Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pubblikazzjonijet f'journals minn professuri

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' dawk il-professuri, lecturers u akkademiċi oħra, kemm full-time kif ukoll part-time li kellhom pubblikazzjonijiet f'journals akkademiċi xi darba jew oħra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li uħud mill-istaff akkademiku għandhom il-pubblikazzjonijiet tagħhom fuq il-website ta' l-Universita'. Dawn jinsabu fuq www.um.edu.mt/pub/uompub.html. Oħrajn għandhom il-web page tagħhom u fiha jinsabu l-pubblikazzjonijiet tagħhom.

Ħaż-Żabbar — Kindergarten

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm suppost ikun fiha klassi tal-kindergarten? Jista' jgħid kemm fiha tfal kull klassi tal-kindergarten li hemm f'Ħaż-Żabbar ġewwa l-iskola primarja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-klassijiet tal-Kindergarten li hemm f'Żabbar 'A' fihom dawn it-tfal: Kinder 2 (Fejn in-numru jista' jkun ta' mhux aktar minn 20 tifel u tifla) Kinder 2.1 - 19 Kinder 2.2 - 17 Kinder 2.3 - 15 Kinder 2.4 - 17 Kinder 2.5 - 17 Kinder 2.6 - 15 Kinder 2.7 - 19 Kinder 2.8 - 18 Kinder 2.9 - 17 Total - 154 Kinder 1 (fejn in-numru jista' jkun ta' mhux aktar minn 15-il tifel u tifla) Intake ta' Ottubru Kinder 1.1 - 13 Kinder 1.2 - 13 Kinder 1.3 - 14 Kinder 1.4 - 14 Kinder 1.5 - 14 Intake ta' Jannar Kinder 1.6 - 15 Kinder 1.7 - 15 Total - 98

Marsaxlokk — Skola Primarja

Question

Jikkonferma l-Ministru li l-perit li ismu qed jintbagħat separatament kien imqabbad xi żmien ilu sabiex jagħmel id-disinji tas-sala ta' l-iskola primarja ta' Marsaxlokk? Jista' jgħid kemm ġew iqumu dawn id-disinji u kemm tħallas dan l-istess perit?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Perit imsemmi huwa l-istess wieħed li tqabbad jagħmel id-disinji ta' sala ta' l-iskola primarja ta' Marsaxlokk. Peress li d-disinji ta' din is-sala qed jiġu rikonsidrati m'inix f'pożizzjoni f'dan l-istadju ngħid kemm ser iqumu dawn id-disinji skond it-Tariffa legali għal dan ix-xogħol. Meta jiġi definit id-disinn tas-sala wieħed ikun jista' jagħti stima ta' kemm ikun dovut lill-Perit konċernat.

Statementing bord — Każ dwar applikazzjoni ta' tifel

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'għajnuna se jingħata t-tifel li ismu qed jintbagħat separatament, li saret applikazzjoni għalih quddiem l-istatementing board?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma tirriżulta l-ebda applikazzjoni tat-tifel konċernat quddiem l-iStatementing Board.

Skola Sekondarja Ġuże' d'Amato — Għalliema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu dawk l-għalliema li kienu jgħallmu fl-iskola sekondarja Ġuże' d'Amato fis-sena skolastika li għaddiet (2004/2005) li talbu transfer, u kemm minn dawn l-għalliema effettivament ingħataw transfer?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għalliema li kienu jgħallmu fl-iskola sekondarja Ġuże' D'Amato fis-sena skolastika 2004/2005 li talbu transfer kienu tlettax u kien hemm sittax li ngħataw transfer.

Giovanni Curmi higher secondary

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti li jinsabu fl-ewwel u fit-tieni sena fl-iskola sekondarja għolja Giovanni Curmi higher secondary li qed jistudjaw l-istorja fil-livell ordinarju, intermedjarju u avanzat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat hekk: Livell Ordinarju Intermedjarju Avanzat L-Ewwel Sena 15 17 24 It-Tieni Sena N/A 8 18

MCAST — Lecturer tal-chemistry

Question

Peress li qed jasluli ħafna lmenti li lecturer tal-chemistry fl-MCAST, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, qed jonqos minn dmirijietu bħala edukatur, jistgħu jittieħdu passi biex jibda jagħmel dmirijietu għax mhux sew li l-istudenti tiegħu mhux qed jagħtihom l-edukazzjoni li għandhom bżonn?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser nara l-każ jiġi investigat u jttieħdu l-passi li jirriżulta li hemm bżonn.

Matsec/Sec — Studenti bid-Dyslexia

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti li talbu ħin żejjed minħabba dyslexia waqt l-eżamijiet tal-Matsec u s-Sec li se jsiru fi ftit ġimgħat oħra? Kien hemm xi talbiet minn studenti biex ikollhom reader? Jekk fl-affermattiv, kemm kien dan l-ammont?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għall-eżami tal-MATSEC u SEC ta' l-2006, kien hemm 101 applikazzjoni għal ħin żejjed minħabba dyslexia. Minn dawn 64 għamlu talba għal 'Reader' waqt l-eżami.

