Jista’ l-Ministru jagħti elenku tar-rotot tal-karozzi tal-linja li jgħaddu mill-Għargħur;
(i) li permezz tal-aħħar tibdil li sar ftit ġranet ilu, inbiddlu b’xi mod minn dawk ta’ qabel;
(ii) li ddaħħlu ġodda fl-aħħar tibdil li sar ftit ġranet ilu; u
(iii) li spiċċaw, meta wieħed iqabbel mar-rotot li kien hemm qabel l-aħħar tibdil li sar ftit tal-ġranet ilu?
Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi rotot li l-frekwenza tagħhom inbiddlet, u jekk il-frekwenza ta’ tali rotot żdiditx jew tnaqsitx?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba fuq il-karozzi tal-linja li jgħaddu mill-Għargħur hija kif ġej:
Rotta Numru
Rotta
Rotot sa 19/12/2015
Rotot minn 20/12/2015
35
Mosta - Gharghur- Sptar Mater Dei/Universita- Belt Valletta
Vjaġġ fis-siegħa
Tneħħiet
36
Naxxar - Gharghur- Sptar Mater Dei/Universita- Belt Valletta
Vjaġġ fis-siegħa
Tneħħiet
46
Gharghur-Naxxar -Birkirkara - Msida- Belt Valletta
-
Rotta ġdida bi 3 vjaġġi fis-siegħa sad-9:35 ta' filgħodu. Wara dan il-ħin żewġ vjaġġi fis-siegħa
136
Birkirkara-Naxxar-Gharghur
Vjaġġ fis-siegħa
Tneħħiet
202
Sliema- San Giljan-San Gwann-Gharghur(Xwieki)-Naxxar-Mosta-Attard-Rabat
Vjaġġ fis-siegħa
Rotta modifikata sabiex issa qed isservi l-inħawi tax-Xwieki limiti tal-Għargħur
203
Sliema- Gzira-San Giljan-San Gwann-Gharghur(Xwieki)-Naxxar-Mosta-Bugibba
Vjaġġ fis-siegħa
Rotta modifikata sabiex issa qed isservi l-inħawi tax-Xwieki limiti tal-Għargħur
225
Sliema- San Giljan-San Gwann-Gharghur(Xwieki)-Mosta-Mgarr-Ghajn Tuffieha
2 vjaġġi fis-siegħa
Modifikata u m’għadhiex isservi l-inħawi tax-Xwieki limiti tal-Għargħur
260
Gharghur-Naxxar -Mosta-Sptar Mater Dei/Universita
-
Rotta ġdida bi vjaġġ fis-siegħa
Jista’ l-Ministru jagħti elenku tar-rotot tal-karozzi tal-linja li jgħaddu minn Ta’ Xbiex;
(i) li permezz tal-aħħar tibdil li sar ftit ġranet ilu, b’xi mod inbiddlu ma’ dawk li kien hemm qabel;
(ii) li ddaħħlu ġodda fl-aħħar tibdil li sar ftit ġranet ilu; u
(iii) li spiċċaw meta tqabbel ma dawk li kien hemm qabel l-aħħar tibdil li sar ftit tal-ġranet ilu?
Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi rotot li l-frekwenza tagħhom inbiddlet, u jekk il-frekwenza ta’ tali rotot żdieditx jew tnaqsitx?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni rikjesta fuq il-karozzi tal-linja li jgħaddu minn Ta’ Xbiex hija hekk kif ġej:
Rotot sas-19/12/2015
Rotot mill-20/12/2015
Rotta Numru
Frekwenza
12
5 vjaġġi fis-siegħa
Tneħħiet
13
5 vjaġġi fis-siegħa
5 vjaġġi fis-siegħa
15
2 vjaġġi fis-siegħa
2 vjaġġi fis-siegħa
16
-
Rotta ġdida bi 3 vjaġġi fis-siegħa
21
2 vjaġġi fis-siegħa
2 vjaġġi fis-siegħa
22
-
Rotta ġdida bi 3 vjaġġi fis-siegħa
32
3 vjaġġi fis-siegħa
Rotta ġiet modifikata u m’għadhiex tipprovdi servizz ġewwa Ta' Xbiex
233
-
Rotta ġdida bi vjaġġ fis-siegħa
Jista’ l-Ministru jagħti elenku tar-rotot tal-karozzi tal-linja li jgħaddu mis-Swieqi;
(i) li permezz tal-aħħar tibdil li sar ftit ġranet ilu, b’xi mod inbiddlu ma’ dawk li kien hemm qabel;
(ii) li ddaħħlu ġodda fl-aħħar tibdil li sar ftit ġranet ilu; u
(iii) li spiċċaw meta tqabbel ma’ dawk li kien hemm qabel l-aħħar tibdil li sar ftit tal-ġranet ilu?
Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi rotot li il-frekwenza tagħhom inbiddlet, u jekk il-frekwenza ta’ tali rotot żdieditx jew tnaqsitx?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazjoni mitluba fuq il-karozzi tal-linja li jgħaddu mis-Swieqi hija kif ġej:
Rotta Numru
Rotta
Rotot sa 19/12/2015
Rotot minn 20/12/2015
16
Swieqi-Madliena-San Giljan-Sliema-Msida-Belt Valletta
-
Rotta ġdida bi frekwenza ta' 3 vjaggi fis-siegħa sat-tmienja neqsin kwart ta' filghaxija, u wara dan il-ħin 2 vjaġġi fis-siegħa
33
Swieqi-Pembroke- Sptar Mater Dei/ Universita - Msida- Belt Valletta
Vjaġġ fis-siegħa
Tneħħiet
Ir-rotta 233 ġiet modifikata fejn qabel it-traġitt ta din ir-rotta kienet mis-Swieqi, San Ġiljan u tas-Sliema. Bit-tibdil li seħħ din ir-rotta qegħdha tipprovdi servizz bejn is-Swieqi u l-isptar Mater Dei/ Universita’. Fit-traġitt tagħha din ir-rotta isservi wkoll lil-lokalitajiet ta’ San Ġiljan, tas-Sliema, Gżira u Ta’ Xbiex. Din ir-rotta għandha frekwenza ta’ vjaġġ fis-siegħa u ma’ kien hemm l-ebda tibdil fil-frekwenza ta’ din ir-rotta.
Jista’ l-Ministru jagħti elenku tar-rotot tal-karozzi tal-linja fuq bażi nazzjonali, liema rotot issa spiċċaw, meta tqabbel mar-rotot li kien hemm qabel l-aħħar tibdil li sar ftit tal-ġranet ilu? Jista’ jagħtir-raġuni għalfejn inħass il-bżonn li tali rotot jispiċċaw, rotta rotta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-modifikazzjonijiet tar-rotot kif ukoll rotot ġodda li ġew introdotti kemm f’ Malta kif ukoll f’ Għawdex mill-operatur il-ġdid tat-trasport pubbliku.
Valletta Summit u ċ-CHOGM – xogħlijiet infrastrutturali
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ xogħlijiet infrastrutturali (inkluż xogħlijiet fuq toroq) li saru b’rabta mal-Valletta Summit u maċ-CHOGM, u jgħid ukoll in-nefqa tal-istess xogħlijiet b’mod individwali, u jindika ukoll liema kuntrattur għamel l-istess xogħlijiet u jekk inħarġitx sejħa pubblika għall-offerti?
Response (MIZZI, JOE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ xogħlijiet li saru minn Transport Malta fix-xhur ta’ qabel is-Summit u iċ-CHOGM. Ix-xogħlijiet ta’ major patching u kostruzzjoni saru kollha taħt il-proviżjonijiet tal-Framework Agreement 2014. Ix-xogħlijiet ta’ tabelli u sinjali tat-traffiku tqassmu bejn il-kuntratturi stabbiliti fis-settur.
