Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #20989 Sitting 423 2000-11-13 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Uffiċċju Konġunt — Ċnus

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kien hemm dħul minn ċnus u kirijiet ġewwa l-Joint Office tul is-snin 1996, 1997, 1998, 1999 u 2000 u jekk huwa possibbli jista' jindika kemm hemm arretrati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li d-dħul tal-Uffiċċju Konġunt minn ċnus u kirjiet fis-snin imsemmija kien kif ġej : - 1996 - Lm314,619 1997 - Lm355,819 1998 - Lm366,465 1999 - Lm408,948 2000* - Lm367,229 * Sas-7 ta` Novembru 2000. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat illi mhux possibbli għall-Uffiċċju Konġunt li jindika kemm hemm arretrati minħabba li għad m`għandux valutazzjoni sħiħa u kompleta tal-proprjeta` li qed jamministra.
Leg 9 PQ #20990 Sitting 423 2000-11-13 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Uffiċċju Konġunt — Proprjeta'

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm dħul minn bejgħ ta' proprjeta' u fidi ta' ċnus ġewwa l-Joint Office tul s-snin 1996, 1997, 1998, 1999 u 2000?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li d-dħul tal-Uffiċċju Konġunt minn bejgħ ta` proprjeta` u fidi ta` ċnus fis-snin imsemmija kien kif ġej : - 1996 - Lm 38,127 1997 - Lm801,088 1998 - Lm197,215 1999 - Lm604,881 2000* - Lm714,351 *Sas-7 ta` Novembru 2000.
Leg 9 PQ #21083 Sitting 423 2000-11-13 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx iffurmati jew hemmx il-ħsieb li jiġu ffurmati, sezzjonijiet, units jew xorta ta' gruppi oħrajn fid-dipartimenti, soċjetajiet kummerċjali, segretarjati u entitajiet oħrajn kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jew li fihom il-gvern għandu xi forma ta' interess u li liema units, sezzjonijiet etc għandhom xogħol konness jew relatat mal-politika tal-Gvern li jsieħeb lil Malta bħala membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea, fil-programmi ta' l-Unjoni Ewropea jew fl-addozzjoni ta' l-aquis? X'jisimhom jew x'ser ikun jisimhom dawn il-units etc? X'tip ta' xogħol mistenni jew qiegħed isir min dawn il-units? Kemm hemm nies jaħdmu f'kull wieħed min dawn il-units? Min huma, kif intgħażlu u xi grad għandhom? X'pagi, kundizzjonijiet u benefiċċji oħrajn igawdu minnhom persuni li huma ingaġġati ma' dawn il-units?

Response (BORG, TONIO)

Tweġiba tingħata f`xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21094 Sitting 423 2000-11-13 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni jaħdmu fulltime u part-time ma' l-Awtorita ta' l-Ippjanar? Jista' jagħti breakdown ta' dawn il-ħaddiema, x'pagi u fringe benefits igawdu għal kull skala jew tip ta' xogħol?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #21095 Sitting 423 2000-11-13 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Infiq ta' flus

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-PA fuq studji magħmula mill-konsulenti fis-snin 1998 u 1999? Fuq liema studji ġew minfuqa dawn il-flus? Min minn saru u kemm ġew minfuqa flus għal kull studju?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #21043 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Local Plans

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huma mistennija li joħorġu l-local plans uffiċjalment fuq l-inħawi differenti ta' Malta? Meta hu mistenni li jitressqu quddiem il-Parlament għall-approvazzjoni relattiva?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-istadju tal-Pjani Lokali differenti hu kif ġej: Marsaxlokk Bay Local Plan Approvat fl-1995 Grand Harbour Local Plan Sottomess għall-approvazzjoni tal-Gvern f`Ottubru 1998 North Harbours Local Plan Ġie rilaxxat għall-konsultazzjoni pubblika f`Mejju 2000, liema konsultazzjoni ġiet konkluża f`Lulju 2000. Id-Draft Finali mistennija tiġi approvata mill-Board ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar bejn Jannar u Frar 2001 North West Local Plan Mistenni jitlesta l-abbozz f`Jannar 2001 Gozo Local Plan Mistenni jitlesta l-abbozz f`April 2001 Central Local Plan Mistenni jitlesta l-abbozz f`Ottubru / Novembru 2001 Dwar il-Pjan Lokali tan-Nofsinhar, bħalissa qed isir xi xogħol inizjali iżda għadu prematur biex wieħed jindika data. Huwa ppjanat li x-xogħol fuq dan il-pjan jitħaffef sostanzjalment matul l-2001. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija għadu prematur biex tingħata tweġiba.
Leg 9 PQ #21060 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Kalkara Marina — Opri tal-baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk iż-żona f'Kalkara Marina okkupata minn opri tal-baħar quddiem il-Kalkara Boatyard għandhiex il-permessi meħtieġa sabiex tintuża għal ħażna ta' l-opri u kemm qed titħallas kera lid-Dipartiment ta' l-Artijiet? Qed isiru spezzjonijiet mill-awtoritajiet? Jaf il-Ministru li l-aċċess għal pubbliku huwa ristrett?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li għalkemm is-sit li rrefera għalih l-Onor. Interpellant ilu jintuża għal ħafna snin għal l-iskop imsemmi fil-Mistoqsija, ma jirriżultax li t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern tat xi kirja fuq il-parti tax-xatt li tiġi quddiem il-boatyard tal-Kalkara. It-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern ma rċeviet l-ebda lment dwar nuqqas ta` aċċessibilita` fuq il-moll. Madanakollu se jsiru l-investigazzjonijiet neċessarji u jekk ikun hemm bżonn jittieħdu l-passi neċessarji sabiex jitneħħa l-inkonvenjent.
Leg 9 PQ #20847 Sitting 419 2000-11-07 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Qormi — Triq Correa

