Jista' l-Ministru jgħid kemm irriżultaw problemi tal-Y2K fil-computer u apparat ieħor elettroniku tal-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda problema konnessa mal-Y2K fil-computers jew apparat ieħor elettroniku fid-dekasteru tiegħi.
Jikkonferma l-Ministru li l-postijiet ta' VAT officers ġew mimlija kollha jew għad fadal postijiet oħra x'jimtlew? Jekk fadal postijiet x'jimtlew, meta se toħroġ applikazzjoni oħra?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li preżentement hemm żewġ postijiet fil-grad ta` Diretturi u seba` postijiet fil-grad ta` Assistenti Diretturi fid-Dipartiment li jridu jimtlew. L-interviews għall-mili ta` dawn il-postijiet saru f`Diċembru 1999 u Ottubru 1999 rispettivament wara sejħa għall-applikazzjoni mill-Public Service Commission skond Ċirkulari Numru 16\99 u Ċirkulari Numru 37\99 maħruġa mill-Management and Personnel Office fl-Uffiċju tal-Prim Ministru. Ladarba jimtlew dawn il-postijiet ma jkunx baqa` aktar x`jimtlew fil-gradi msemmija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm preżentement hawn banek tal-lottu f'Malta u f'Għawdex? Jista' l-Ministru jgħid fejn jinsabu dawn il-banek u jekk hemmx ħsieb li jingħataw aktar permessi biex jinfetħu aktar banek tal-lottu?
Response (DALLI, JOHN)
Fil-preżent hawnmija utnejn u disgħin (192) Banka tal-Lottu f`Malta u Għawdex.
Dawn il-Banek jinsabu kif ġej:
Malta:
Attard 1 Gudja 2 Msida 4 St Lucia 1
Balzan 1 Gzira 4 Mtarfa 1 St Venera 3
Bir id-Deheb 1 Hamrun 8 Naxxar 2 Senglea 3
B`Kara 8 Kalkara 2 Paceville 1 Siggiewi 3
B`Bugia 3 Kirkop 1 Paola 7 Sliema 11
Bugibba 1 Lija\Iklin 2 Pieta` 1 Swieqi 1
Burmarrad 1 Luqa 4 Qormi 7 Tarxien 2
Cospicua 7 Marsa 6 Qrendi 2 Ta` Giorni 1
Dingli 1 M`Scala 1 Rabat 5 Ta` Paris
Fgura 2 M`Xlokk 1 Safi 1 By Pass 1
Floriana 4 Mellieħa 2 St Andrews 1 Ta` Xbiex 1
Għargħur 2 Mġarr 1 St Julians 2 Valletta 23
Għaxaq 2 Mosta 5 St Paul`s Bay 1 Vittoriosa 3
G`Mangia 1 Mqabba 2 San Gwann 4 Zabbar 4
Zebbuġ 4
Zejtun 5
Zurrieq 3
Għawdex:
Għajnsielem 1 Nadur 1 Victoria 4 Xagħra 1
Xewkija 1
Permessi jingħataw skond il-bżonn li jinqala` minn żmien għal żmien.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għamel qliegħ id-dipartiment tal-lottu matul is-sena 1998 u fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena? Jista' jgħid kif sar il-qliegħ, maqsumin lottu għalih, tiritombla għalih eċċ?
Response (DALLI, JOHN)
Matul is-sena 1998 id-Dipartiment tal-Lottu għamel qliegħ ta` Lm7,303,829 filwaqt li matul l-ewwel għaxar xhur tal-1999 għamel qliegħ Lm6,462,541.