Qed inpoġġi ukoll lista ta’ xogħlijiet li saru mid-Dipartiment tax-xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru tiegħi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ roadside checks li seħħew matul l-2014, u din is-sena, xahar b’xahar? Fejn inżammu dawn ir-roadside checks? X’kienu r-riżultati li nkisbu? Kemm kien hemm persuni li ttieħdu xi passi fil-konfront tagħhom bħala riżultat ta’ dawn l-istess roadside checks?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li matul is-sena 2014 saru 1,680 roadside check; filwaqt li matul din is-sena, mill-1 ta’ Jannar 2015 sat-30 ta’ Novembru 2015, saru 3,040 roadside check. Dawn saru kif ġej xahar b’xahar:
Sena 2014
Jannar – 203
Frar - 133
Marzu – 136
April – 168
Mejju – 192
Ġunju – 161
Lulju – 226
Awwissu – 135
Settembru – 110
Ottubru – 129
Novembru – 40
Diċembru - 47
Sena 2015
Jannar – 84
Frar – 85
Marzu – 174
April – 341
Mejju – 348
Ġunju – 330
Lulju – 368
Awwissu – 348
Settembru – 338
Ottubru – 299
Novembru – 325
Il-lokalitajiet fejn saru dawn ir-roadside checks kienu kif gej:
Ħ’Attard, Mtarfa, Rabat, Mosta, Naxxar, Ħal Għaxaq, Gudja, Marsaxlokk, Fgura, Żabbar, Pembroke, Qormi, Siġġiewi, Żebbuġ, Luqa, Ħal Far, Burmarrad, Korradino, Għawdex, Xemxija, Valletta City Gate, San Pawl il-Baħar, Għar Dalam, Marsaskala, Mġarr, Tarxien, Kirkop, Żejtun, Ta’ Qali, Magħtab, San Ġwann Industrial Estate u Ta’ Kandja.
Matul is-sena 2014 saru 1,680 spezzjoni li 51% minnhom, jiġifieri 858 vettura, weħlu mit-test. Minn dawn, 277 persuna weħlu taħrika. Fir-rigward tass-sena 2015, l-aħħar figuri jinħadmu mal-għeluq tas-sena, u għaldaqstant ma jistgħux jingħataw f’dan l-istadju.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20240 fejn irriżulta li kien hemm każ wieħed biss li fih persuna jew persuni tressqu l-Qorti wara li s-CCTV cameras intużaw bħala mezz kif jiġu kkontrollat l-abbuż ta’ nies irresponsabbli li jarmu kull fejn ifettilhom, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi deċiżjoni dwar il-possibilità li jitwaħħlu tabelli li juru li hemm il-cameras, għalkemm il-cameras ma jkunux hemm il-ħin kollu u naturalment, mingħajr ma jiġi indikat li f’xi żmien partikolari, il-cameras ma jkunux hemm? Jekk iva, jista’ jindika jekk dan il-metodu ntużax f’xi lok partikolari jew le?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, illi kull fejn titwaħħal camera huwa fl-obbligu li jkun hemm tabella li tindika li hemm CCTV. Ovvjament meta l-camera titnehha, t-tabella titneħħa wkoll.
Ħ’Attard – Triq Pantar u Triq tat-Torba — xogħlijiet
Question
Peress li fi Triq Pantar u Triq tat-Torba, li minn Ħ’Attard iwasslu għall-Mosta u viċi-versa, bħalissa qed jiġu konklużi xi xogħlijiet u qed tinqala’ nofs it-triq, u peress li n-nofs l-ieħor mhux fi stat tajjeb, jista’ l-Ministru jikkonsidra li t-triq kollha tingħata wiċċ ġdid bit-tarmak?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 20927.
