B'riferenza għall-programm "Xarabank" fuq l-istazzjon nazzjonali tal-PBS li xxandar nhar il-Ġimgħa 5 ta' Mejju, 2006, u fid-dawl ta' dikjarazzjoni li saret lejn l-aħħar tal-programm mill-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, u cioe' li hu jaf min huma ċerti traffikanti tad-droga f'pajjiżna, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi u azzjonijiet ħadet il-pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija tinvestiga kull informazzjoni li tista' taslilha bi kwalunkwe mezz. Infurmat ukoll mhix l-etika u lanqas il-prassi tal-Korp tal-Pulizija li jagħmel pubbliku tagħrif dwar tali informazzjoni, tkun xi tkun. Ta' min ifakkar ukoll illi l-Pulizija, fuq talba ta' l-informatur, tirrispetta l-konfidenzalita' ta' minn fejn tkun ġejja l-informazzjoni.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'investigazzjoni saret fir-rigward ta' affidavit li rċevejt mingħand il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jipprovdili kopja tad-dokument li qed jirreferi għalih biex inkun nista' inwieġeb id-domanda tiegħu.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li tiġi kkonsidrata mill-ġdid talba li ilha pendenti diversi snin ta' familja minn San Ġwann li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, biex il-parti li qabel kienet tintuża bħala bus stop li tmiss mal-bitħa tagħhom tinbena f'garage għall-użu personali tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern tkun tista' tikkunsidra mill-ġdid it-talba li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant kemm il-darba jinġieb permess mingħand il-MEPA biex isir l-iżvilupp mitlub.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jsir ir-reklutaġġ ġdid fil-pulizija f'Malta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bħalissa għaddej il-proċess ta' reklutaġġ ta' kuntistabbli fil-Korp tal-Pulizija wara sejħa għall-applikazzjonijiet li kienet pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern ta' nhar il-Ġimgħa 17 ta' Marzu 2006. Dawn l-applikazzjonijiet għalqu nhar is-7 ta' April 2006.
Pulizija — Persuni misjuba ħatja fuq abbużi sesswali
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni nstabu ħatja fuq abbużi sesswali s-sena l-oħra? Kemm minn dawn kienu fuq minuri? Jista' jelenka x'kien l-abbuż li tiegħu nstabu ħatja u x'weħlu wieħed wieħed f'kull każ individwali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi skond ir-records tal-Pulizija matul is-sena 2005 kien hemm 12 il-persuna li nstabu ħatja mill-Qorti fuq akkużi ta' abbużi sesswali, kif jidher fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm nefqet flus il-pulizija fuq il-klandestini s-sena l-oħra?
Response (BORG, TONIO)
Bħal ma diġa’ kelli l-okkażżjoni nispjega fi Tweġibiet preċedenti, minħabba in-natura tax-xogħol minnu nnifsu u l-eżiġenzi li jistgħu jinqalgħu minn ġurnata għall-oħra, huwa impossibli li wieħed jikkwantifika bl-eżatt kemm qed tkun l-ispiża tal-Korp tal-Pulizija fuq l-immigranti irregolari.
Madankollu, ninsab infurmat illi apparti s-salarji tal-membri tal-Korp tal-Pulizija l-ispiża kienet:
Biljetti ta’ l-ajru għar-ripatrijazzjoniLm75,307
IkelLm199,302
Tiswijiet u manutenzjoniLm7,582
Materjal għal tindifLm13,008
Affarijiet oħra bħal ma huma materjal ta’ l-iġene personali, telecards, etcLm23,883
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tiswa l-ħsara li saret fuq proprjeta' tal-pulzija mill-klandestini s-sena l-oħra u din is-sena? Xi ħsara saret?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ħsarat li saru fiċ-ċentru ta' akkomodazzjoni għall-immigranti irregolari ġewwa l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija u f'Ta' Kandja, matul is-sena l-oħra u din is-sena hija stmata li tlaħħaq Lm2,753. Dan l-ammont ma jinkludix il-pagi tal-Pulizija li għamlu t-tiswijiet meħtieġa.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 18127, jista' il-Viċi Prim Ministru jipprovdi l-informazzjoni globali u mhux skond in-natura ta' kolliżjonijiet? X'inhi r-raġuni li ma jinżammx separatament in-numru ta' kolliżjonijiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-inċidenti tat-traffiku bdew jiġu rrapurtati mill-Gwardjani Lokali mill-1 ta’ Marzu 2004. Ta’ min jirrimarka iżda, li l-inċidenti msemmija hawn taħt ma jiġux irrapurtati mill-Gwardjani Lokali:
a) Ħbit ta’ ‘bumper-to-bumper’. L-istatistika tagħhom tinġabar mill-Malta Insurance Association, u din tgħaddiha lill-Uffiċju ta’ l-iStatistika;
b) Kolliżjonijiet fejn ikunu involuti vetturi tal-Gvern jiġu rrapurtati mill-Pulizija u dawn jgħaddu din l-informazzjoni lill-Uffiċju ta’ l-iStatistika;
c) Kolliżjonijiet fejn jinvolvu korriment ta’ persuni jiġu rrapurtati mill-Pulizija u dawn jgħaddu wkoll din l-informazzjoini lill-Uffiċju ta’ l-iStatistika.
