Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni li jiffurmaw l-istaff tas-segretarjat privat tiegħu? Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll min huma l-istaff li għandu s-segretarju parlamentari fl-uffiċċju tiegħu? X'inhu r-rwol ta' kull impjegat? Min huma dawk il-persuni ingaġġati b'kuntratt? X'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol, inkluż pagi, allowances u benefiċċji oħra ta' kull impjegat?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Sa issa għad ma ġie konkluż ebda kuntratt jew ftehim ma
staff fis-segretarjat privat tiegħi.
Nirreferi wkoll lill-Onor Interpellant għad-dokument li
qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra f'din is-Seduta
b'risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 81.
Jista' l-Prim Ministru jagħti n-numru ta' talbiet għal separazzjonijiet li ġew introdotti fil-Qorti Sekond Awla u Prim Awla matul l-1997 - 1998 sal-lum?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li t-totali ta` talbiet għal
separazzjonijiet li saru fis-sekond Awla matul l-1997 u
l-1998 (sas-27 ta' Ottubru) kienu ta' 914 u 800
rispettivament.
Rigward kawżi fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili li
jikkonċernaw separazzjonijiet, it-totali għas-snin 1997 u
1998 (sas-27 ta' Ottubru) kienu ta' 125 u 68
rispettivament.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-ġbir ta' multi u ħlas ta' tariffi separatament fil-Qrati ta' Malta/Għawdex matul l-1997 - 1998, xahar b'xahar?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni
mitluba.
Iċ-ċifri miġbura mill-Qorti ta` Għawdex qed jingħataw
separatament iżda huma inklużi wkoll ma dawk ta` Malta.
Jista' l-Prim Ministru jagħti indikazzjoni jekk u meta se jinħareġ ingaġġ ma' l-armata fi ħdan il-Forzi Armati Maltin?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-ingaġġ fil-Forzi Armati ta' Malta
għalissa ser jinfetaħ għal Uffiċjali Kadetti u li sejħa
għall-applikazzjonijiet għal dan l-ingaġġ ser titħabbar
dalwaqt.
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 1, jista' jekk jogħġbu l-Prim Ministru jagħti r-raġunijiet li wasslu biex il-maħfra presidenzjali tingħata lil Joseph Fenech ukoll għar-reat kommess fil-5 ta' Settembru, 1992, f'175 Tower Road, Sliema ta' serq bi vjolenza? X'inhi l-konnessjoni bejn dan ir-reat u l-attakk fuq il-ħajja tas-Sur Richard Cachia Caruana?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ir-raġunijiet għall-maħfra kienu dawk spjegati fir-
risposti li tajt għad-Domanda Parlamentari numru wieħed.
Intenni li l-maħfra ngħatat fl-interessi tal-ġustizzja.
Ma nistax nagħti dettalji dwar it-tieni domanda meta għad
hemm diversi ġurijiet pendenti.
Infakkar l-Onor Kap ta' l-Oppożizzjoni li huwa dam
sentejn Prim Ministru responsabbli għall-Pulizija u jekk
kellu xi dubji kien obbligu tiegħu li jfittex l-
informazzjoni.
Nerġa nistieden lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jispjega ċar
fl-interess ta' min qed jagħmel id-domandi tiegħu u
ninfurmah ukoll li ma hemm ebda verita fl-allegazzjoni
tiegħu magħmula l-bieraħ li xi xhud fil-ġuri li ġie xjolt
infurmani direttament jew indirettament dwar dak li kien
ser jgħid lill-Qorti bil-magħluq.
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tiegħu li qed jirċievu xi forma ta' allowance mill-5 ta' Settembru 1998? Min huma u xi grad għandhom? F'liema dipartiment jew sezzjoni qegħdin? Għal liema raġuni qed tingħata l-allowance lil kull wieħed jew waħda minnhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Billi l-Kunsill Lokali tar-Rabat u d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura kienu bdew diversi proġetti ta' koperazzjoni bejniethom, fosthom li jipproġettaw kif se jiżviluppaw zona rikreattiva f'Għajn Qajjed limiti tar-Rabat, jista' l-Ministru jinformani bis-sitwazzjoni preżenti?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali tar-Rabat kien ilu jisħaq li, qabel jibda xi proġett fiż-żona fejn Għajn Qajjet, trid tiġi solvuta l-problema ta' l-għarar li kien qed jiżbokka fid-djar u jfawwar id-drenaġġ.
Il-Ministru ta' Agrikoltura ta' qabel kellu jagħmel laqgħa mas-sezzjoni tad-Drenaġġ u mad-dipartiment tax-xogħolijiet biex tiġi solvuta din il-problema imma, skond il-Kunsill, qatt ma stema' xejn aktar u kollox baqa' fuq l-ixkaffa bir-riżultat li dan il-proġett ma tkompliex.