Jista’ l-Ministru jgħid minn liema lokalitajiet, Transport Malta tirċievi l-ilmenti dwar it-toroq? Jista’ jelenka din l-informazzjoni sena b’sena mill-2013 ‘l hawn?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ma żżommx informazzjoni rigward minn liema lokalitajiet joriġinaw l-ilmenti dwar toroq. Ħafna drabi jkun il-każ li min qed jagħmel l-ilment ma jipprovdix l-indirizz personali tiegħu / tagħha.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk rigward l-ilmenti li Transport Malta tirċievi dwar it-toroq, jekk hux dejjem jintbagħtu ittra ta’ acknowledgement?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull ilment dwar toroq li jidħol għand il-Customer Care Unit permezz tal-email info.tm@transport.gov.mt jiġi ackowledged fl-istess ġurnata jew l-ġurnata ta’ wara jekk l-ilment ikun daħal wara l-ħinijiet tal-uffiċċju.
Żjarat barra minn Malta għal laqgħat dwar Traffic Management System
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk flimkien ma’ uffiċjali ta’ Transport Malta għamilx żjarat barra minn Malta biex jattendi laqgħat dwar Traffic Management System? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kien l-outcome ta’ dawn il-laqgħat?
Response (MIZZI, JOE)
Nikkonferma li delegazzjoni mill-Ministeru u Transport Malta attendiet għal żjara ġewwa Seoul għall-okkażjoni tal-World Road Congress. Waqt din iż-żjara l-uffiċċjali ta’ din id-delegazzjoni żaru t-Traffic Management Centre ġewwa Seoul fejn ġew diskussi soluzzjonijiet possibli għal sfidi komuni fiż-żewġ pajjiżi fuq dak li jirrigwarda immaniġġjar tat-traffiku.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-deviation routes plan għall-Kappara Junction?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa qed isiru l-preparamenti neċessarji minn Transport Malta biex fil-ġimgħat li ġejjin jibdew ix-xogħlijiet fuq is-sit tal-Kappara Junction. Inżid ngħid illi Transport Malta diġa għaddejja b’diversi xogħlijiet f’toroq fl-inħawi ta’ madwar l-istess junction u dawn ix-xogħlijiet ivarjaw minn tibdil tal-wiċċ tat-triq sa’ rikostruzzjoni fejn l-istess toroq ikollhom ħsarat strutturali. Dawn it-toroq qed jiġu mtejba biex iservu bħalha rotot alternattivi għas-sewwieqa tul l-andament tal-proġett.
Waqt ix-xogħlijiet fuq il-Kappara Junction ser ikunu qed isiru l-isforzi meħtieġa biex partijiet minn Triq Mikiel Anton Vassalli tibqa’ miftuħa għat-traffiku u dan biex kemm jista’ jkun jitnaqqas l-inkonvenjent għall-istess sewwieqa. Minkejja dawn l-isforzi wieħed irid japprezza illi minħabba l-iskala tax-xogħlijiet ser ikun hemm tnaqqis tan-numru u l-wisa’ tal-vehicle lanes u l-aċċess għal Sliema Road ser ikollu jingħalaq għal perjodi ta’ zmien. Għalhekk, Transport Malta ser tkun qed tħejji sinjali biex tħeġġeġ sewwieqa li jistgħu jevitaw Triq Mikiel Anton Vassalli biex minflok jużaw toroq f’żoni iktar ċentrali. Għal dawk il-perjodi meta l-aċċess minn jew għal Sliema Road ser ikun magħluq ser jitwaħħlu sinjali biex is-sewwieqa jiġu gwidati għal numru ta’ rotot alternattivi skont il-fażi partikolari tax-xogħol.
