Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #1154 Sitting 13 1998-11-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarjati — Ħaddiema part-time

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid hemmx xi ministri li għandhom nies jaħdmu part-time fis-segretarjat tagħhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nikkonferma li la fis-segretarjat privat tiegħi u lanqas f'dak tas-Segretarju Parlamentari fl-Uffiċċju tiegħi ma hemm nies jaħdmu part-time. Jekk l-Onor Interpellant jixtieq jaf dwar xi segretarjat privat ta' xi ministru ieħor huwa mitlub jagħmel mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #1240 Sitting 13 1998-11-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Ħaddiema impressed

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk bdewx isiru n-negozjati biex il-ħaddiema impressed isiru impjegati mal-Gvern kif ġie mwiegħed fl-aħħar Programm Elettorali tal-Partit Nazzjonalista? Jekk iva, fiex waslu? L-FOI hija parti mid-diskussjonijiet?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat illi l-proċess biex l-Impressed Drivers mal-Gvern u mal-Korporazzjonijiet Pubbliċi jsiru mpjegati permanenti qiegħed fil-fażi ta' ġbir ta' informazzjoni.
Leg 9 PQ #1241 Sitting 13 1998-11-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Marsa — Kunsill Lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk saritx xi inkjesta fil-Kunsill Lokali tal-Marsa? Jekk iva, jista' jpoġġi dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi ghall- Interim Audit magħmul mill-Awditur tal-Gvern Lokali. Dan ir-rapport diġa tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #1327 Sitting 13 1998-11-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bordijiet/Kummissjonijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 649, jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri li jiffurmaw il-Kumitat tan-Nomini (Att dwar Ġieħ ir-Repubblika) u min kienu dawk ta' qabel ma ġie ffurmat mill-ġdid dan il-kumitat?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-Kumitat tan-Nomini imwaqqaf taħt l-Att dwar Ġieħ ir- Repubblika huwa kompost minn: Is-Sur Alfred Fiorini Lowell - Chairman ex officio Segretarju tal-Kabinett Dott Anthony Borg Barthet Is-Sur Richard Cachia Caruana Is-Sinjorina Angela Callus L-Imħallef Victor Caruana Colombo Dott Mercedes Schembri Wismayer Rev Professur Peter Serracino Inglott Il-Kumitat ta' qabel kien magħmul minn: Is-Sur Joseph Zammit - Chairman ex officio Segretarju tal-Kabinett Dott Anthony Borg Barthet Dott Philip Sciberras Dott Dominic Fenech Is-Sur Joe Attard Is-Sinjura Matilde Balzan Is-Sinjura Josephine Attard Sultana
Leg 9 PQ #924 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Servizzi ta' dipartimenti governattivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex se jimplimenta policy sabiex il-kunsilli lokali jiġu mħeġġa jużaw is-servizzi tad-dipartimenti tal-gvern għall-kuntratti tagħhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Naqbel li d-dipartimenti tal-gvern għandhom jagħmlu l- almu tagħhom biex ikunu f'pożizzjoni li jikkompetu sew fir-rigward ta' sejħiet għall-kuntratti mill-Kunsilli Lokali għal xogħlijiet u servizzi.
Leg 9 PQ #933 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qrati — Rapport Muscat Azzopardi

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li fil-bini tal-Qorti kienet ġiet depożitata kopja tar-rapport Muscat Azzopardi dwar każijiet ta' frame-ups li seħħew qabel l-1987? Jista' jikkonferma li m'għadx hemm traċċa ta' din il-kopja? Jekk iva, fejn kienet ġiet depożitata fil-bini tal-Qorti din il-kopja tar-rapport? Min huma l-persuni li kellhom aċċess għall-post li fih ġiet depożitata din il-kopja?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Kemm minn dokumentazzjoni miżmuma fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru kif ukoll minn xhieda mgħotija fil-Qorti mis- Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, jirriżulta li l-Imħallef Godwin Muscat Azzopardi kien qal li ħalla kopja tar-Rapport li qed issir referenza għalih, fil-vaults tal-Qorti, bl-iskop ta' safe keeping. Jirriżulta wkoll mill-istess sorsi msemmija aktar il-fuq, li r-Reġistratur tal-Qorti kien intalab jiċċekkja jistax isib dan ir-rapport imma skond l-istess Reġistratur, wara li fittex kullimkien personalment fis-safe u l- vaults, hu ma sab xejn. Ninsab infurmat li l-persuni li għandhom aċċess għal vaults/strong room tal-Qrati huma l-Assistent Reġistratur tal-Qorti Inferjuri u l-assistent tiegħu u li kull dokument li jitpoġġa fil jew jittieħed mill- vaults, jiġi rekordjat mill-istess persuni. Mill-investigazzjonijiet li saru s'issa u li jkopru s- snin 1994-1998, ma jirriżultax li mill-kotba tar-Records of Deposits, ġie depożitat jew irtirat fl-istrong room tal-Qrati ir-rapport imsemmi.

