Jista' il-Ministru jgħid meta l-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li hi tifla ta' disa' snin u persuna b'diżabilita' se tintbagħat għall-kura barra minn Malta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Dipartiment tas-Saħħa m'għandu l-ebda talba biex il-pazjenta msemmija tintbagħat għal kura barra minn Malta.
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Karozzi tal-Kiri
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq kiri ta' karozzi mill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu bejn Jannar u Ottubru 2004? Min huma l-impjegati li huma intitolati għal karozza tal-kiri fl-istess segretarjat privat? Kemm hu n-numru ta' karozzi mikrija għall-membri tas-segretarjat privat tiegħu? Minn fejn inkrew dawn il-karozzi u b'liema rata nkrew?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-Guidelines dwar l-ingaġġ ta' mpjegati fis-Segretarjati tal-Ministri liema Guidelines għandhom l-approvazzjoni tal-Kabinett jipprovdu wkoll għal min f'dawn is-Segretarji huwa ntitolat għall-użu ta' karozza uffiċjali li, f'ċertu ċirkostanzi, tista' wkoll tkun karozza tal-kiri. Dawn l-uffiċjali huma l-Kap tas-Segretarjat, is-Segretarju Privat tal-Ministru, u l-Assistent Segretarju Privat tal-Ministru. Dawn jistgħu jagħżlu li jieħdu transport allowance minflok ma jiġu pprovduti b'karozza.
Is-Segretarjat tal-Ministri huma wkoll intitoli għal numru ta' karozzi, li f'ċertu każijiet jistgħu jkunu mikrija, għall-użu ġenerali (mhux personali) tal-Messaġiera fis-Segretarjat.
Bħalissa, hemm tliet (3) karozzi mikrija li qed jintużaw fis-Segretarjat tiegħi. L-informazzjoni dwar minn fejn u b'liema rati dawn qed jinkrew tinsab fil-lista annessa.
L-ammont totali minfuq fuq kiri ta' karozzi bejn Jannar u Ottubru 2004 fis-Segretarjat tiegħi jammonta għal Lm6,871.11
Ma jaħsibx il-Ministru li l-gvern għandu jikkonsidra li jintroduċi legalizzazzjoni biex tirristrinġi r-reklami tal-junk food kif għamlu pajjiżi oħrajn ħalli jiżgura saħħa aħjar għat-tfal u ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
DG SANCO, dan l-aħħar organiżża Obesity Roundtable (29 October 2004) sabiex tiġi diskussa r-rata allarmanti ta' obeżita' fost il-popli tal-pajjiżi Ewropej, speċjalment fost it-tfal. Waħda mill-affarijiet diskussi kienet l-effett tar-riklamar ta' l-ikel fuq it-tfal. Malta beħsiebha timxi mar-rakkommandazzjonijiet li jistgħu joħorġu mill-ħidma ta' DG Sanco u timplimenta programmi u liġijiet skond il-konklużżjonijiet ta' l-esperti fi ħdan DG Sanco.
Jista' il-Ministru jinformani kemm kienet in-nefqa globali tas-safar matul l-ewwel disgħa xhur tas-sena 2004 tal-ministeru u tad-dipartimenti, entitajiet, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu?
Jista' jinformani kemm hu kkalkulat li se titla' din l-ispiża sa l-aħħar tas-sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Għall-ewwel parti tal-Mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.8911 tas-Seduta Nru.189.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, f'dan l-istadju mhux possibbli li tingħata stima ta' kemm se titla' l-ispiża sa l-aħħar tas-sena. Minkejja dan, id-Diviżjoni u l-Ministeru tas-Saħħa mhux mistennija li jaqbżu l-allokazzjoni approvata fl-Estimi 2004. Għar-rigward ta' l-entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru, l-istima tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) hija ta' Lm3,820, filwaqt li entitajiet oħra ma jaħsbux li l-ispiża se titla' aktar.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi se jieħu d-dipartiment tas-saħħa rigward il-ħafna ġrieden li hemm jiġru fi Triq il-Ġiżi, Fgura, in-naħa ta' Triq A.M. Valperga, Fgura?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li matul din is-sena ma saru l-ebda lmenti f'dan l-uffiċju dwar akkumuli ta' ħmieġ jew ġrieden minn din il-lokalita' msemmija.
Minkejja dan, ħaddiema mis-sezzjoni tal-Pest Control tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, is-Sibt 20 ta' Novembru 2004, għamlu t-trattamenti neċessarji għal kontra l-ġrieden bi tqegħid ta' velenu fi Triq il-Ġiżi fl-akkwati ta' Triq A.M. Valperga, Fgura.
Il-problema ser tibqa' tiġi segwita regolarment sakemm l-infestazzjoni tal-ġrieden tiġi taħt kontrol.
Sussegwentament, uffiċjali ta' dan id-Dipartiment mir-Reġjun tan-Nofsinhar spezzjonaw il-viċinanzi tal-post indikat u ma sabu xejn li jista' jikkontribwixxi għat-tkattir ta' ġrieden fl-inħawi.