Il-qliegħ kien kif jidher hawn taħt:
1998: Lottu 3,186,618
Super 5 3,401,558
Lotterija Nazzjonali 183,000
Tiritombla 152,224
Lotterija Instantanja 380,429
1999: Lottu 2,625,788
Super 5 3,474,345
Lotterija Nazzjonali 11,789
Tiritombla 98,648
Lotterija Instantanja 251,971
Wara li diversi ħaddiema rċevew taħrika bil-qorti dwar arretrati li huma għandhom jagħtu lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni, jista' l-Ministru jgħid kemm-il taħrika fil-Qorti tal-Maġistrati saret? Min huma l-avukati li qed jidhru għall-gvern fit-taħrikiet imsemmija? L-avukati msemmija huma ħaddiema tal-gvern jew ġew ingaġġati biex jagħmlu dan ix-xogħol? Kif sar dan l-ingaġġ? Sar wara xi sejħiet? Kemm qed jitħallsu dawn it-talin?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li:
1. B`riferenża għal ewwel parti tal- mistoqsija Parlamentari hawn fuq imsemmija, ir-risposta hija : Xejn.
2. Lista tal-avukati li kulltant jagħtu servizz lid-Dipartiment hija hawn mehmuża. Il-ħlas huwa ta` Lm6 għal kull ittra Uffiċjali li jibgħat id-Dipartiment.
3. Dawn ġew mgħażula wara sejħa għall-applikazzjoni li saret fl-1997.
Abela Toni
Aquilina Veronica
Azzopardi Tonio
Bonnici Keith
Bugeja Aaron
Caruana Scicluna Joseph
Cassar Dominic
Cassar John J.
Cilia Chris
Clarke Doreen
Cutajar Anthony
Cutajar George
Delia Adrian
Ellis Joseph
Farrugia Reuben
Fenech Adami Beppe
Grima Carmelo
Grixti Nives
Huber Deborah
Mangion Robert
Mercieca Grazio
Micallef Stafrace Yana
Sammut Joseph M.
Schembri Orland L.
Sladen Richard
Sladden Sandra
Testaferrata Moroni
Viani Martin
Vella Anthony J.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk is-self-employed li flok telgħu l-qorti wara li ġew imħarrka mill-VAT officers għażlu li jħallsu l-multa tal-Lm50 u b'hekk ma telgħux il-qorti?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sad-19 ta` Jannar 2000, 566 persuna għażlu li jħallsu l-multa ta` kompromess flokk li jittellgħu l-Qorti wara li nstabu minn Spetturi tal-VAT li ma kienux qed jimxu mal-liġi.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet is-somma totali li daħħal il-gvern matul l-1999 mill-ġbir tal-VAT?
Jista' jagħti l-figuri kif inġabru xahar b'xahar?
Jista' jgħid kemm matul l-1999 ittieħdu passi kontra persuni għaqdiet talli ma għaddewx dak li ġabru mill-VAT lid-dipartiment? X'kienet is-somma totali nvoluta?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul tal-Gvern mill-ġbir tal-VAT matul l-1999 kien kif jidher fit-tabella mahmuża u mmarkata Dokument A.
Matul l-istess sena, d-Dipartiment ħa passi bil-Qorti Ċivili kontra 140 persuna reġistrata permezz ta` 228 Ittri Uffiċċjali, 109 Mandat ta` Sekwestru u 31 Mandat ta` Qbid. Is-somma totali tat-taxxa nvoluta f`dawn il-każi kienet ta`
Jista' l-Ministru jgħid matul ix-xahar ta' Diċembru, 1999 u speċjalment matul il-festi tal-Milied, kif ukoll matul l-ewwel 15-il jum ta' dan ix-xahar, jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-ispetturi tal-VAT f'Malta u f'Għawdex? F'liema lokalitajiet?
Jista' jgħid kemm inqabdu sidien li żammew il-flus iżda ma tawx irċevuta fiskali? Kemm inqabdu sidien li ma kellhomx cash register qed jopera u b'hekk ma ħarġux irċevuti fiskali? Kemm kienu dawk il-persuni li ħarġu minn stabbilimenti u ma kellhomx irċevuta fiskali għalkemm din inħarġet?
X'passi ttieħdu?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta` spezzjonijiet li saru mill-Ispetturi tal-VAT f`Malta u f`Għawdex lokal lokal matul Diċembru 1999 u fl-ewwel nofs ta u mmarkata Dokument A.
In-numru ta` operaturi tan-negozju li nqabdu ma jagħtux irċevuti fiskali kien 147.
