Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #21281 Sitting 432 2000-11-21 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Ċimiterji — Ħwejjeġ tal-Mejtin

Question

B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru. 21169, jista' l-Ministru jgħid min għandu r-responsabbilta' jara li l-ħwejjeġ tal-mejtin maqlugħa mill-oqbra jiġu verament distrutti peress li hemm diversi każi fejn f'ċimiterji pubbliċi u tal-Knisja dawn il-ħwejjeġ qegħdin jiġu biss mitfugħa ma' l-iskart u jinġabru mill-iscammel taż-żibel?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li fiċ-ċimiterji pubbliċi ta' l-Addolorata u dak ta' Santa Margherita r-Rabat hija r-responsabilita' tas-supervisor tad-deffiena li jara li l-ħwejjeġ, meta ma jiġux trasferiti b'kollox, jiġu distrutti. Fiċ-ċimiterji pubbliċi l-oħra r-responsabilita' hija tal-kummusjonant imqabbad mill-familjari tal-mejjet, fil-waqt li fiċ-ċimiterji tal-knisja r-responsabilita' hija ta' l-arċipriet/kappillan rispettiv.
Leg 9 PQ #21329 Sitting 432 2000-11-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Mt Carmel Hospital — Social Workers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx social workers f' Mt Carmel Hospital li qegħdin jitwasslu d-dar bil-karozza u driver tal-Gvern? Jekk iva, min huma dawn il-persuni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant ghall-Mistoqsija Parlamentari numru 5810.
Leg 9 PQ #20934 Sitting 431 2000-11-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Polikliniċi — Siringi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi mill-polikliniċi sena b'sena għal dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm tqassmu din is-sena u min liema health centre?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8062 fejn hemm ir-risposta għas-snin 1996. 1997 u 1998. Ma hemmx rekord għas-snin ta` qabel l-1996. Il-fuguri għall-1999 huma dawn: a). Siringi b'xejn miċ-Ċentri tas-Saħħa lil dawk li jsofru mill-vizzju tad-Droga: Xahar Furjana Qormi Gż ira Raħ al Ġ did Bormla Mosta Rabat TOTAL Jannar 900 2035 2600 4300 1124 2249 413 13621 Frar 900 1579 1300 3100 1230 1492 448 10049 Marzu 1100 1469 1800 3700 1390 1392 384 11235 April 1400 1278 2400 3400 1050 1482 630 11640 Mejju 425 781 1800 4080 1680 2164 681 11611 Ġunju 1000 822 1800 4700 2800 1912 703 13737 Lulju 1000 709 2400 4400 1400 1838 822 12569 Awwissu 1050 1030 2200 4650 1170 1891 931 12922 Settembru 1200 886 1600 4650 900 2186 663 12085 Ottubru 1200 1378 2200 4450 960 1844 792 12824 Novevmbru 1000 797 1600 4300 1490 688 732 10607 Diċembru 1000 970 1600 3850 1500 1792 883 11595 b). Siringi b'xejn maħruġa lid-dijabetiċi mill-ispiżeriji taċ-Ċentri tas-Saħħa: Spiż erija Total Average fix-Xahar B'Kara (fetħet f'Marzu) 19100 1910 Furjana 18750 1563 Gżira 33400 2783 Luqa 22434 1870 Mosta 22640 1887 Raħal Ġdid 80090 6674 Qormi 17480 1457 Il-figuri għal din is-sena, minn Jannar sa Ottubru ingħataw fir-risposta parlamentari numru 20802.
Leg 9 PQ #20820 Sitting 430 2000-11-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Parkinson Disease