Mużew tal-Ġustizzja

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma l-Kamra jekk hemmx il-ħsieb li fil-futur viċin isir Mużew tal-Ġustizzja fejn jiġu esposti dokumenti u sentenzi antiki flimkien ma' ħafna mill-oġġetti li jinsabu fis-swali differenti tal-Qorti tagħna li nqabdu sija matul jew qabel l-aħħar gwerra?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Is-suġġeriment ta' l-Onor Membru qed jiġi kkunsidrat fil- kumpless tal-prioritajiet li għandu l-Gvern f'dan il- qasam.
Leg 9 PQ #1153 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ministri/Segretarji Parlamentari — Cellular telephones

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid b'kollox kemm hemm cellular telephones għand il-ministri u segretarji parlamentari flimkien ma' l-istaff tagħhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Fil-każ ta' l-Uffiċċju tiegħi, hemm tlett cellular telephones li tnejn minnhom, jiġifieri tiegħi u tad- designate Assistent Personali tiegħi, huma proprjeta personali imma li l-kera tagħhom u t-telefonati li jsiru minnhom, jitħallsu mill-uffiċċju. Barra minhekk, hemm cellular telephone ieħor għand is- Segretarju Parlamentari fl-Uffiċċju tiegħi. Rigward il-bqija tad-domanda, nitlob lill-Onor Interpellant li jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill- Ministri ndividwalment.
Leg 9 PQ #1205 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' investigazzjonijiet li saru jew qegħdin isiru matul din is-sena fuq il-kunsilli lokali? Min huma l-membri tal-Bord ta' Investigazzjoni? X'kien l-eżitu ta' dawn l-investigazzjonijiet?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nagħti tweġiba f'xi seduta oħra peress li l-informazzjoni għad trid tinġabar.
Leg 9 PQ #1208 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Consultancy services

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu dawk il-persuni li taw servizz ta' Consultancy Services lil kull kunsill lokali matul is-snin 1995, 1996, 1997 u 1998? Għal liema proġetti taw is-servizz tagħhom dawn il-konsulenti u kemm tħallsu għal kull proġett?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nagħti tweġiba f'xi seduta oħra peress li l-informazzjoni għad trid tinġabar.
Leg 9 PQ #1216 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tiftix għaż-żejt

