Legislature:
Category:
Reset
Active:

Imriġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm postijiet ta' irmiġġ f' 1) Sa Maison f'Imsida 2) San Pawl 3) M'Xlokk 4) Mġarr Għawdex 5) Marsalforn 6) Xleni X'jitħallas f'kull port?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta' rmiġġi fil-lokalitajiet huwa dan: LOKALITA' NUMRU DĦUL 2000 Sa Maison, Pieta' Irmiġġi temporanji 52 Mingħajr ħlas San Pawl/Xemxija Irmiġġi temporanji 382 Mingħajr ħlas Pjan ta' rmiġġi, Buġibba 260 Lm5,370 Marsaxlokk Irmiġġi temporanji u sajjieda 347 Mingħajr ħlas Pjan ta' rmiġġi, Il-Magħluq 117 Lm2,810 Mġarr, Għawdex Sajjieda 190 Lm1,552 Yachts 216 Lm53,103 Marsalforn, Għawdex Sajjieda 65 Mingħajr ħlas Xlendi, Għawdex Sajjieda 30 Mingħajr ħlas

Maltapost

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu ħaddiema mal-Maltapost matul dawn l-aħħar 3 xhur? Jista' l-Ministru jgħid xi kwalifiki kellhom? Hemm xi ħadd li ma kellux kwalifiki?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Baħrija

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilmenti tar-residenti tal-Baħrija peress li r-reception tat-Tv Malta mhux ikun ċar u ta' inkonvenjent u żvantaġġ kbir għall-kommunita' kollha tal-Baħrija?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr Fili qed jinvestiga dan l-ilment sabiex tinstab soluzzjoni għal dan l-inkonvenjent.
Leg 9 PQ #27494 Sitting 586 2001-07-20 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Fgura — Letter Boxes

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm letter boxes fil-lokal tal-Fgura, ui f'liema toroq jinsabu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fil-Fgura hemm total ta' seba' kaxxi ta' l-ittri. Dawn jinsabu f'dawn it-toroq: Triq Kent, Triq Velleran, Triq Mahatma Ghandi, Triq Hompesch, Triq San Pietru, Triq Zabbar u Fgura Sub-Post Office.

Ħal-Lija — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jiċċekkja tistax tiġi rranġata t-triq (main) li minn ħdejn iċ-ċimiterju ta' Ħal-Lija tagħti għal ħdejn ir-roundabout ta' l-Iklin għaliex hija żlivellata ħafna?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tlabt lid-Dipartiment tat-Toroq jara x'jista' jsir dwar din it-triq.

Triq tas-Salina — Xogħlijiet

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru. 27248, jista' l-Ministru jagħti isem il-perit li ġie inkarigat mill-kuntrattur fuq it-triq Salina/San Pawl tat-Tarġa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal risposti mogħtija għal Mistoqsijiet Parlamentari Nru 25920 u 26435.

San Pawl il-Baħar — Triq Emanuel Pinto

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm ħsieb li Triq Emanuel Pinto f'San Pawl il-Baħar tiġi asfaltata?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq għadu kif ta kuntratt għall-bini u asfaltar ta' din it-triq wara sejħa għall-offerti. Naħseb li jkun sew ukoll jekk deputati parlamentari jkunu segwew dak li jkun ħareġ fil-gazzetta tal-Gvern.
Leg 9 PQ #27425 Sitting 583 2001-07-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

MOT

Question

Jaf l-Ministru li l-karozza li tintuża għall-MOT - IAT 582 la għandha seat belts u lanqas brejkijiet ta' wara, l-isteering għandu difett u d-dawl tal-vettura ma jaħdmux kollha? Jaf li din il-vettura ġiet imwaqqfa minn local warden għax minħabba li hi ta' periklu jekk tinsaq fit-triq? X'inhu jżomm milli jsirilha t-tiswijiet meħtieġa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant iktar dettalji għax irriżulta li l-vettura msemmija hija waħda privata u l-Ministeru la jkun infurmat minn min hi użata u lanqas jekk twaqfitx minn xi warden.

VRT

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex meta jkun hemm xi dettalji żbaljati fuq id-dokument li jintbagħat mid-dipartiment tal-liċenzji sabiex isir it-test tal-VRT, minflfok jiġi korrett mid-dipartiment qed jitħalla f'idejn is-sidien tal-karozzi biex ma joqogħdux jiġu ħalli jikkoreġuh, u dan minkejja li jkun żball tad-dipartiment?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tal-Liċenzji u Testijiet ma jirriżultalux li jkun hemm xi dettalji żbaljati fuq id-dokument li jintbagħat mill-istess Dipartiment. Madankollu l-Onor. Interpellant hu mitlub jindika xi tipi ta' żbalji li setgħu ħarġu fuq l-istess dokumenti.

Ring Road

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-valur tar-ring road tal-Mosta li qiegħed isir bħalissa? Min rebaħ dan it-tender? Xi kemm se tieħu żmien din it-tender ? Xi kemm se tieħu żmien din it-tender u meta se jitlesta dan ix-xogħol? Min hu l-perit inkarigat minn dan ix-xogħol?

Response (GALEA, ĊENSU)

Waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għad-Domandi Parlamentari Nru. 25920 u 26435, jien infurmat li l-valur tat-tender li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant jammonta għal Lm568,550.

