Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #33633 Sitting 745 2002-05-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — ECDL

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema junior lyceums, area secondary schools hemm il-ħsieb li jiġi offrut l-ECDL? Minn meta se jiġu offruti dawn il-korsijiet tal-ECDL?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul din is-sena s-sillabu ta' l-I.T. ġie rivedut biex jinkludi fih il-komponenti kollha ta' l-ECDL. Fi tmiem din is-sena l-għalliema ta' l-I.T. se jiġu mħarrġa għal dan it-tibdil biex b'hekk mis-sena skolastika li ġejja (2002-2003) is-sillabu rivedut jiġi ntrodott fl-ewwel sena ta' l-Area Secondary Schools u Junior Lyceums kollha. It-tkomplija ta' l-introduzzjoni ta' dan is-sillabu sseħħ b'mod gradwali sena wara sena sakemm jilħaq il-ħames sena.
Leg 9 PQ #33644 Sitting 745 2002-05-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Gudja — Skola Primarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'nefqa saret fuq il-bini ta' l-iskola primarja tal-Gudja fl-1999, fis-sena 2000 u 2001?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li din l-iskola primarja ingħatat dawn l-ammonti mill-Vot li jalloka fondi għall-'Capital Imprest': Sena Ammont 1999 Lm1,040 2000 Lm1,920 2001 Lm2,100 Bħalissa qed isir xogħol biex din l-iskola tiġi modernizzata kollha kemm hi u tinbena sala bħala parti mill-programm ta' l-FTS.
Leg 9 PQ #33663 Sitting 745 2002-05-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Homework Policy

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'homework policy hemm dwar il-matematika fil-form II tal-junior lyceum Zammit Brighella tal-Ħamrun? F'kull ġimgħa kemm jingħata homework lill-istudenti minn kull għalliem tal-matematika?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħala regola ġenerali fil-Form II jingħata Homework fil-Matematika 4 darbiet fil-ġimgħa. Il-kwantita` tal-homework, jista' jvarja minn klassi għal oħra u minn jum għal ieħor, skond ix-xogħol partikolari li jkun qiegħed isir fil-klassijiet.
Leg 9 PQ #33723 Sitting 745 2002-05-28 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Smoking Shed

Question

Jista' l-Ministru b'riferenza għad-domandi parlamentari 11601, 30323 u 33432 jara li l-bord jieħu inkonsiderazzjoni urġentement r-restawr ta' din is-smoking shed billi tista' issir mingħajr dewmien?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-pożizzjoni għadha l-istess kif infisser fil-PQ 30323.
Leg 9 PQ #33724 Sitting 745 2002-05-28 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

AFM

Question

B'riferenza għad-domanda parlamentari 33337, li kienet saret lil ministru ta' l-intern u li issa ġiet riferuta lilu, jista' l-Ministru jara jekk huwiex possibli li jiġi inkarigat perit tekniku sabiex jara l-istat li fihom qegħdin l-arbli li kienu jiġu użati mill-Forzi Armati Ingliżi fil-wireless and telegraphy ġewwa l-bajja ta' Rinella Kalkara billi dawn jidhru li qegħdin fi stat ta' deterjorazzjoni u tajjeb jekk jiġu żarmati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni sejra tagħmel spezzjoni ta' l-art inkwistjoni kif ukoll ta' l-arbli msemmija, filwaqt li jsir sforz biex dawn jiġu żarmati jekk ikun hemm il-ħtieġa.
Leg 9 PQ #33557 Sitting 744 2002-05-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Magaret Mortimer JL — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jittieħdu passi (mhux biss ftit umbrelel) biex ikun hemm xi forma ta' lqugħ mix-xemx għall-istudenti tal-JL Magaret Mortimer meta jkunu waqt il-break tagħhom fil-ground tal-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fid-disinn li qiegħed jitħejja għall-bini tas-sala għall-isports fil-Junior Lyceum f'Santa Luċija qiegħda tiġi kkunsidrata struttura li tista' sservi għal ċertu dell mix-xemx. Jibqa' l-fatt li diffiċli tevita x-xemx mill-ispazji aperti fl-iskejjel u għaldaqstant ikun tajjeb li l-istudenti jieħdu l-prekawzjoni skond kif jidhrilhom xieraq p.e. beritta adatta.
Leg 9 PQ #33605 Sitting 744 2002-05-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Junior Lyceums/Secondary Schools — Computer Studies