In-numru ta` dawk li nqabdu ma kellhomx cash register qed jopera u li ma ħarġux irċevuti fiskali kien 11.
Rigward in-numru ta` persuni li ħarġu minn stabbilimenti u ma kellhomx irċevuti fiskali għalkemm din tkun inħarġet, mhix il-prattika tad-Dipartiment li jżomm statistika dwar dan.
L-operaturi tan-negozju li nqabdu jagħmlu dawn ir-reati qed jiġu avżati mid-Dipartiment biex fi żmien sebat ijiem minn meta jirċievu l-avviż iħallsu multa ta` kompromess ta` ħamsin lira (Lm50) fil-każ ta` l-ewwel reat, mitt lira (Lm100) fil-każ tat-tieni reat u mitejn lira (Lm200) fil-każ tat-tielet reat inkella jittieħdu passi kriminali kontra tagħhom bil-Qorti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mill-VRT għall-Gvern is-sena li għaddiet? Kemm qed jipproġetta li jdaħħal il-Gvern għal din is-sena?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi d-dħul mill-VRT għall-Gvern is-sena li għaddiet kien ta` Lm52,755 miġbura f`administration charges. Għal din is-sena, huwa stmat li l-Gvern se jdaħħal Lm135,000.
Jista' l-Ministru jgħid min ibbenefika minn sponsorships li saru mid-Dipartiment tal-Lottu matul din is-sena? Kemm ħadet kull organizzazzjoni u jekk hemmx ħsieb li tali sponsorships jiżdiedu s-sena d-dieħla?
Response (DALLI, JOHN)
Matul 1999 id-Dipartiment tal-Lottu sponsorja lill-organizzazzjonijiet kif jidhru hawn taħt:
Malta Football Association Lm 10,000
Malta Racing Club Lm 5,000
Malta Olympic Committee Lm 5,000
Malta Basketball Association Lm 5,000
Downs Syndrome Conference Lm 3,000
Millennium Celebrations Organising
Committee Lm100,000
Ma jistax jiġi stabilit minn issa jekk tali sponsorships jiżdiedux.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' vetturi li ġew mogħtija permezz ta' donazzjoni lill-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet jew entitajiet oħra li jaqgħu taħtu mill-1987 sa l-1996? Jista' jgħid x'tip ta' vetturi u ditta jew marka huma? Minn min ġew mogħtija? F'liema sena ġew mogħtija?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fid-dekasteru tiegħi ngħatat vettura waħda bħala donazzjoni. Din kienet Toyota Liteace Van ġdida li ngħatat lid-Dwana fl-1993 mill-UNDCP.
Jista' l-Ministru jgħid x'assi għandha l-kumpannija Limsuk, inkluż proprjeta' immobbiljari? Jista' jgħid kemm daħħal il-gvern mix-shareholding tiegħu f'din il-kumpannija minn mindu twaqqfet sal-lum?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'rigali fl-okkażjoni tal-Milied 1999 u l-bidu tas-sena 2000 mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament? Jista' l-Ministru jgħid f'kull każ lil min ingħataw dawn ir-rigali? Jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex ingħataw dawn ir-rigali lil dawn l-individwi?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma nħataw ebda rigali minni jew mid-dipartimenti ta` dan il-Ministeru fl-okkażjoni tal-milied 1999 ul-bidu tas-sena 2000. Ninsab infurmat, iżda, illi l-Bank Ċentrali refaq Lm545 f`rigali u l-Borża ta` Malta Lm464 f`hampers u li fiż-żewġ każi, bħalma sar fis-snin ta` qabel, ngħataw lill-persuni li kienu ta` servizz matul is-sena liż-żewġ istituzzjonijiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-VAT fuq il-kera tat-telefon mill-Maltacom għall-konsumatur?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-rata tal-VAT fuq il-kera tat-telefon mill-Maltacom għall-konsumatur hija ta` (15%). Iżda, kif imħabbar fid-diskors tal-Budget 2000, fil-każ tat-telefon minħabba l-aġġustament li għamlet il-Maltacom fil-prezzijiet tagħha biex tpatti għar-rifużjoni li se tieħu, il-prezzijiet għall-konsumatur ser jiżdiedu biss b`5%.