Question

Billi f'daqqa waħda fil-media waqa' skiet perfett fuq it-tiftix għaż-żejt, jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra fuq l-iżviluppi kollha importanti li kien hemm dan l-aħħar f'dan ir-rigward?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-Press Release tas-6 ta' Novembru 1998 maħruġa mid-Dipartiment ta' l- Informazzjoni, li kien fiha tagħrif dwar l-aħħar żviluppi mportanti rigward it-tiftix għaż-żejt u t-tħaffir f'Għawdex. Is-sitwazzjoni attwali hija li t-tħaffir wasal għal-livel ta' 6,500 metru u miexi skond kif maħsub. Ma nifhimx xi jrid jgħid l-Onor Interpellant dwar skiet!
Leg 9 PQ #446 Sitting 11 1998-11-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Kunsilli Lokali — Trasferimenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 fid-Dipartiment tal-Kunsill Lokali? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li mis-6 ta` Settembru sat-28 t'Ottubru 1998 ingħataw żewġ tranfers mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali. Wieħed, fil-grad ta` Principal, ġie appuntat Deputat Reġistratur u naturalment mar jaħdem il-Qorti. Waħda, fil-grad ta` Clerk, fuq talba tagħha stess, marret taħdem fis-Segretarjat Privat tal-Ministru tal- Finanzi. Persuna oħra fil-grad ta` Senior Technical Officer ġiet lura fid-Dipartiment mis-Segretarjat Privat ta` l-ex Ministru ta` l-Affarijiet Barranin u l-Ambjent. Għall-futur trasferimenti jsiru skond u jekk jinqala' l- bżonn u skond ir-regolamenti tas-Servizz Pubbliku.
Leg 9 PQ #447 Sitting 11 1998-11-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qrati — Trasferimenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fost l-impjegati tal-Qorti? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li mis-6 ta` Settembru sat-28 ta` Ottubru 1998 kien hemm tlett uffiċjali li ġew trasferiti mill- Qrati tal-Ġustizzja u dan wara talba tagħhom stess. S'issa mhux previst li jsiru aktar trasferimenti mill- Qorti. F'każijiet ta` trasferimenti dawn jiġu kkunsidrati skond l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #806 Sitting 11 1998-11-16 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dikasteru tiegħu li mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'il hawn ġew trasferiti: i) minn dipartiment għal ieħor fl-istess Ministeru; ii) minn dipartimenti f'Ministeru għal xi post ieħor li jaqgħu taħt Ministeri oħrajn? Jista', f'kull każ, il-Ministru jgħid minn fejn għal fejn saru dawn it-trasferimenti u għal liema raġunijiet?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali ġew maħruġa dawn it-transfers bl-approvazzjoni tal- Management and Personnel Office fid-dikasteru tiegħi. Minn dipartiment għal ieħor fl-istess Ministeru: Minn Għal 3 Private Secretariat Department of Corporate Services (OPM) 1 Department of Corporate Electoral Office Services (OPM) 1 Justice Division Courts of Justice 1 Local Councils Courts of Justice Minn dipartimenti f'dan il-Ministeru għal dipartimenti f'Ministeri oħra jew vice versa: Minn Għal 6 Courts of Justice Roads, Notary to Government, Ministry of Tourism, DSS (Gozo), Libraries & Archives 1 Armed Forces of Malta Education Division 1 Cabinet Office Joint Office 2 Department of Information DSS (Gozo), Ministry for Social Policy 2 Licensing & Testing, Industry Cabinet Office 6 Maltapost, Civil Aviation, Courts of Justice Works Division 1 Office of Telecommunications Staff Development Organisation Regulator Erbgħa minn dawn it-transfers seħħew qabel is-sitta ta' Settembru 1998 imma ma laħqux dehru fi transfer list qabel l-Elezzjoni. Tlieta oħra seħħew ukoll qabel is-sitta ta' Settembru 1998 u kienu jagħmlu parti mill-eżerċizzju tat- trasferimenti għal Għawdex tas-Short Term Benefits Section tad-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali. It-trasferimenti l-oħra saru jew fuq talba ta' l- impjegati stess jew skond l-esigenzi tas-Servizz.
Leg 9 PQ #917 Sitting 11 1998-11-16 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tas-Segretarju tal-Kabinett — Inspectorate Unit

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar mill-Inspectorate Unit fi ħdan l-uffiċċju tas-Segretarju tal-Kabinett?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-Inspectorate Unit li kien fi ħdan l-Uffiċċju tal- Kabinett ġie xolt u skond kif jien infurmat, it-tlett uffiċċjali li kienu jiffurmaw il-Unit irritornaw fid- dipartimenti rispettivi tagħhom.
Leg 9 PQ #934 Sitting 11 1998-11-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Isla — Kunsill Lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru, bħala l-Ministru responsabbli mill-Kunsilli Lokali, jinforma f'liema stadju waslet it-talba tal-Kunsill Lokali ta' l-Isla għall-uffiċċju adegwat fi Triq San Gużepp l-Isla?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-24 ta' Diċembru 1997, il-Kunsill Lokali Isla kien għamel talba formali lid-Dipartiment responsabbli biex post pubbliku fi Triq San Ġuzepp, Isla jiġi wżat bħala l-uffiċċji amministrattivi tal-Kunsill. Ma jidhirx li sar wisq progress dwar it-talba mill- amministrazzjoni preċedenti. Sa nara kif it-talba tiġi mistħarrġa f'qasir żmien.
Leg 9 PQ #946 Sitting 11 1998-11-16 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Mili ta' postijiet