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema junior lyceums u area secondary schools qed jiġi offrut is-suġġett tal-computer studies mill-Form III 'il fuq? F'kull skola kemm applikaw għal dan is-suġġett għal Form III għas-sena d-dieħla? F'kull skola kemm ġew aċċettati minn dawn l-applikazzjonijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #33606 Sitting 744 2002-05-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Luqa — Skola Primarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-awtoritajiet konċernati wara li rċevew l-ittra li qed tintbagħat separatament minn għadd ta' ġenituri li wliedhom imorru fl-iskola primarja George Shinas ta' Ħal-Luqa?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 33474 ta' l-istess Onor. Membru.
Leg 9 PQ #33632 Sitting 744 2002-05-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Sekondarja Sir Luigi Preziosi

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija 33295 x'jista' jsir biex l-istudenta msemmija tkun tista' tagħżel il-chemistry fit-tielet sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenti tista' toqgħod għall-eżami tad-dħul fil-Junior Lyceum mill-Form II għall-Form III. Darba tikkwalifika tkun tista' tagħżel il-Chemistry fil-Form III. F'dan l-istadju l-istudenta tista' tapplika bħala late applicant.
Leg 9 PQ #31810 Sitting 743 2002-05-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' karozzi, vannijiet u nġenji oħra li l-Ministeru u d-Dipartimenti, Entitajiet eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru, kellu mikrija jew le, matul is-sena li għaddiet? X'kienet is-sitwazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Jien m'iniex sodisfatt li l-utilita` ta' l-informazzjoni dettaljata fuq firxa ta' ħames snin mitluba fil-mistoqsija Nru. 31810 tiġġustifika li nordna li din għandha tinġabar. Għalhekk sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara ebda skop li tinġabar l-informazzjoni.
Leg 9 PQ #33525 Sitting 743 2002-05-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

St. James Cavalier — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fid-dawl tad-dikjarazzjoni tal-ministru dwar il-kontijiet ta' St. James Cavalier li kellhom defiċjenzi serji, anki jekk tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra, jista' issa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kontijiet korretti u li jagħtu stampa vera tad-dħul ta' St. James Cavalier mindu fetaħ?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma naqbilx ma' l-Onor. Membru li r-rendikont provviżorju ta' dħul u ħruġ ta' St James Cavalier "kellhom defiċjenzi serji". Il-kontijiet relattivi jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra wara li jiġu verifikati mill-Awdituri li ser jiġu inkarigati fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 9 PQ #33552 Sitting 743 2002-05-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bord tal-Matsec — Eżami Intermediate tal-Franċiż

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar nuqqasijiet fil-karta ta' l-eżami intermediate tal-Franċiż illum organizzat mill-bord tal-Matsec?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li rigward in-nuqqasijiet fl-eżami Intermediate French, li qiegħed isemmi l-Onor. Membru, il-Bord tal-MATSEC diġa` ħa l-passi meħtieġa billi l-istudenti ġew mogħtija Errata Corrige, qabel beda l-eżami. L-istudenti iffirmaw li ħadu nota ta' dawn in-nuqqasijiet. B'dan il-mod ħadd mill-istudenti ma kellu għalfejn jitfixkel.
Leg 9 PQ #33522 Sitting 742 2002-05-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kumitat — Rapport - Skejjel tal-Knisja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mix-xogħol tal-kumitat li kien twaqqaf żmien ilu biex jara d-dħul fl-iskejjel tal-knisja u li xhur ilu l-ministru qal li wasal biex itemm ir-rapport tiegħu?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma jidhirlix li twaqqaf xi kumitat biex jara d-dħul fl-iskejjel tal-Knisja. Napprezza jekk l-Onor. Membru jindika bi preċizjoni s-sors ta' l-informazzjoni li qed jagħti fil-Mistoqsija, u cioe`, "li xhur ilu l-ministru qal li wasal biex itemm ir-rapport tiegħu?".
Leg 9 PQ #33539 Sitting 742 2002-05-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel ta' l-Istat — Mid-terms