Question

Jista' l-Ministru jaġġornana dwar mistoqsija parlamentari nru. 17187 u jekk kienx hemm xi għajnuna addizjonali lil dawn il-persuni li jbatu bil-parkinson disease?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ngħarraf l-Onor. Interpellant illi d-DTC qiegħed jiddibatti l-possibilta' li jiġi introdott l-Entacapone. Din id-deċizjoni tkun ibbażata fuq l-evidenza klinika barra li hi magħrufa u ppubblikata f'rivisti speċjaliżżati sa issa. Għalhekk f'dan l-istadju m'għandi xejn x'inżid mar-risposta għal PQ 17187 li tajt fis-seduta 327 (26/7/00).
Leg 9 PQ #21226 Sitting 430 2000-11-20 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Time of Malta — Artiklu

Question

B'riferenza għall-artiklu f'The Times of Malta tal-Ħamis 2 ta' Novembru, 2000 taħt it-titolu "Social Rehabilitation of Mt Carmel Patients" - kopja tagħha qed tintbagħat separatament - fejn id-DOI jgħid li ntlaħaq ftehim dwar id-deployment tan-nurses mat-tlett unions, jista' l-Ministru jikkonferma jew le din l-istqarrija? Jista' jgħid jekk hux veru li hemm nurses li mhux qed jitħallew jagħmlu overtime għax għadhom jobdu d-direttivi? Jista' jgħid hux veru li s-social centre ta' Mount Carmel ġie magħluq u s-serraturi tal-bibien ġew mibdula b'tali mod li l-istaff li s-soltu jaħdem hemm, ġew magħluqa barra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għada qed tinġabar. Risposta tingħata aktar tard.
Leg 9 PQ #21227 Sitting 430 2000-11-20 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Infermiera Barranin

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari numru 18776 mogħtija lill-Onor. Mario Galea dwar it-total ta' nurses barranin li jaħdmu fid-diviżjoni tas-saħħa, jista' l-Ministru jwieġeb ukoll għal nurses barranin fi sptarijiet oħra bħal, per eżempju, Mount Carmel li tħallew barra fit-tweġiba?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fir-risposta tiegħi għall-Mistqosija Parlamentari Nru. 18776, hemm inkluż Staff Nurse li jaħdem fil-Psychiatric Outpatients Clinic, fl-isptar San Luqa li l-kuntratt tiegħu jiskadi fit-8 ta' Mejju 2001. Dan attwalment jaqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Management ta' l-isptar Monte Carmeli. Minbarra dan hemm Staff Nurse oħra li taħdem fl-Isptar Monte Carmeli fuq bażi każwali sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa mal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku sabiex tingħata l-kuntratt. Din ma ġietx inkluża fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 18776 għax din il-Mistoqsija kienet tidher indirizzata għal dawk in-nurses barranin biss li għandhom kuntratt.
Leg 9 PQ #21248 Sitting 430 2000-11-20 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ċimiterju — B'Kara

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslet l-applikazzjoni għall-ċimiterju f'Birkirkara?

Response (DEGUARA, LOUIS)

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 21248, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni ta' Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar ċimiterju għal Birkirkara ġewwa San Gwann, ġiet ir-rifjutata mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika in vista tal-Kodiċi tal-Pulizija Kapitlu 10, Sezzjoni 136.
Leg 9 PQ #21201 Sitting 429 2000-11-17 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Health and Safety — Persuni li weġgħu fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm weġġgħu persuni mpjegati mad-dipartiment wara li sfaw attakkati fuq ix-xogħol? X'kien il-grad tagħhom f'kull każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li mill-1 ta` Jannar 2000 sal-lum, in-numru ta` persuni mpjegati mad-Diviżjoni tas-Saħħa li weġgħu wara li sfaw attakkati fuq ix-xogħol huwa għaxra (10). Il-gradi tagħhom huma kif ġej hawn taħt: Enrolled Nurse 5 Nursing Officer 1 Security Guard 1 Staff Nurse 1 Occupational Therapist 1 Nursing Aide 1
Leg 9 PQ #21205 Sitting 429 2000-11-17 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Malta Today — Artiklu

