Jista' l-Ministru jgħid fejn huma ppostjati dawk il-persuni li kkwalifikaw bħala health and safety officers?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal dawk l-istudenti li jsegwu l-kors tad-Diploma (OHS) fl-Universita' ta' Malta, ninsab infurmat li għall-korsijiet li bdew bejn is-snin 1997 u 1998 intbagħtu tmin spetturi mit-taqsima tas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol u dawn preżentement qed jaħdmu ma' l-Awtorita' dwar is-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol. Ninsab infurmat ukoll li dawk li attendew il-korsijiet li bdew bejn is-snin 1999 u s-sena 2001 kienu ġejjin mis-settur privat, ażjendi parastatali jew fuq inizjattiva personali tagħhom infushom.
Jista' l-Ministru jgħid in vista tad-domandi nri. 4902, 11849 u 30304 jinforma lill-Kamra dwar f'liema stadju waslu l-proċeduri għal-proġett tal-bini f'Triq San Filippu Senglea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li s-sejħa għall-offerti biex jiwaqqa u jinbena l-post issa għalqet u bħalissa qed tkun aġġudikata mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti għal bejgħ ta' sit fi Triq Valletta, Ħal Kirkop permezz ta' avviż nru.126
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar qatt ma kellha fil-pussess tagħha sit fi Triq Valletta, Ħal-Kirkop li setgħet ħarġet għall-bejgħ. Ninsab infurmat ukoll li din is-sena l-Awtorita' ma ppubblikatx avviż li jġib in-numru 126.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma u għal x'hiex se jintużaw is-servizzi mekkaniċi u ta' l-elettriku għas-swali 1-2 u 3-4 ta' l-Irġiel u tal-Nisa fir-Residenza ta' l-Anzjani f'SVDP skond l-avviż fil-gazzetta tal-Gvern nru. 17,170 ta' l-4/12/01?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti li s-servizzi mekkaniċi u ta' l-elettriku jikkonsistu fis-sistemi kollha li hemm bżonn biex il-wards fl-SVPR jkunu attrezzati f'dak kollu li hu meħtieġ għall-anzjani bħal per eżempju - dawl, ilma, air-conditioning u nurse-call system.
Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw persuni għall-post ta' system manager (SABS System) fid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali? Min huma? Min intagħżel? Xi kwalifiki għandu/għandha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għall-post ta' Systems Manager(SABS System) fid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali, applikaw żewġ persuni jiġifieri:
Is-Sur Joseph Gatt I.D. 91470 (M) u
Is-Sur Clifford Schembri I.D. 150267 (M)
Intagħżel is-Sur Clifford Schembri.
Minbarra li ilu jaħdem fid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali mill-1986 u fil-Computer Section ta' l-istess Dipartiment mill-1991, is-Sur Clifford Schembri segwa numru ta' training courses fil-komputeriżżazzjoni u fl-amministrazzjoni.
Jista' l-Ministru jispjega xi tfisser li CSA li jkollha tirreżenja minħabba mard fit-tul, biex tinsab replacement, tibqa fuq lista prijoritarja meta jiġu biex jimtlew vakanzi futuri, kif ġie stipulat permezz taċ-ċirkolari ffirmata mill-uffiċjal inkarigata mill-home help bid-data tat-23 ta' Jannar 2002?
Dan ifisser li CSA li jkollha tgħaddi minn din il-proċedura malli tkun f' saħħitha terġa' tiddaħħal jew trid tistenna l-mument li d-dipartiment jagħmel sejħa biex jirrkluta l-godda?
Jekk huwa l-aħħar każ iffisser li dawk li diġa għamlu xogħol ta' CSAs ikollhom jerġgħu jibdew kollox mill-biedu bħalikieku qatt ma taw servizz qabel?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti li f'każijiet fejn Assistenta Soċjali Każwali ma tkunx tista' taqdi d-doveri tagħha ma' l-anzjani għal perjodu itwal minn tlett ġimgħat, ikollha tinstab persuna oħra li tkun tista' tgħati servizz lill-istess anzjani.
Meta l-Assistenta Soċjali Każwali tkun f'pożizzjoni fejn saħħitha jew iċ-ċirkostanzi tagħha jippermettulha li tirriżumi x-xogħol din tingħata preferenza fuq applikanti oħra sabiex terġa tibda taħdem bħala Assistenta Soċjali Każwali hekk kif jinħoloq l-ewwel ċans.
Jista' l-Ministru jgħid hemmx reserved parking bays fil-lokalita' tas-Siġġiewi?
Hemm minnhom huma awtorizzati minħabba nuqqas ta' mobilita' w oħrajn minħabba diżabilieta' oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern hux jippjana early retirement scheme għal ħaddiema tal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellanti tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Prim Ministru li taħt id-dekasteru tiegħu taqa' r-responsabbilta' tas-servizz pubbliku.
