Tista' il-Ministru tgħid meta mistenni jibda x-xogħol fuq il-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tender għax-xogħol fil-fond indikat mill-Onor. Interpellant ingħatat u x-xogħol kien mistenni jibda f’dawn il-ġranet. Iżda l-kuntrattur għamel talba għal varjazzjoni u xogħol ma jistax jinbeda qabel tiġi kkunsidrata u deċiża din it-talba.
Tista' il-Ministru tieħu l-passi neċessarji biex is-saqaf tal-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jiġi rranġat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt it-talba ta’ l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar biex jispezzjona l-fond indikat u jiġi stabbilit ix-xogħol meħtieġ.
Tista' il-Ministru tara li l-fond tal-gvern li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li għandu s-saqaf tal-kamra tas-sodda mhux f'kondizzjoni tajjeb, jiġi rranġat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ma jirriżultax li l-Awtorita’ tad-Djar qatt irċeviet xi applikazzjoni mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Madankollu, l-Awtorita’ ħadet nota tal-każ u fi żmien qasir mistennija tispezzjona l-fond biex tivverifika jekk jistax jiġi kkunsidrat taħt l-inizjattiva tal-Care and Repair.
Tista' il-Ministru tgħid liema huma l-enti pubbliċi, awtoritajiet u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?
Kemm minn dawn l-enti eċċ, jagħmlu outsourcing ta' xogħol legali (legal advice and litigation) tagħhom?
Fil-każ li jsir outsourcing ta' xogħol legali, min huma l-avukati mqabbda?
Kemm jitħallsu kull sena jew perjodikament dawn l-avukati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba ta' inkwilin ta' post tal-gvern li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, biex jiġi nstallat lift fil-parti komuni tal-blokk?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar qed tistenna li tirċievi l-permess meħtieġ mill-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jiġi stallat lift fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant.
Tista' il-Ministru tara li l-awtorita' tad-djar tieħu l-passi neċessarji biex il-persuna separata li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u li tgħix f'post ikkundannat tibbenifika mis-servizz care & repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li fit-18 ta’ Awissu 2005, il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant għamlet applikazzjoni taħt Skema 5 ta’ l-Awtorita’ tad-Djar dwar sussidju għal-xogħlijiet ta’ rranġar u titjib f’dar privata okkupata mill-inkwilin. Wara li l-Awtorita’ approvat is-somma ta’ Lm3,500 taħt din l-iskema, l-applikant rtira l-applikazzjoni.
Jekk din il-persuna għadha nteressata li tagħmel ix-xogħlijiet tista’ titlob lill-Awtorita’ bil-miktub biex tirriattiva l-applikazzjoni oriġinali.
Tista' il-Ministru tgħid meta mistenni jsir ir-refurbishment tal-parti komuni/tromba tat-taraġ tal-binja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt id-dettalji provduti mill-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jiġi spezzjonat il-fond indikat u verifikat ix-xogħol meħtieġ.
Tista' il-Ministru tgħid meta l-awtorita' tad-djar mistennija tieħu l-passi neċessarji biex persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tibbenifika minn servizz ta' l-istess awtorita'?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata mill-Awtorita’ tad-Djar li ser tibbenefika taħt l-inizjattiva tal-Care and Repair.
Tista' il-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' lifts f'appartamenti ta' l-awtorita' tad-djar li jinsabu wieqfa minħabba ħsarat jew diffikultajiet ta' ksur ta' ftehim?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-responsabbilta’ għall-manutenzjoni, tiswijiet u l-ħlas tal-konsum tad-dawl tal-lifts stallati mill-Awtorita’ tad-Djar fi blokki tal-Gvern hi ta’ l-inkwilini jew is-sidien ta’ l-appartamenti f’dawk il-blokki. Fil-fatt, il-ftehim għall-manutenzjoni tal-lift isir bejn il-kuntattur u l-inkwilini u/jew sidien, li jirrapurtaw ħsarat direttament lill-kuntrattur.