Question

B'riferenza għall-artiklu li deher fil-Malta Today tal-Ġimgħa 3-9 Novembru, 2000 taħt it-titolu Destigmatising Mt Carmel Hospital, Paġna 10 - li kopja tiegħu qed tintbagħat separtament - fejn il-kelliem għad-dipartiment tas-saħħa qal li: "il-problema fl-Isptar Mt Carmel mhix l-istigma imma l-problema finanzjarja" u semma li biex sar "refurbishment tas-sala 5 ta' l-irġiel, hu stmat li ser ikun ta' xi nof miljun lira, jaħsibx il-Ministru li dan l-infiq hu pjuttost esaġerat? Jista' jagħti breakdown ta' kif intnefqu dawn in-nofs miljun lira għal din is-sala?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li s-somma ta' nofs miljun lira ikkwotata fl-artiklu, ma' tirreferix għas-Sala 5 ta' l-irġiel imma hija stima approssimattiva biex wieħed prattikament jibni swali mill-ġdid fl-isptar Monte Carmeli. Il-mod tal-kostruzzjoni ta' swali f'dan l-Isptar ma jiflaħx il-piż ta' bini modern. Għalhekk wieħed ikun aktar preċiż jekk jitkellem fuq bini mill- ġdid aktar milli 'refurbishment'. Ir-'refurbishment' ta' Sala 5 ta` l-irġiel sewa Lm45,000.
Leg 9 PQ #21145 Sitting 428 2000-11-17 Oral · Interim From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarjiet — Monte Carmeli - Overdose

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' overdose kien hemm fis-Sala Nru 2 ta' l-irġiel fl-isptar Monte Carmeli mill-ewwel ta' din is-sena sal-lum? X'kienu l-każi ta' overdose? X'passi ttieħdu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għal din il-mistoqsija parlamentari qegħda tinġabar u r-risposa tingħata fil-futur qarib.
Leg 9 PQ #21147 Sitting 428 2000-11-17 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Inspectorate Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li jiffurmaw l-Inspectorate Unit li ġew maħtura fil-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid xi kwalifiki għandhom u f'liema grad ta' xogħol (jew skola) għandhom kull persuna? Jista' jgħid jekk qatt xi ħadd minnhom kellu xi każ kriminali u jekk fil-pożittiv, min? Meta jidħlu bil-lejl jitħallsu overtime rate jew bir-rata normali? Għandhom xi allowance speċjali?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li bħalissa hemm żewġ impjegati li qed jiffurmaw l-Inspectorate Unit ta` din id-Diviżjoni. Wieħed qiegħed fi Skala 11 u l-ieħor fi Skala 14. Ninsab infurmat li skond ir-records tad-Diviżjoni tas-Saħħa ma jirriżultax li xi wieħed minnhom kellu xi każ kriminali. Il-ħlas li jsir meta jagħmlu l-inspection bil-lejl huwa 'overtime rate'. L-ammont ta` overtime permess għal inspection huwa limitat. Ma` għandhom l-ebda allowance ta` dan ix-xogħol.
Leg 9 PQ #21169 Sitting 428 2000-11-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Ċimiterju — Oqbra

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'suppost isir bil-ħwejjeġ tal-mejtin li jinqalgħu mill-oqbra sabiex jiġu trasferiti f'oqbra oħra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda trasferiment ma` jista` jsir f'oqbra oħra qabel ma jgħaddu ta` l-anqas sentejn mid-difna. Jekk l-imsemmija ħwejjeġ għadhom f'kundizzjoni tajba, t-trasferiment isir bil-ħwejjeġ b'kollox. Meta l-ħwejjeġ ikunu mmermrin, dawn jiġu miġbura u distrutti.
Leg 9 PQ #21103 Sitting 426 2000-11-15 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tas-Saħħa