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun hemm ġranet ta' skola għall-iskejjel tal-istat għas-sena skolastika 2002/03? Jista' jgħid meta se jkunu l-mid-terms?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li skond il-ftehim eżistenti bejn id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-Unions, is-sena skolastika 2002/2003 tinħadem hekk: Xahar Ġranet ta' skola Settembru 6 L-ewwel ġurnata ta' l-iskola tkun it-Tnejn 23 ta' Settembru Ottubru 23 Novembru 19 Mid-Term mill-Ġimgħa 1 ta' Novembru sat-Tnejn 4 ta' Novembru Diċembru 14 It-8 ta' Diċembru jaħbat il-Ħadd u għalhekk tingħata vaganza f'jum ieħor miftiehem mal- Unions. Il-vaganzi tal-Milied jibdew mit-23 ta' Dicembru Jannar 19 L-iskola tibda t-Tlieta 7 ta' Jannar Frar 19 Perjodu ta' l-eżamijiet 6 jiem wara 10 ta' Frar Marzu 17 Vaganzi tal-Karnival 3 u 4 ta' Marzu April 17 Vaganzi ta' l-Għid mis-16 sat-23 ta' April Mejju 21 Ġunju 20 Is-7 ta' Ġunju jaħbat is-Sibt u għalhekk tingħata vaganza f'jum ieħor miftiehem mal-Unions. Id-29 ta' Ġunju jaħbat il-Ħadd u għalhekk tingħata vaganza f'jum ieħor miftiehem mal- Unions. Perjodu ta' l-eżamijiet 10 jiem qabel id-29 ta' Ġunju. Sub Total 175 Naqqas 3 festi li jiġu s-Sibt jew il-Ħadd Total 172
Leg 9 PQ #33540 Sitting 742 2002-05-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola — Studenti Barranin - Tgħalim ta' l-Ingliż

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għadux jopera skola li taċċetta barranin biex jitgħallmu l-ingliż matul ix-xhur tas-sajf? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid fl-liema pajjiżi jsir reklamar għal din l-iskola? Kemm huma mistennija li jattendu din is-sena? X'inhi l-eta' medja ta' dawn l-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Gvern m'għadux jopera skola li taċċetta barranin biex jitgħallmu l-Ingliż matul ix-xhur tas-Sajf.
Leg 9 PQ #33541 Sitting 742 2002-05-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel tal-Gvern — Impjegati Barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema barranin li bħalissa huma impjegati biex jgħallmu fl-iskejjel tal-gvern? X'suġġetti jgħallmu? F'liema skejjel? Kemm ilhom Malta u għal kemm żmien huwa l-kuntratt tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #33542 Sitting 742 2002-05-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel tal-Knisja — Għalliema Barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema barranin li ngħataw permess jgħallmu fl-iskejjel tal-knisja u dawk inidipendenti? X'suġġetti qed jgħallmu? F'liema skejjel? Għal kemm żmien huwa l-permess li ngħataw?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #33543 Sitting 742 2002-05-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti — Eżamijiet ta' l-Universita' ta' Londra