Dipartiment tal-Psikjatrija — Studenti tal-mediċina
Question
Jista' il-Ministru jivverifika jekk hux minnu jew le li xi konsulenti fid-dipartiment tal-psikjatrija qegħdin jirrifjutaw li jżommu u jgħallmu studenti tal-ħames sena tal-mediċina waqt li dawn fil-mument preżenti qed jagħmlu kors tal-psikjatrija? Jista' jivverifika jekk konsulent impjegat fid-dipartiment tas-saħħa jistax jirrifjuta li jkollu studenti miegħu biex igħallimhom? Jekk fin-negattiv, ittieħdu xi passi biex l-istudenti tal-mediċina ma jibqgħux jitilfu tagħlim li għalih għandhom dritt?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda konsulent fid-Dipartiment tal-Psikjatrija li rrifjuta illi jżomm u jgħallem studenti tal-ħames sena tal-mediċina waqt il-kors tal-psikjatrija. Konsulent impjegat fid-Dipartiment tas-Saħħa ma jistax jirrifjuta illi jkollu studenti miegħu biex jgħallimhom. Għaldaqstant, fid-Dipartiment tal-Psikjatrija ma kienx hemm bżonn li jittieħdu l-ebda passi.
Jista' il-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena, twieldu twins, triplets, u quadruplets u iżjed? Jista' jgħid jekk it-tqala ta' dawn kenitx artificially assisted?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ma tinżammx statistika dwar it-tieni parti tal-mistoqsija.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Jista' il-Ministru jagħti indikazzjoni ċara dwar meta se jiġu ngaġġati n-nurses li kkwalifikaw mill-Universita' matul din is-sena?
Peress li hemm vakanzi għalihom fl-isptar, x'inhi r-raġuni li dawn għadhom barra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-nurses jiġu ngaġġati wara sejħa pubblika għall-impjieg, liema sejħa qiegħda tiġi proċessata..
Dipartiment tal-Psikjatrija — Studenti tal-mediċina
Question
Jista' il-Ministru jivverifika jekk hux minnu jew le li xi konsulenti fid-dipartiment tal-psikjatrija qegħdin jirrifjutaw li jżommu u jgħallmu studenti tal-ħames sena tal-mediċina waqt li dawn fil-mument preżenti qed jagħmlu kors tal-psikjatrija? Jista' jivverifika jekk konsulent impjegat fid-dipartiment tas-saħħa jistax jirrifjuta li jkollu studenti miegħu biex igħallimhom? Jekk fin-negattiv, ittieħdu xi passi biex l-istudenti tal-mediċina ma jibqgħux jitilfu tagħlim li għalih għandhom dritt?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar, risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jinnota li l-aċċess għar-raba' sular ta' l-uffiċini tal-Kunsill Mediku ma jgħoddx għall-qagħda ta' bosta minn dawk li jressqu xi ilment billi dawn jew ikunu anzjani jew ibatu minn xi diżabilita' peress li m'hemm l-ebda lift fil-bini tal-Kunsill Mediku?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Filwaqt li huwa minnu li l-uffiċju tal-Kunsill Mediku jinstab fir-raba' sular, ninsab infurmat li meta jkun hemm xi ilment minn xi persuna anzjana jew b'diżabilita, ir-reġistratur jinżel isfel biex jaqdi l-pazjent. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-laqgħat tal-Kunsill isiru f'postijiet li huma aċċessibbli għal kulħadd.
Jista' il-Ministru jara għaliex il-Kunsill Mediku lanqas għandu kaxxa ta' l-ittri xierqa u li minħabba f'hekk l-ittri mibgħutin lill-kunsill jispiċċaw imxerrdin ma' l-art jew f'qagħda li jista' jiġborhom kull min ifettillu jidħol hemmhekk?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-letter box fil-bini tal-Kunsill Mediku twaħħlet dan l-aħħar.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8889 u cioe' jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum? Jista' wkoll jindika kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, ir-risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra malli tkun lesta.
Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu anzjani fi djar ta' anzjani tal-gvern u f'San Vinċenz de Paule fis-snin 2003 u 2004 (s'issa) possibbilment maqsuma skond id-dar/sptar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'San Vinċenz de Paul daħlu 321 anzjan għas-sena 2003 u 210 anzjan għas-sena 2004 (s'issa). Fi djar ta' l-anzjani tal-Gvern daħlu kif ġej:
Dar
2003
2004
Bormla
14
39
Floriana
13
7
Gżira
7
5
Mosta
14
8
Msida
8
10
Mtarfa
20
21
Żejtun
124
24
Total
200
114
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6579 dwar in-numru ta' każijiet ta' thryoid cancer f'Malta mill-1987 'il hawn, jista' il-Ministru jaqsam in-numri mogħtija bejn l-irġiel u n-nisa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-inċidenza tal-kanċer tat-thyroid hi 250 fis-sess feminili u 55 f'dak maskili.