Food Poisoning

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tas-Saħħa ħax l-passi neċessarji kontra caterer ta' l-ikel tat-tiġijiet jew is-suppliers tiegħu, li allegatament ikkawżaw food poisoning (minħabba Salmonella) lil diversi persuni li kellhom jingħataw kura l-isptar u dan nhar l-10 ta' Lulju, 1999? Jekk għadhom ma tteħdux l-passi legali neċessarji, jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawn jittieħdu, u jekk fl-affermativ meta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Jien infurmat li passi legali ttieħdu kontra caterer ta` l-ikel tat-tiġijiet wara li diversi persuni kellhom jingħataw kura l-isptar, nhar l-10 ta` Lulju 1999. Il-każ inkwistjoni għadu sub-judice.
Leg 9 PQ #21021 Sitting 423 2000-11-13 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Ħal-Qormi — Ċimiterji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux veru li fiċ-ċimiterju ta' Ħal Qormi hemm sitt oqbra li kienu ġew mirduma? Kemm hemm oqbra vojta u li m'huma ta' ħadd fiċ-ċimiterju ta' Ħal Qormi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Jien informat li ċ-ċimiterju ta' Ħal Qormi hemm parti tal-gvern u parti tal-Knisja. Ma jirriżultax li fil-parti tal-gvern intradmu xi oqbra. Numru sostanzjali mill-parti tal-gvern hija tal-komun. Ma jirriżultax li hemm xi oqbra li m'huma ta' ħadd.
Leg 9 PQ #21077 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx iffurmati jew hemmx il-ħsieb li jiġu ffurmati, sezzjonijiet, units jew xorta ta' gruppi oħrajn fid-dipartimenti, soċjetajiet kummerċjali, segretarjati u entitajiet oħrajn kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jew li fihom il-gvern għandu xi forma ta' interess u li liema units , sezzjonijiet etc għandhom xogħol konness jew relatat mal-politika tal-Gvern li jsieħeb lil Malta bħala membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea, fil-programmi ta' l-Unjoni Ewropea jew fl-addozzjoni ta' l- aquis? X'jisimhom jew x'ser ikun jisimhom dawn il-units etc? X'tip ta' xogħol mistenni jew qiegħed isir min dawn il-units? Kemm hemm nies jaħdmu f'kull wieħed min dawn il-units? Min huma, kif intgħażlu u xi grad għandhom? X'pagi, kundizzjonijiet u benefiċċji oħrajn igawdu minnhom persuni li huma ingaġġati ma' dawn il-units?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #20945 Sitting 419 2000-11-07 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tas-Saħħa

Food Poisoning

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tas-Saħħa ħax l-passi neċessarji kontra caterer ta' l-ikel tat-tiġijiet jew is-suppliers tiegħu, li allegatament ikkawżaw food poisoning (minħabba Salmonella) lil diversi persuni li kellhom jingħataw kura l-isptar u dan nhar l-10 ta' Lulju, 2000? Jekk għadhom ma' ttiħdux l-passi legali neċessarji, jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawn jittieħdu u jekk fl-affermattiv meta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 20945, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li minn investigazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika jirriżulta li ma kien hemm l-ebda food poisoning minn caterer tat-tiġijiet jew suppliers tiegħu, nhar l-10 ta' Lulju, 2000.
Leg 9 PQ #20825 Sitting 418 2000-11-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Careworkers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw persuni għal post ta' careworkers skond l-avviż li nħareġ f'dawn l-aħħar ġimgħat? Kemm hu n-numru ta' postijiet vakanti li jeħtieġ jimtlew?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Billi s-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-postijiet ta` careworker nħarġet mill-Kumissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #20934 Sitting 418 2000-11-07 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Polikliniċi — Siringi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi mill-polikliniċi sena b'sena għal dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm tqassmu din is-sena u min liema health centre?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #20935 Sitting 418 2000-11-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Intervent kirurġiku - Waiting Listings

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma twal il-waiting lists għal kull konsulent biex isir xi forma ta' intervent kirurġiku?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #20936 Sitting 418 2000-11-07 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Out-Patient Department

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa available l-ewwel appuntament għal kull konsulent f'l-outpatient department u x'tip ta' xogħol jagħmel kull konsulent in kwestjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.