Importanza kbira ser tingħata għal proċessi kif il-pubbliku ser ikun qed jiġi aġġornat bit-tibdil fis-sistema tat-traffiku. Wara l-proċess estensiv ta’ konsultazzjoni fil-fażi tal-applikazzjoni għall-permess tal-MEPA, fil-ġimgħat li ġejjin TM ser tkun qed tagħmel serje ta’ laqgħat ta’ informazzjoni ma’ diversi stakeholders.
Ix-xogħlijiet fuq it-toroq alternattvi bdew f’Diċembru tal-2015 u x-xogħol fuq il-junction innifisha mistenni jibda fit-tieni kwart ta’ din is-sena. Il-proġett mistenni jitlesta sal-aħħar tas-sena 2017. Il-proġett tal-Kappara Junction ser ikun qed itaffi l-konġestjoni f’ din ir-rotta importanti li hija wkoll parti mit-Trans European Network. Għalhekk, il-proġett ser itejjeb din il-junction f’waħda iktar effiċjenti, ser inaqqas il-queues twal li bħalissa jakkummulaw mar-roundabout eżistenti, u għaldaqstant is-sewwieqa jkunu jistgħu jaslu fid-destinazzjoni tagħhom f’inqas ħin.
San Ġwann — rotot tat-trasport pubbliku - frekwenzi
Question
Jista' l-Ministru jara l-ilmenti minn residenti ta' San Ġwann rigward il-frekwenzi tal-karozzi tal-linja b'mod speċjali bin-numru 22 u 24? Jista' jara li tiżdied il-frekwenza tagħhom?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet nota tas-suġġeriment li qed isir sabiex din tittieħed in konsiderazzjoni.
Kuntratt iffirmat bejn l-Ispanjoli u l-Gvern — servizz tat-trasport pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-kuntratt li l-Gvern iffirma mal-Ispanjoli għas-servizz tat-Trasport Pubbliku? Jekk il-Ministru jħoss li għadu mhux il-mument opportun li jagħmel dan, u dan peress li f’diversi mistoqsijiet parlamentari li jien kont għamilt xhur ilu ngħatajt it-tweġiba li kopja tal-kuntratt se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fil-mument opportun, imma peress li issa għaddiet iktar minn sena, jista’ l-Ministru jagħti data definitiva ta’ meta se jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-imsemmi kuntratt se jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid x’deviation routes se jkun hemm fis-seħħ meta jibda l-proġett tal-Kappara, sabiex jiġi assigurat li l-impatt fuq it-traffic flow ikun wieħed minimu?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 21771.
Il-Kappara – miżuri biex jitnaqqas l-inkonvenjent lir-residenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri se jkunu qed jittieħdu sabiex meta l-proġett tal-Kappara jibda, ikun hemm l-inqas inkonvenjent possibbli lir-residenti li qegħdin fil-qalba tal-proġett kif ukoll dawk li joqogħdu fil-viċinanza?
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri se jkunu qed jittieħdu meta jibda l-proġett tal-Kappara sabiex tiġi assigurata s-saħħa u s-sigurtà tar-residenti li qegħdin fil-qalba tal-proġett kif ukoll dawk li joqogħdu fil-viċinanza?
San Ġwann (Il-Kappara) – rotot tal-karozzi tal-linja
Question
Jista’ l-Ministru jagħti elenku tar-rotot tal-karozzi tal-linja li jgħaddu minn San Ġwann (inkluż il-Kappara);
(i) li permezz tal-aħħar tibdil li sar ftit ġranet ilu, inbiddlu b’xi mod minn dawk ta’ qabel;
(ii) li ddaħħlu ġodda fl-aħħar tibdil li sar ftit ġranet ilu; u
(iii) li spiċċaw meta wieħed iqabbel mar-rotot li kien hemm qabel l-aħħar tibdil li sar ftit tal-ġranet ilu?
Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi rotot li l-frekwenza tagħhom inbiddlet, u jekk il-frekwenza ta’ tali rotot żdiditx jew tnaqsitx?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazjoni mitluba fuq il-karozzi tal-linja li jgħaddu minn San Ġwann hija kif ġej:
Rotta Numru
Rotot sa' 19/12/2015
Rotot minn 20/12/2015
Rotta
Frekwenza
Rotta
Frekwenza
22
Belt Valletta-Msida-Gzira-Sliema (Savoy)-San Gwann-Mater Dei/ Universita- Msida-Belt Valletta
3 vjaggi fis-siegha
Rotta li giet modifikata u li issa ghanda is-sussegwenti tragitt:
Birkirkara (Sant Liena)-Mater Dei- San Gwann-San Giljan (Mrabat)-Ta'Xbiex-Msida-il-Belt Valletta
3 vjaggi fis-siegha sad-disgha ta' filghodu imbaghad il-frekwenza tigi 2 vjaggi fis- siegha
32
Belt Valletta-Msida-Mater Dei/ Universita-San Gwann-Sliema (Savoy)-Gzira- Msida-Belt Valletta
3 vjaggi fis-siegha
Rotta li giet modifikata u li issa ma' ghadhiex isservi il-lokalita ta' San Gwann
24
Belt Valletta-Msida-Tal-Qroqq-Kappara-San Gwann-Ta'Giorni-Sliema (Savoy)-Gzira- Msida-Belt Valletta
vjagg fis-siegha
Rotta li giet modifikata u li issa ghanda is-sussegwenti tragitt:
Belt Valletta-Msida-Tal-Qroqq-Kappara-San Gwann-Sliema (Savoy)-Gzira- Msida-Belt Valletta
2 vjaggi fis-siegha
35
Belt Valletta-Msida-Mater Dei/ Universita-San Gwann (Iz-Zoni ta' Taz-Zwejt u tal-Balal)Gharghur- Naxxar-Mosta-Bidnija
vjagg fis-siegha
Rotta li giet imnehhija
36
Belt Valletta-Msida-Mater Dei/ Universita-San Gwann (Iz-Zoni ta' Taz-Zwejt u tal-Balal)-Gharghur-Naxxar
vjagg fis-siegha
Rotta li giet imnehhija
110
Marsa Park and Ride-Fleure De Lys-Birkirkara (Stazzjon u ta' Paris)-Swatar-Mater Dei/ Universita-San Gwann- Ta' Giorni-Gzira-Sliema
vjagg fis-siegha
Ma' kien hemm l-ebda tibdil fir-rotta fil-lokalita ta'San Gwann
vjagg fis-siegha
120
Xghajra-Zabbar-Fgura-Paola-Marsa Park and Ride-Mater Dei/ Universita-San Gwann (inkluz l-inhawi tal-Kappara)-Pembroke
2 vjaggi fis-siegha
Ma' kien hemm l-ebda tibdil fir-rotta fil-lokalita’ ta' San Gwann
2 vjaggi fis-siegha
225
Sliema-San Giljan-San Gwann-Naxxar-Mosta-Mgarr-Ghajn Tuffieha
2 vjaggi fis-siegha
Rotta li giet modifikata u li issa m’ ghadhiex qed isservi il-lokalita ta' San Gwann.
Il-konnessjoni bejn San Gwann, tas-Sliema, San Giljan,Naxxar u Mosta issa qed jigu servuti bir-rotta 202 u 203.
202
Rotta li giet modifikata u li issa qed isservi il-lokalita’ ta' San Gwann
Rotta li giet modifikata u li issa ghanda is-sussegwenti tragitt:
Sliema-Gzira-San Gwann-Naxxar-Mosta-Attard-Ta'Qali- Rabat
vjagg fis-siegha
203
Rotta li giet modifikata u li issa qed isservi il-lokalita’ ta' San Gwann
Rotta li giet modifikata u li issa ghandha is-sussegwenti tragitt:
Sliema-Gzira-San Gwann-Naxxar-Mosta-Bugibba
vjagg fis-siegha