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jittieħdu l-passi biex tibda tintuża vettura iżgħar biex tiġbor l-iskart fi Triq Correa, Ħal Qormi, biex jiġi evitat l-periklu li qed jinħoloq kuljum bil-vettura kbira li qed tintuża, peress li s-sewwieq ta' din l-istess vettura jkollha tirriversja tul it-triq li hija one way, b'periklu kbir għal karozzi pparkjati u għan-nies li jkun mexjin?

Response (BORG, TONIO)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant li jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #20885 Sitting 419 2000-11-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Dingli - Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jara li jitneħħew iż-żewġ vetturi abbandunati (Skoda u Morris) li hemm fi Sqaq il-Lhudi, l/o Dingli?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ż-żewġ vetturi li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant tneħħew.
Leg 9 PQ #20943 Sitting 419 2000-11-07 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Ħal Far - Impjant tat-Tarmac

Question

Jista l-Ministru jgħid jekk waslulhiex xi lmeni l-Awtorita ta' l-Ipjannar dwar impjant tat-tarmac li qed jopera f'nofs l-Industrial Estate ta' Ħal Far? (d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament). Jekk iva, saru spezzjonijiet? Dan l-impjant għandu l-permessi meħtieġa mill-Awtorita ta' l-Ipjannar? Jekk iva, jirriżultalha l-Awtorita ta' l-Ipjannar jekk dan ġiex mibni u hux qed jopera skond il-kundizzjonijiet imposti mill-Awtorita ta' l-Ipjannar? Għandha konoxxenza l-Awtorita ta' l-Ipjannar dwar l-ilmenti li qed isiru minn ħaddiema f'dan l-Industrial Estate dwar fumes tossiċi li ħerġin minn dan l-impjant?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar qatt irċeviet ilmenti dwar impjant tat-tarmac li qed jopera f`nofs l-Industrial Estate ta` Ħal Far. Lanqas ma jirriżulta li hemm xi permessi maħruġa għall-impjant imsemmi. Teżisti iżda, applikazzjoni bir-referenza PA 6000/97 li għadha pendenti. Ta` min jgħid ukoll li kien inħareġ Avviż ta` Twettieq ECF 21/98 kontra dan l-impjant. Fuq dan l-Avviż ġew sottomessi żewġ appelli (369/98E u 74/98E), liema appelli għadhom it-tnejn pendenti. Il-prattika normali hija li ma titteħidx deċiżjoni jew azzjoni fuq appell jew Avviż ta` Twettieq qabel ma jkun hemm eżitu fuq l-applikazzjoni għal permess ta` żvilupp. L-Awtorita` ta` l-Ippjanar tinsab konxja mill-impatt li dan l-iżvilupp jista` jkollu fuq l-ambjent tant li f`Diċembru 1998 kienet talbet lill-applikant sabiex jissottometti EIA bħala parti mill-evaluazzjoni ta` l-applikazzjoni msemmija hawn fuq. F`Ottubru ta` din is-sena l-applikant issottometta l-lista ta` konsulenti għall-approvazzjoni ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar u d-Dipartiment għal Protezzjoni ta` l-Ambjent. L-applikant għadu sal-lum ma ssottmettiex l-EIA, u għaldaqstant il-proċess ta` l-applikazzjoni ma jistax jipproċedi.
Leg 9 PQ #20828 Sitting 418 2000-11-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Ħarba