Il-Gwardjani Lokali, li jirrapurtaw l-inċidenti l-oħrajn kollha, jirreferu l-istatistika tagħhom lill Malta Insurance Association, li din tgħaddiha lill-Uffiċju ta’ l-iStatistika.
Minħabba f’hekk l-Aġenzjiji tal-Gwardjani Lokali jżommu biss statistika ta’ l-inċidenti li jirrapurtaw huma biss u li ma jinkludux dawk relatati ma’ ħbit ‘bumper-to-bumper’. L-informazzjoni tista’ tinkiseb mill-Malta Insurance Association.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar l-investigazzjonijiet marbuta mal-qtil ta' l-accountant Lino Cauchi li sar 24 sena ilu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-pulizija għadha qed tinvestiga dan il-każ.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew immigranti illegali kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minnhom kienu rġiel, kemm kienu nisa u kemm kienu tfal? Kemm kellhom eta', billi jagħti breakdown ta' kull immigrant? Kemm intbagħtu lura? Kemm ingħataw stat ta' refuġjat kull sena? Kemm ħarbu kull sena? Kemm minnhom ġew ripatrijati kull sena? Kemm minnhom għadhom hawn? Kemm minn dawk li ma ngħatawx refugee status intelqu u baqgħu Malta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ immigranti irregolari li waslu Malta tul dawn l-aħħar ħames snin kien:
20022003200420052006*
1,6865021,3881,822205
*sat-30 ta' April.
Infurmat ukoll illi l-kumplament tat-tagħrif fid-dettal ta’ kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant, ma jinżammx mill-Pulizija taħt forma ta’ statistika u għaldaqstant għad irid ikun ikkumpilat.
Infurmat ukoll illi n-numru totali ta’ persuni li applikaw għal status ta’ refuġjati (asylum seekers), ġew rikonoxxuti bħala refuġjati jew li ngħataw protezzjoni umanitarja fis-snin 2002-2006, sena b’sena, kien dan:
SenaApplikantiRefuġjatiKażi Umanitarji
200247422111
200356853328
200499749560
20051,16634484
2006*37112194
*sat-8 ta' Mejju.
In-numru totali ta’ applikanti jinkludi l-każi fejn l-applikazzjoni tkun ġiet irtirata u applikazzjonijiet li f’għeluq is-sena kalendarja jkunu għadhom qed jiġu eżaminati.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm weġġgħu pulizija minħabba vjolenza fuqhom minn klandestini s-sena l-oħra u din is-sena? X'danni sofrew dawn il-pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn Jannar tas-sena 2005 l-hawn kien hemm għaxar (10) membri tal-Korp tal-Pulizija li weġgħu waqt il-qadi ta' dmirijiethom ma' immigranti irregolari. Id-danni li soffrew kienu jinkludu trauma minn daqqiet jew aggressjoni, filwaqt li tnejn sofrew ksur.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17575 u jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Frar 2006? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Frar 2006?
Response (BORG, TONIO)
B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 17575, ninsab infurmat illi matul Frar 2006, il-każi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 79 każ ta’ serq li f’56 minnhom diġa’ nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti.