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji tal-mistoqsijiet li jiġu mistoqsija lil dawk li jiġu intervistati dwar il-labour force survey?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Labour Force Surveys jitmexxew mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika. Ghalhekk nitlob lill-Onor. Interpellanti tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju qegħdin jitneħħew ir-requisition orders fuq residenzi b'R.O. fuqhom?
Tistax tinvestiga l-każ ta' fond li d-detttalji dwaru qed jintbagħtu under separate cover, li huwa kopert b'R.O., fejn minkejja li hemm konvenju għall-bejgħ, il-prospective buyers li għandhom bżonn finanzjament mill-banek ġew mgħarrfa li dan l-R.O. ma jitneħħiex qabel sena li wieħed ikun joqgħod fil-fond ikkonċernat - ħaġa li tagħmilha diffiċli biex is-sid prospettiv jikseb il-finanzjament bankarju meħtieġ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali diġa' nforma lill-partijiet li m'hemm ebda oġġezzjoni għall-bejgħ. Skond il-policy viġenti, ir-requisition order titneħħa qabel sena li wiehed ikun ilu joqgħod fil-fond konċernat jekk ix-xerrej ikun ibbenefika minn skema ta' l-Awtorita' tad-Djar dwar self sussidjat.
Jista' l-Ministru jgħid jistax l-ETC jikkunsidra għall-xogħol lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħatu separatament li qed jirreġistra mal-korporazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ irreferiet lill-persuna ndikata għal diversi xogħolijiet f'numru konsiderevoli ta' drabi. B'dankollu d-dettalji ta' din il-persuna ġew mgħoddija lill-Employment Advisor tagħha fil-Korporazzjoni għall-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jara li l-armla li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li-raġel tagħha kien self employed u dejjem ħallas il-bolla full hix tirċievi l-pensjoni adattata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kundizzjonijiet li jirregolaw is-sick leave tas-CSAs li jaħdmu ma' l-anzjani jiġifieri kemm huma intitolati għal sick leave bil-ħlas sħiħ, b'nofs paga eċċ.?
X'inhuma l-kundizzjonijiet li jirregola t-tmiem ta' l-impjieg, fis-sens ta' terminal benefits eċċ.?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti għal finijiet ta' mpjieg l-Assistenti Soċjali Każwali li huma meqjusa bħala persuni li jaħdmu għal rashom u għaldaqstant iħallsu l-kontribuzzjoni tat-tieni klassi. Għaldaqstant id-dritt tagħhom għas-sick leave bi ħlas huwa regolat mill-Liġi tas-Sigurta' Soċjali.
Bħala nies li jaħdmu għal rashom l-Assistenti Soċjali Każwali m'għandhom l-ebda terminal benefits.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif dwar it-total ta' nies jirreġistraw għal impjieg f'kull lokalita fl-aħħar tas-sena li għaddiet u fl-aħħar ta' Marzu li għadda?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni dwar it-total ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-Ewwel u t-Tieni Parti tar-Reġistru, f'Diċembru 2001 u f'Marzu 2002.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti, skond il-lokalitajiet, għal akkomodazzjoni soċjali sa l-aħħar tas-sena li għaddiet u sa l-aħħar ta' Marzu li għadda?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li inħatru bħala health and safety officers, sena b'sena, f'dawn l-aħħar 5 snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li n-numru ta' persuni li nħatru bħala Safety and Health Officers, sena b'sena, f'dawn l-aħħar ħames snin kien kif ġej:
1998 - 0
1999 - 4
2000 - 2
2001 - 0
2002 - 0
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm delegazzjonijiet mill-ETC li siefru fuq xogħol tul dawn l-aħħar sentejn?
Kemm kien il-kontinġent f'kull każ?
Fejn marru u x'kienet il-missjoni u kemm qamet kull safra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa b'mod urgenti biex il-persuna li d-dettalji tagħha qiegħed nibgħat separatament jinstema' l-appell tagħha dwar il-qtugħ tal-benefiċċju soċjali (relief) mil-aktar fis possibli minħabba li għal din il-persuna il-benefiċċju soċjali huwa l-unika mezz ta' dħul? Jista' jieħu l-passi msemmija peress wkoll li dan il-qtugħ, skond il-persuna msemmija, sar bi żvista min-naħa tad-dipartiment?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-appell tal-persuna ndikata wasal għand l-Awtorita' Nazzjonali dwar ix-Xogħol fid-9 ta' April 2002. L-Awtorita' tisma l-appelli wara xulxin skond kif jidħlu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-post li l-partikularijiet tiegħu jidhru separatament li ilu magħluq għall-ħafna żmien, hux tal-Housing Dept of Lands jew tal-privat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jiena nfurmat illi l-post indikat mhux amministrat mid-Dipartiment għall-Akkomomodazzjoni Soċjali u mhux tal-Gvern.