Għal dawn ir-raġunijiet l-Awtorita' ma żżommx l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Tista' il-Ministru tgħid x'sar mit-talba li għamlet persuna anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, biex tibbenifika mis-servizz care & repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar infurmat bil-miktub lill-persuna konċernata li ser tibbenefika taħt l-inizjattiva tal-Care and Repair.
Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba li għamlet il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, biex tibbenifika mis-servizz care & repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar spezzjonat ir-residenza tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant u ġie deċiż li din il-persuna tista’ tibbenefika taħt l-inizjattiva tal-Care and Repair.
Jista' jiġi vverifikat jekk il-pensjonant li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, hux intitolat għal żieda għall-għoli tal-ħajja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ma jirriżultax li tirċievi xi pensjoni taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali u għalhekk mhux il-każ li hi ntitolata għal xi żieda fl-għoli tal-ħajja f’din il-pensjoni.
Peress li l-liġi dwar il-vjolenza domestika ser tidħol fis-seħħ dalwaqt, tista' il-Ministru tgħid x'miżuri qed jittieħdu sabiex f'Għawdex jiżdiedu l-istrutturi u jissaħħu dawk eżistenti sabiex din il-liġi tkun iktar effettwata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Att dwar il-Vjolenza Domestika jipprovdi għat-twaqqif ta' Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika li, fost affarijiet oħra, se jkollha l-funzjoni li tagħtini pariri dwar:
standards
għal faċilitajiet ta' kura għal vittmi u awturi ta' vjolenza domestika, inklużi servizzi jew faċilitajiet ta' kenn pubbliċi jew privati;
il-proċeduri għall-ko-ordinament effettiv f'livell nazzjonali ta' l-attivitajiet ta' aġenziji u entitajiet pubbliċi u privati mqabbdin fl-għoti ta' servizzi dwar materji ta' vjolenza domestika, inklużi servizzi ta' sostenn;
l-iżvilupp ta' pjan komprensiv għal programm multidixxiplinarju ta' prevenzjoni attiva u ta' intervent kmieni.
A bażi ta' dawn il-pariri jittieħdu dawk il-miżuri meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet ta' l-imsemmija liġi, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex.
Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża totali li l-Ministeru tagħha, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtha, għamel fuq mobile phones matul is-sena 2005?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li sakemm ma ningħatax raġuni ’l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Informazzjoni dettaljata fuq infieq attwali tal-Gvern tingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippublika aktar tard fis-sena.
Tista' il-Ministru tgħid kemm kien hemm impjegati ġodda tul is-sena 2005 mad-dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha u taqsamhom skond il-grad?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid x'inhuma r-rekwiżiti sabiex persuna tkun tista' tikkwalifika għal: a) karta r-roża u b) kartuna s-safra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Biex persuna tkun intitolata għal-karta r-roża (Għajnuna għal Mard), ma jridx ikollha assi kapitali li jaqbżu Lm6,000, jekk tkun persuna waħidha, jew Lm10,000 f’każ ta’ koppja miżżewġa.
F’każ ta’ persuna li ma taħdimx id-dħul tagħha fil-ġimgħa, ikkalkulat skond it-Tieni Parti tat-Tieni Skeda ta’ l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali, ma jridx jaqbeż Lm9.30 għal persuna waħidha u Lm12.80 għal koppja miżżewġa.
F’każ ta’ persuna li taħdem, id-dħul mix-xogħol ma jridx jaqbeż Lm49.88 fil-ġimgħa għal persuna waħidha u Lm53.38 għal persuna miżżewġa.
Fejn familja tkun komposta minn aktar persuni mill-persuna singla jew mill-kap tal-familja u martu, skond il-każ, il-limiti ta’ dħul imsemmija qabel jiżdiedu bi Lm3.50 fil-gimgħa għal kull persuna addizzjonali.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħruġ tal-kartuna s-safra ma jaqax taħt ir-responsabbilta’ tad-dekasteru tiegħi u għalhekk nitolbu jirreferi t-tieni parti tal-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.