Jista'l-Ministru jgħid kemm qed jiġi kkalkolat li se jikber id-dħul tal-gvern matul is-sena 2000 mit-taxxa l-ġdida fuq foreign artists/entertainers?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-iskop ta` l-emenda dwar rata ta` taxxa fissa ta` 10% fuq dħul minn foreign artists\entertainers mhix intenzjonata biex jiżdied id-dħul tal-gvern iżda biex tkun simplifikata l-proċedura eżistenti. Din mhix xi taxxa ġdida .
S`issa kull foreign entertainer li kien jiġi Malta biex jagħti xi wirjiet kien obbligat li jimla l-formola tat-taxxa u jibgħat ir-rendikont ta` dħul u spejjeż li kien ikollu konnessi ma` jinħolqu diffikultajiet kbar kemm għall-persuni involuti kif ukoll għad-Dipartiment biex ikun stabbilit il-qliegħ li għandu jkun intaxxat bir-riżultat li kwistjonijiet bħal dawn kienu jibqgħu ikaxkru għal diversi xhur jew snin sħaħ.
Għalhekk bl-emenda issuġġerita fil-Budget Speech dawn l-artisti issa se jkunu intaxxati b`rata fissa fuq id-dħul li jkollhom, u din tkun finali u ma jkollhomx għalfejn joqogħdu jibgħatu l-formoli tat-taxxa u r-rendikont kif kien isir.
Jista' l-Ministru jgħid x'shareholding għandha l-MIMCOL u l-MGI Ltd f'entrapriżi/azjendi oħrajn? F'liema entitajiet u kemm hu stmat li jiswa dan ix-shareholding f'kull każ?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien is-sussidju li ħareġ il-gvern għall-Malta Drydocks u l-Malta Shipbuilding, separatament u sena b'sena, mill-1992 'l hawn?
Response (DALLI, JOHN)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12822.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti fl-okkażjoni tal-Festi tal-Milied 1999 u l-bidu tas-sena 2000 mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament? Jista' l-Ministru jgħid f'kull okkażjoni min fejn ġie ordnat l-ikel u x-xorb u jekk f'kull każ intalbux kwotazzjonijiet għal dan? Jista' l-Ministru jgħid min ġie mistieden għal dawn ir-riċevimenti?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħala pajjiż ċivili hija użanza li jsiru riċevimenti fl-okkażjoni tal-milied. Dan il-Gvern ma għandu ebda ħsieb jibdel din l-użanza. Jekk l-Onorevoli jispjega sodisfaċentement għaliex qed jitlob l-informazzjoni dettaljata, inkun f`pożizzjoni li nordna li tinġabar din l-informazzjoni.
Jista' l-Ministru jinfurmana kemm se tkun it-taxxa tal-VAT li jrid iħallas il-poplu Malti u Għawdxi fuq prodotti ta' l-ikel wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea? Kemm fil-fatt hija t-taxxa fuq il-prodotti ta' l-ikel fil-pajjiżi differenti membri ta' l-Unjoni Ewropea fil-mument?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-rata tal-VAT fuq prodotti ta` l-ikel mibjugħa f`Malta wara li Malta ssir membru ta` l-Unjoni Ewropea tiddependi minn deċiżjonijiet li jrid jieħu l-Gvern Malti.
It-taxxi fil-pajjiżi Ewropej hija nformazzjoni fid-dominju pubbliku u tista` tinkiseb mill-Onorevoli Membru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'kartolini, f'envelopes u f'pustaġġ biex intbagħtu l-kartolini tal-Milied 1999 mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, separatament? Jista' jgħid f'kull każ fejn ġew stampati dawn il-kartolini u jekk intalbux kwotazzjonijiet għal dan? Jista' jgħid lil minn intbagħtu dawn il-kartolini?
Response (DALLI, JOHN)
Sakemm ma ningħatax raġuni `l għala qed tintalab ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.