Question

Billi riċentement intqal minn Uffiċjali għolja tal-Gvern li dawk li applikaw biex jimlew karigi għoljin fiċ-Ċivil m'għandhomx il-kwalifiki meħtieġa, jista' l-Prim Ministru jgħid: (a) Kemm hemm postijiet (posts) ta' segretarji permanenti, diretturi ġenerali u diretturi fis-Servizz Pubbliku; (b) Kemm minn dawn il-postijiet huma mimlija b'mod permanenti u kemm huma vakati u liema huma f'kull każ; (c) X'inhuma l-kwalifiki li qed jistenna u l-kriterji li beħsiebu japplika fl-għażla tagħhom f'kull kariga u f'kull każ; (d) X'inhuma l-kwalifiki li, fl-opinjoni tal-Gvern, dawk li applikaw għal headship positions fl-aħħar ta' Marzu li għadda jonqoshom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li n-numru ta Segretarji Permanenti, Diretturi Ġenerali u Diretturi fis-Servizz Pubbliku huwa ta' 14, 14 u 108 rispettivament - total ta' 136. In-numru ta' postijiet li mhumiex mimlija huma: Segretarju Permanenti - 1, Diretturi Ġenerali - 2, u Diretturi - 31. Dawn il-postijiet qed jiġu riveduti biex jirriflettu l- ħtiġijiet tal-Ministeri tal-lum. Is-sejħa għal 21 minn dawn il-postijiet battala kienet saret permess taċ- Ċirkulari OPM 13/98 li ħarġet fit-30 ta' Marzu 1998 u għalqet fl-24 ta' April 1998. Saru 343 l-applikazzjoni minn 165 l-applikant għal dawn il-21 postijiet. Kopja tal-lista tal-vakanzi li kien hemm maċ-Ċirkulari hija annessa ma' din it-tweġiba bħala Anness A. Lista tal- postijiet l-oħra hija annessa bħala Anness B. Il-ħatriet għal dawn il-postijiet isiru skond u fuq il- kriterji li hemm fil-provedimenti tal-Kostituzzjoni u fir- Regoli tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 194 fit-2 ta' Novembru 1998.
Leg 9 PQ #947 Sitting 11 1998-11-16 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Ingaġġ ta' impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhija l-politika tal-Gvern rigward l-ingaġġ ta' impjegati mas-settur pubbliku, kemm maċ-ċivil u kemm mal-korporazzjonijiet u kumpanniji parastatali u tal-Gvern u kemm mal-Korpi statutorji indipendenti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Kif weġibt għall-mistoqsija numru 286 fit-2 ta' Novembru, il-politika tal-Gvern rigward l-ingaġġ fis-Settur Pubbliku kollu hija li dan l-ingaġġ jiġi ristrett għal dak biss li hu essenzjali għax-xogħol tal-Gvern u l- funzjonijiet strateġiċi.
Leg 9 PQ #948 Sitting 11 1998-11-16 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kabinett — Segretarji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm segretarji tal-kabinett mill-Indipendenza 'l hawn, x'responsabbiltajiet oħra kellhom fis-servizz pubbliku u xi kwalifiki kellhom f'kull każ?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li kien hemm ħdax l-uffiċjal pubbliku li serva bħala Segretarju tal-Kabinett mill-Indipendenza l hawn. Qiegħed nagħti l-ismijiet u l-kwalifiċi akkademiċi tagħhom kif ukoll ir-responsabbiltajiet uffiċjali oħra li wħud minnhom kellhom waqt li okkupaw din il-kariga: Hon Edgar Cuschieri CBE u Official Secretary u wara Segretarju Amministrattiv Chev Edgar Cassar Mr Maurice Abela BSc Econ MBE Mr Joseph Camilleri BPharm u Segretarju Privat tal-Prim Ministru Mr Albert Agius Ferrante LP u Segretarju Amministrattiv Mr Edmond Micallef u Segretarju Amministrattiv Mr Joseph Sammut BA (Hons) Econ u Segretarju Amministrattiv DPA Mr George W Borg u Segretarju Ġenerali u wkoll Segretarju Amministrattiv Mr Joseph R Grima u għal xi żmien Segretarju Permanenti u Segretarju Amministrattiv Mr Alfred Fiorini Lowell Mr Joseph Zammit MA BA(Hons) Econ ACISA DInst M HCN CPAA
Leg 9 PQ #972 Sitting 11 1998-11-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Suldati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiftħu l-applikazzjonijiet għal suldati fil-Forzi Armati ta' Malta, regolari? Jekk iva, kemm huwa n-numru u meta?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Għada kif ħarġet sejħa għall-Applikazzjonijiet għall- Kadetti li tagħlaq fl-20 ta' Novembru 1998. Hemm wkoll il-ħsieb li toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet għal suldati fil-Forzi Armati fil-1999. M'hiex il-prattika li jiġu ddikjarati ċ-ċifri tar- reklutaġġ minn qabel li jsir.