Hold up4
Pick Pocketing75
Snatch & grab16
Serq minn dgħajjes3
Serq ta’ dgħajjes3
Serq ta’ karozzi38
Serq minn karozzi250
Serq minn residenzi73
Serq minn barijiet / lukandi26
Serq minn fabbriki3
Serq minn ħwienet38
Serq ieħor275
Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17577 u jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Frar 2006? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Frar 2006?
Response (BORG, TONIO)
B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 17557, ninsab infurmat illi matul Frar 2006, ir-reati li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar kien hemm 50 persuna misjuba ħatja ta’ reati kriminali.
Reati rrapurtati lill-Pulizija matul Frar 2006
Against morals/honour - family1
Arson6
Attemped offences124
Bodily harm67
Computer misuse5
Pretended right1
Damage247
Drugs11
Forgery11
Fraud14
Illegal Immigration19
Prostitution6
Sexual offences4
Theft804
Threats and private violence3
Violation of places of confinement3
Violence against public officers11
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Marzu 2006? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serqiet matul l-istess xahar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Marzu 2006, il-każi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 48 każ ta’ serq li f’28 minnhom diġa’ nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti.
Hold up3
Pick Pocketing50
Snatch & grab8
Serq minn dgħajjes6
Serq ta’ dgħajjes2
Serq ta’ karozzi49
Serq minn karozzi231
Serq minn residenzi78
Serq minn barijiet / lukandi27
Serq minn xtajtiet1
Serq minn fabbriki3
Serq minn ħwienet43
Serq ieħor276
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Marzu 2006? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul l-istess xahar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Marzu 2006, ir-reati li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar kien hemm 112 persuna misjuba ħatja ta’ reati kriminali.
Reati rrapurtati lill-Pulizija matul Marzu 2006
Against morals/honour - family1
Arson14
Attemped offences110
Bodily harm93
Computer misuse4
Religious sentiment1
Pretended right1
Damage204
Drugs5
Forgery7
Fraud10
Illegal Immigration23
Prostitution4
Sexual offences5
Theft777
Threats and private violence3
Violation of places of confinement2
Violence against public officers14
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul April 2006? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serqiet matul l-istess xahar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul April 2006, il-każi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 75 każ ta’ serq li f’67 minnhom diġa’ nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti.
Hold up3
Pick Pocketing17
Snatch & grab12
Serq minn dgħajjes3
Serq ta’ dgħajjes6
Serq ta’ karozzi47
Serq minn karozzi261
Serq minn residenzi85
Serq minn barijiet / lukandi27
Serq minn xtajtiet4
Serq minn fabbriki6
Serq minn ħwienet29
Serq ieħor249
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul April 2006? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul l-istess xahar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul April 2006, ir-reati li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar kien hemm 44 persuna misjuba ħatja ta’ reati kriminali.
Reati rrapurtati lill-Pulizija matul April 2006
Against morals/honour - family1
Arson15
Attemped offences133
Bodily harm73
Computer misuse3
Damage254
Drugs8
Forgery12
Fraud8
Illegal Immigration16
Prostitution4
Sexual offences5
Theft749
Threats and private violence9
Violence against public officers9
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il persuna twaqqfet milli tidħol f'Malta bil-baħar u bl-ajru separatament, fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Għal liema raġunijiet prinċipali u ta' liema nazzjonalita' kienu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kien hemm 98 persuna ta' nazzjonalita' barranija li ma tħallietx tidħol wara li waslet Malta. Minn dawn 4 waslu bil-baħar filwaqt li 94 waslu bl-ajru. Dawn kienu minn dawn il-pajjiżi:
Algeria
Equador
Morocco
Syria
Australia
Iraq
Nepal
Tunisia
Bulgaria
India
Nigeria
Turkey
Colombia
Libya
Romania
Ukrania
Egypt
Moldovia
Russia
Fost ir-raġunijiet li għalihom persuni ma jitħallewx jidħlu Malta prinċipalment jinkludu li:
Ma jkollhomx id-dokumenti kollha neċessarji
Ikollhom dokumenti falsifikati
Ma jkollhomx mezzi biżżejjed biex imantnu lilhom infushom f'Malta
Jiġi stabbilit li ma jkunux ġew Malta għal skop genwin ta' turiżmu
Ma jkollhomx biljett għar-ritorn
Ikunu suġġetti ta' xi struzzjonijiet biex ma jitħallewx jidħlu Malta minħabba xi każ preċedenti jew xi raġuni oħra.