u l-port ta' l-Imġarr?
Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, in vista tal-fatt li l-MV Gaudos huwa l-uniku vapur li għandu dawn is-safety measures u dan il-vapur qiegħed għat-tiswija, x'inhi r-raġuni li ntuża s-servizz ta' l-MV Ta' Pinu u b'hekk il-pubbliku ġie espost għal perikolu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kumpanniji ngħataw għajnuna mill-Kordin Business Incubation Centre minn meta dan twaqqaf fl-2001?
Jista' jgħid kemm minn dawn il-kumpanniji għadhom jaħdmu u kemm iħaddmu nies?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li wieħed u erbgħajn entita' ngħataw għajnuna mill-KBIC minn meta twaqqaf f'Novembru 2001.
L-entitajiet li ngħataw għajnuna, jinkludi kumpaniji, koperattivi, partnerships, selfemployed u għaqdiet.
Fil-preżent hemm 24 enitita' fil-KBIC li bejniethom iħaddmu 120 persuna. 17 il-entita' temmew b'suċċess il-perjodu ta' nkubazzjoni fil-KBIC u meta ħarġu kienu jħaddmu bejniethom 35 persuna. Meta jitilqu l-KBIC ma jżommx informazzjoni iżjed fuqhom.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm għandha vetturi l-Enemalta? Kemm minnhom għandhom inqas minn 15-il sena, kemm għandhom iktar minn 15-il sena u inqas minn 20 sena u kemm għandhom 'il fuq minn 20 sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Enti pubbliċi
Question
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamnetari 16607, jista' il-Ministru jagħti risposta għall-istess mistoqsija u għall-mistoqsija parlamentari 16421 msemmija fir-risposta tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
B'riferenza għal dil-mistoqsija parlamentari, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 16607 u cioe li l'informazzjoni mitluba ser tingħata b'mod komplet fit-twegiba għall-mistoqsija numru 16421.
Peress li qed jasluli lmenti kontinwi dwar vultaġġ baxx fid-djar tar-residenti ta' Santa Maria Estate fil-Mellieħa, jista' jara x'inhuma r-raġunijiet għal dan u jgħid x'passi se tieħu l-Enemalta biex tirrimedja s-sitwazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Enemalta m'għandhiex ilmenti pendenti minn residenti fl-inħawi ta' Santa Marija Estate. Għalhekk u peress li l-area hija vasta, nistieden lill-Onor. Interpellant jagħti aktar dettalji tar-residenti nvoluti ħalli l-Enemalta tkun tista' tieħu azzjoni.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Enti pubbliċi
Question
Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-enti pubbliċi, awtoritajiet u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Kemm minn dawn l-enti eċċ, jagħmlu outsourcing ta' xogħol legali (legal advice and litigation) tagħhom?
Fil-każ li jsir outsourcing ta' xogħol legali, min huma l-avukati mqabbda?
Kemm jitħallsu kull sena jew perjodikament dawn l-avukati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16563 u jgħid: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 16197, jista' jgħid għal kemm jammontaw id-distribution losses fis-sistema tat-trasmissjoni ta' l-elettriku u kemm jammontaw fil-każ ta' serq ta' elettriku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-Enemalta u l-WSC jagħmlux random inspections fuq il-ħaddiema? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm saru fl-aħħar tliet xhur? Meta saru u fejn saru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Birkirkara — Rizzo Service Station - Passaġġ ta' l-Ilma tax-Xita
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16579 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu, u jara jistax jiġi re-routed il-passaġġ ta' l-ilma tax-xita minn fuq il-bejt għal ġewwa ta' Rizzo service station, f'Birkirkara?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.