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru totali ta' l-istudenti li applikaw biex joqogħdu għall-eżamijiet organizati mill-universita' ta' Londa li qed isiru f'dawn iż-żmenijiet fl-livell ordinarju? Jista' jelenka n-numru ta' studenti li qagħdu għal kull suġġett offrut?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru totali ta' studenti li applikaw biex joqgħodu għall-eżamijiet ta' l-Edexcel Foundation (London) fil-Livell Ordinarju, Mejju 2002, kien 3163. Lista tas-suġġetti u l-għadd ta' studenti li applikaw għal kull suġġett minn Malta u Għawdex hi kif ġej: Suġġett Malta Għawdex 7011 Accounting 511 23 7020/A Art 136 3 7040 Biology 120 8 7042 Human Biology 133 58 7081 Chemistry 97 28 7100 Commerce 30 -- 7105 Computing 14 -- 7120 Economics 219 5 7163 English Language 2292 301 7171 English Literature 27 -- 7193 French 116 50 7209 Geography 1 -- 7233 German 39 15 7262 History Syllabus B 9 -- 7333 Italian 105 2 7361 Mathematics B 789 166 7540 Physics 987 158 7560 Religion 1 -- 7593 Spanish 69 17 7609 Chinese 2 -- 7627 Maltese 106 1
Leg 9 PQ #33577 Sitting 742 2002-05-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħandaq — Asbestos

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li fl-iskola ta' tal-Ħandaq għad hemm bosta strutturi tal-asbestos minkejja li l-asbestos ilu snin sħaħ li ġie iċċertifikat bħala xi ħaġa ta' dannu kbir għas-saħħa tal-bniedem? Jekk iva, x'passi ser jittieħdu mill-awtoritajiet dwar dan?

Response (GALEA, LOUIS)

Mill-investigazzjoni li saret s'issa ma jidhirx li hemm strutturi li għandhom asbestos fihom. Sadanittant il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada qed tħejji pjan sħiħ ta' bini u refurbishment għal din l-iskola.
Leg 9 PQ #33436 Sitting 741 2002-05-22 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Palazz ta' l-Inkwizitur — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'xogħol sar fuq il-Palazz ta' l-Inwiżitur tul din is-sena u kemm intefqu flejjes? Jista' jikkonferma wkoll li nstabet ġebla mnaqqxa b'figuri umani fuqha? Jista' wkoll jinforma lill-Kamra kemm daħlu nies jarawh fis-sena 2001 u din is-sena sa l-aħħar ta' April?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħlijiet li saru matul din is-sena fil-Palazz ta' l-Inkwiżitur huma dawn: * Tneħħija ta' l-art ta' l-irħam moderna u tqegħid ta' ċangatura u tiswija tal-forn fis-sezzjoni tal-kċina * Tibjid f'għadd ta' postijiet * Reception area ġdida flimkienn ma' uffiċċju għall- Museum Officer * Twaħħil ta' balavostri u restawr ta' ħajt fil-passaġġ ta' fuq il-ġnien * Ftuħ ta' bibien u twieqi imblukkati * Brix ta' ħitan, twaħħil ta' bibien, twieqi, gradi tal-ħadid u kanċelli il-ħabs * Xogħol fuq kamra fil-palazz li qabel kienet ta' l-Enemalta sabiex tinbidel f'kamra tat-tortura bħal ma kienet * Tindif ta' bjar u spazji oħra minn terrapien * Tiswija ta' blajjet ta' bibien u xorok f'ħafna postijiet * Tisbih tal-bitħa prinċipali S'issa intefqu madwar Lm2,200 bħala nefqa rikorrenti għal xiri ta' materjal. Ix-xogħol li sar s'issa sar mill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Mużewijiet u ta' Dipartimenti oħra tal-gvern fosthom ir-Restoration Unit tal-Works Division. Ġebla mnaqqxa Nikkonferma li matul il-brix tal-ħitan tal-ħabs, fost ħafna graffiti oħra, instabet waħda b'figura ta' mara u żewġt itfal imnaqqxa. Probabbilment dan kien ir-rikordju li ħalla warajħ wieħed jismu Giovanni Pietro fl-1635, kif hemm miktub fuq l-istess ġebla, għalkemm jidher li ġiet impoġġija fejn qegħda issa wara, għax il-kliem ma jkomplix miż-żewġ naħat tagħha. Statistika Informat ukoll li n-numru ta' nies li jżuru l-palazz qiegħed jiżdied. Is-sena l-oħra żaru l-palazz 40,000 ruħ filwaqt li din is-sena s'issa ġew 15,000 ruħ.