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-inkjesta tal-maġistrat rigward il-ħarba fid-Div6?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Inkjesta Maġisterjali fir-rigward tal-ħarba mid-Diviżjoni Numru 6 għada ma ġietx konkluża.
Leg 9 PQ #20842 Sitting 418 2000-11-07 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il serqa saret bejn Awissu 1999 u Awissu 2000 fid-distrett ta' San Ġiljan? Kemm minnhom kienu serq minn residenzi, snatch and grab u serq minn vetturi? Kemm minnhom ġew solvuti? F'każ li nqabbdu persuni suspettati fuq serq naqas il-persentaġġ ta' serq fix-xhur ta' wara? X'etajiet kienu l-persuni susspettati fuq dan is-serq? F'dawk is-serqiet li ġew solvuti, kien hemm l-istess membri tal-korp tal-pulizija li kienu nvoluti? Jekk iva, f'kemm-il serq dawn il-membri partikolari kienu strumentali biex issolvew? Mil-liema sezzjoni setgħu kienu dawn il-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif dwar l-ewwel ħames partijiet tal-Mistoqsija għadu qiegħed jinġabar. Dwar l-aħħar tlett partijiet tal-Mistoqsija, il-każi jiġu investigati mill-Pulizija bħala Korp wieħed u mhux minn membri jew taqsimiet individwali. Fuq kollox għal raġunijiet ovvji ma nħossx li huwa prudenti li tingħata informazzjoni dwar kif il-pulizija tikkordina l-ħidma ta` diversi sezzjonijiet fil-Korp fil-ġlieda kontra l-kriminalita` organizzata.
Leg 9 PQ #20862 Sitting 418 2000-11-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Permessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu wara r-Rapport Numru 103 tal-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni dwar allegat att ta' korruzzjoni fil-ħruġ ta' permess ta' garage għal welder sprayer f'post abitat fejn il-kummissjoni fost l-oħrajn qalet li: "Il-permessi kollha maħruġa fil-preżent ....... għandhom jiġi revokati"; "Il-kummissarju għandu jinvestiga...."; "Għandu jiġi investigat kif il-membri tal-PAPB....."

Response (BORG, TONIO)

Skond l-informazzjoni li l-Onorevoli Interpellant għoġbu jagħti fil-Mistoqsija jidher li huwa l-operat tal-PAPB li kien investigat. L-Awtorita` ta` l-Ippjanar mhix is-suċċessur legali tal-PAPB. Jogħġbu l-Onorevoli Interpellant jinnota wkoll li din id-deċiżjoni qatt ma ġiet riferuta lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Qiegħed jiġi wkoll investigat li jekk permess maħruġ mill-PAPB jistax jiġi legalment revokat u qed jintalab parir mill-Avukat Ġenerali.
Leg 9 PQ #20902 Sitting 418 2000-11-07 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ċertifikati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibli l-pulizija tikkunsidra li tagħmel formoli taċ-ċertifikat tal-kondotta għas-sess feminili billi ġew f'idejja kondotta tal-Pulizija maħruġa għal persuni ta' sess femminili li jaqraw hekk: 'Jiena niddikjara illi, skond l-Ordinanza dwar iċ-Ċertifikati tal-Kondotta.........Nru tal-Karta tal-Identita'......bin.......imwieled fi..........f'...............u joqgħod...................huwa persuna ta' kondotta tajba' Possibli jiġi innutat li anki t-text bl-Ingliż huwa fuq il-maskulin.

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li s-suġġeriment tal-Onor. Interpellant se jiġi kkunsidrat, jiena nfurmat illi ċ-ċertifikati tal-kondotti huma maħruġa skond l-iskedi taħt il-Kapitolu 77 tal-Liġijiet ta` Malta.
Leg 9 PQ #20942 Sitting 418 2000-11-07 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs — Assistent Kummissarju

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jew jiċħad li d-direttur tal-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin ser jilħaq assistent kummissarju dalwaqt?