Eżamijiet tal-Matsec/Sec

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas totali li sar mill-istudenti għall-eżamijiet tal-Matsec u s-Sec separatament, li se jsiru dalwaqt?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ħlas li sar mill-istudenti jammonta hekk: SEC 'O' Level Lm319,258 Matriculation Certificate Lm165,205.

Ilmenti dwar kulleġġ

Question

Jista' il-Ministru jindaqa dwar ilmenti li rċevejt li fil-break fil-kulleġġ li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, qed ikun hemm ġenn sħiħ billi studenti ta' ċerta eta' qed jitfgħu ġebel u jkissru ħġieġ u purtelli b'periklu għal studenti oħra, u mhux qed jittieħdu l-passi dixxiplinarji li hemm bżonn?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ħġieġ li nkiser fil-kulleġġ konċernat kien riżultat ta' logħob ta' football u basketball. L-istudenti konċernati tqabbdu jħallsu għat-tiswijiet filwaqt li kien hemm żewġ każi fejn studenti ġew ikkastigati minħabba negliġenza waqt il-logħob. Informat ukoll li din is-sena ma kienx hemm ksur ta' ebda purtella u l-imġieba fil-grounds kienet waħda normali.

ETC — Kors ta' care worker

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta l-ETC se torganizza l-kors ta' care worker ma' persuni b'diżabilita'? Dan il-kors isir fil-għodu jew fil-għaxija?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kors ta’ Care Workers’ ma’ persuni b’diżabilita’ isir filgħodu. Bħalissa il-Korporazzjoni qiegħdha f’negozjati mat-trainers biex tistabbilixi data għall-kors li jmiss.

National diploma in health studies

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17979 li kienet titratta dwar rikonoxximent u mhux rekwiżiti, peress li dawn l-istudenti huma inkwetati dwar x'job opportunities jista' ikollhom peress li qed jiġu nfurmati li lokalment il-BTEC National Diploma in Health Studies mhuwiex rikonoxxut, jista' allura l-Ministru jgħid jekk din id-diploma hijiex rikonoxxuta jew le u jekk fl-affermattiv, x'job opportunities jista' ikollhom dawn l-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Verdala Junior Lyceum

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17705, jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-provi li qed isemmi fit-tweġiba għall-mistoqsija msemmija? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra evidenza dwar dawn l-istess provi li qed jgħid li hemm fil-konfront ta' numru ta' studenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-involviment ta' l-istudenti konċernati irriżulta lill-Puluzija fil-kors ta' l-investigazzjoni tagħha ta' dan il-każ, inkluż bi stqarrijiet ta' ammissjoni mill-istudenti stess u minn provi evalwati mid-djar ta' uħud ta' l-istudenti konċernati. L-evidenza ma tistax titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel — Facilitator

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid x'inhi r-raġuni li l-istudent li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, minkejja li sentejn ilu (2004) l-istatementing board approva li jkollu facilitator dan baqa' mingħajru?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn April 2006, l-għajnuna lit-tifel ser tiżdied b'assistenza individwali. Sena oħra, it-tifel ikollu one-to-one facilitator. L-iskola informatni li dan qed isir bi ftehim mal-ġenituri.

Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 9760, jista' il-Ministru jgħid jekk ir-rapporti msemmija fit-tweġiba ġewx imqiegħda fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

Dwar l-ewwel mistoqsija, nirreferi lill-Onor.Membru għall-Mistoqsija numru 988 tat-30/06/2003 dwar l-istess tema. Saret Evalwazzjoni/case study dwar il-Klabb Ħilti ġewwa l-Isla li twettaq filgħodu bħala parti mill-Proġett iffinanzjat mill-EU Parent Empowerment for Family Literacy (PEFal). Dan sar mill-Prof. Sheila Wolfendale li għalih tħallset 1,000 lira sterlina. Kopja tar-rapport ser jingħata lill-Onor. Membru. Ninsab informat li l-Fondazzjoni kisbet Lm49,660 f'fondi marbuta ma' proġetti mill-Kummissjoni Ewropea matul dawn l-aħħar sentejn.

Nies illitterati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 831 dwar nies illitterati f'pajjiżna, jista' il-Ministru jgħid jekk l-istatistika ġietx imqiegħda fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 1171 f'Seduta 33 u għall Paper Laid numru 405.

Pixxina Nazzjonali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentiari 17227 dwar il-pixxina nazzjonali, jista' il-Ministru jgħid meta ma baqgħetx tissaħħan il-vaska ż-żgħira ta' l-istess pixxina?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn Marzu ta' l-2004 ma baqgħetx tissaħħan il-vaska ż-żgħira tal-pixxina.

Universita' ta' Malta — Nurses/Midwives

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid kemm iggradwaw nurses u midwives mill-Universita' ta' Malta minn meta l-kors ta' nurses beda jsir mill-universita? F'liema grad (diploma, B.Sc. MSC.PHD)?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.