Coast Road

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru. 27249, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-valur tax-xogħol kollu ta' titjib tal-Coast Road? X'persentaġġ ta' xogħol hju kkalkolat li sar s'issa u x'inhu l-valur tiegħu sal-lum?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol li sar s'issa fil-Coast Road jammonta għal Lm367,755 kif indikat: RD159/00 Resurfacing Salina (Road Phase 2) Lm121,212 RD1/98 Patching works, Kennedy Grove Lm19,630 WD109/98/1 Maintenance, Salina Road Lm49,358 WD196/99 Construction of Kerb & Concrete Pavement Lm11,293 RD543/200 Kerbs and Pavements at Baħar iċ-Ċagħaq Lm1,653 RD394/00 Construction of SWC at Salini Lm2,587 RD479/00 Scarifying recomp base/w/c, p/o Salina Coast Lm79,208 RD179/00 Construction of Kerb & Concrete pavement Lm11,891 RD80/00/1 Widening of P/O Salina Coast Road Lm8,479 RD565/00/1 Embelishment at Torri Għallies, Salina Lm7,440 RD522/2000 Rubble Wall cladding at Salina Lm22,345 RD527/00 Construction of Railings at Salini Lm14,927 RD544/00 Construction of footpath, Ghallies to Baħar iċ-Ċagħaq Lm17,732 TOTAL Lm367,755 It-triq kollha hija twila 6km u s'issa sar xogħol fuq 2.5km. Il-valur tax-xogħol li għad baqa xi jsir ma jistax jingħata għalissa peress li qed isiru pjanti għall-fażijiet tax-xogħol li jmiss.

Ħmieġ fil-Baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid it-tindif tal-ħmieġ li jdaħħal il-baħar u jibqa' jgħum fil-wiċċ mal-kosta, fuq min taqa'? Jista' jsir it-tindif meħtieġ tal-baħar li jkollu wiċċ mimli ħmieġ ma' partijiet differenti tal-kosta ta' Malta u Għawdex?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-tindif tal-baħar jaqa' taħt ir-responsabilta' tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent.

Mellieħa — Main Street - Barrier

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi biex titwaħħal barrier tal-ħadid quddiem 63 Main Street, Mellieħa, minħabba periklu li jeżisti f'din il-liwja tat-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex bil-konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali jara x'hemm bżonn li jsir.

Dewmien tax-Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni tad-dewmien tax-xogħlijiet li qed isiru f'diversi toroq f'Ħal-Għaxaq bħalissa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li kienu għaddejjin diskussjonijiet mal-Korporazzjoni ta' l-Ilma dwar il-bżonn li jsir xogħol fuq il-provista ta' l-ilma qabel it-triq tingħata l-asfalt. Dawn id-diskussjonijiet tlestew u l-kuntrattur issa jinsab f'pożżizjoni li jkompli bix-xogħol.

Żurrieq — Triq Matteolo Saliba

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta sa issir l-aħħar parti ta' Triq Matteolo Saliba fiż-Żurrieq peress illi parti minnha ilha aktar minn 15 il-sena bla wiċċ l-parti l-oħra triq ġiet ta' l-istess ġew mogħtija wiċċ tarmac?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li biex il-kumplament ta' din it-triq tiġi asfaltata teħtieġ li ssir esproprjazzjoni, u għalhekk tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex dan l-ewwel proċess jinbeda.

Żurrieq — Triq Kalanġ Bugeja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibilita' hemm illi x-xogħlijiet neċessarji fi Triq Kalanġ, Bugeja, Zurrieq jibdew?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-triq hija diġa asfaltata u teħtieġielha manutenzjoni li trid issir mill-Kunsill Lokali.

Zurrieq — Triq Kalanġ Bugeja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibilita' hemm li Triq Kalanġ Buġeja fiż-Żurrieq tiġi mogħtija wiċċ issa li ilha aktar min 18-il sena tistenna?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 27417.

Zurrieq — Triq it-Tin

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed iżomm lid-Dipartiment milli jwaqqa' ħajt tas-sejjieħ li hemm f'nofs Triq il-Tin, Zurrieq sabiex din tinfetah għall fuq Triq Santa Marija?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fadal xi proċduri ta' esproprjazzjoni li jrid isir fl-inħawi, qabel ikun jista' jsir ix-xogħol.

Tarmac

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex ix-xogħlijiet tat-tarmac fit-Triq Prinċipali tal-Wardija saru biss fil-parti tat-triq tad-daħla ċioe dik minn naħa tal-Price Club? Jista' l-Ministru jara li jitkomplew ix-xogħlijiet immedjatament ħalli r-residenti tal-Wardija jkollhom triq diċenti bħal bqija tar-residenti li jinsabu fil-parti t'isfel tat-Triq Prinċipali li ngħatat t-tarmac?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol li sar s'issa f'din it-triq sar mill-Kunsill lokali peress li dan kien essenzjalment xogħol ta' resurfacing. Il-Kunsill qiegħed f'diskussjonijiet mad-Dipartiment tat-toroq biex jiġi stabbilit kif il-kumplament tax-xogħol f'din it-triq jista' jsir mid-Dipartiment tat-Toroq peress li n-natura tax-xogħol tirrikjedi li t-triq tinbena mill-ġdid. Fil-frattemp id-Dipartiment tat-Toroq qed jieħu ħsieb biex ir-retaining walls tat-triq li jinsabu fi stat ħażin jiġu msewwija.