Response (BORG, TONIO)

Kif jaf tajjeb l-Onorevoli Interpellant kull impjegat mal-Gvern għandu l-possibilita` li jimxi `l quddiem fil-karriera tiegħu skond l-andament tax-xogħol u l-ħila tiegħu jew tagħha. Għalhekk la niċħad u lanqas nikkonferma dak li qed jistaqsi l-Onorevoli Interpellant billi dak li għidt fil-bidu japplika għal kwalunkwe impjegat tal-Gvern.
Leg 9 PQ #20758 Sitting 417 2000-11-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Kaċċa

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-pulizija tinvestiga għaliex qed titħalla ssir kaċċa filgħodu minn taħt is-swar fuq in-naħa ta' Ħaż-Żabbar li jiċċirkondaw il-kulleġġ ta' St. Edward's? Minbarra l-ħsara li tista' ssir lill-ambjent, jaf li l-bċejjeċ tal-porvli, jaqgħu wkoll fil-grounds tal-kulleġġ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kemm il-Pulizija tad-Distrett kif ukoll il-membri tat-Taqsima ta` l-A.L.E. jagħmlu spezzjonijiet regolari fil-lokalita` indikata mill-Onorevoli Interpellant. B`riżultat ta` dan, il-Pulizija tad-Distrett irnexxielha taqbad żewġ persuni li kienu għall-kaċċa f`din il-lokalita`. Ninsab infurmat ukoll li membri ta` l-A.L.E. qabdu 13-il persuna li kisru xi regolamenti tal-kaċċa fl-inħawi ta` Ħaż Żabbar, inkluża l-lokalita` li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #20759 Sitting 417 2000-11-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Insib

Question

Jista’ l-Ministru jgħid matul Settembru u Ottubru kemm-il-persuna nqabdet tonsob illegalment? X'kienu r-ragunijiet? F'liema lokalita' nqabdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Settembru u Ottubru ta` din is-sena, il-Pulizija qabdet ħames persuni jonsbu illegalment. Tnejn kienu mingħajr liċenzja, tnejn użaw tisfir illegali u wieħed uża xibka wieqfa. Dawn kienu fl-inħawi ta` Baħar iċ-Ċagħaq, Dingli, Ħal Far, Qrendi u Siġġiewi.
Leg 9 PQ #20761 Sitting 417 2000-11-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Kaċċa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid matul ix-xhur ta' Settembru u Ottubru kemm inqabdu kaċċaturi li kienu għall-kaċċa f'post riservat mil-liġi? F'liema nħawi nqabdu? Kemm-il kaċċatur inqabad għaliex ma kienx fid-distanza mill-abitat kif mitlub mil-liġi? Fl-liema lokalita'? Kemm il-kaċċatur inqabad minħabba ksur ieħor ta' liġi? Fejn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Settembru u Ottubru ta` din is-sena, il-Pulizija qabdet 3 persuni li kienu għall-kaċċa f`post riservat mill-liġi. Dawn kienu ir-Rabat, Buskett u Sannat. Kien hemm ukoll 3 persuni oħra li nqabdu għall-kaċċa f`distanza mill-abitat inqas minn dik permessa mill-liġi, fis-Siġġiewi, il-Madliena u l-Baħrija. 96 persuna oħra inqabdu bi ksur ieħor tal-liġi f`diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex.
Leg 9 PQ #20762 Sitting 417 2000-11-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Vjolenza Domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrapurtati lill-pulizija każi ta' vjolenza domestika matul din is-sena? Jista' jelenka n-natura tal-każi rrapurtati? Kemm-il-każ spiċċa l-Qorti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u t-30 ta` Ottubru, 2000, ġew irrapurtati lill-Pulizija 142 każ li jistgħu jinkwadraw taħt it-titolu ta` vjolenza domestika. F`121 każ minnhom ittieħdu proċeduri bil-Qorti, filwaqt li fil-kumplament, il-vittma irrinunzjat għall-passi kriminali. Dawn il-każi kienu jinkludu: Swat mir-raġel fuq martu/uliedu; Swat mill-iben/bint fuq ġenituri; Swat/theddid mill-għarus/a jew ħabib/a; Swat mill-ġenitur/i fuq l`ulied; u Korrimenti ta` membri tal-familja waqt argument.
Leg 9 PQ #20763 Sitting 417 2000-11-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Piraterija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-pulizija mħarrġin fil-ġlieda kontra il-piraterija? Kien hemm xi konnessjoni bejn ir-raid riċenti li sar kontra CDs pirati u l-fatt li l-għada kellha tiftaħ konferenza internazzjonali kontra l-piraterija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-membri tal-Korp tal-Pulizija fit-Taqsima ta` l-Economic Crime għandhom taħriġ bażiku fil-qasam ta` piraterija tal-'copyright', pero` f`ċerti investigazzjonijiet tintalab l-għajnuna ta` esperti f`dan il-qasam. Il-Pulizija ma tieqaf qatt mill-ħidma tagħha fil-ġlieda kontra dan ir-reat u l-investigazzjoni li qiegħed isemmi l-Onorevoli Interpellant, fl-aħħar parti tal-mistoqsija, ma kellha x`taqsam xejn ma` din il-konferenza internazzjonali.