Programm ta’ Ħbiberija f’Servizzi tas-Saħħa Mentali
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19042, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Programm ta’ Ħbiberija f’Servizzi tas-Saħħa Mentali huwiex qed jiffunzjona? Jekk iva, kemm hemm persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li qed jirċevuh u jekk hemmx xi waiting list?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Programm ta’ Ħbiberija f’Servizzi tas-Saħħa Mentali qiegħed jiffunzjona b’suċċess u b’kollox hemm 12 il-service user.
Peress li waqt li kien qed jindirizza laqgħa internazzjonali tal-mediċina sportiva organizzata f'Malta, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li wara li s-sena l-oħra nħatar konsulent fil-Mediċina Sportiva, issa beda servizz ġdid fiċ-Ċentri tas-Saħħa, u kif ukoll fl-Isptar Mater Dei, jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta’ servizzi qed ikunu offruti, minn min u lil min u f'liema Ċentri tas-Saħħa? Jista’ jgħid min hu l-konsulent fil-Mediċina Sportiva u x'support staff għandu miegħu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi persuna tista’ tagħmel u¿u mis-servizz tal-iSports and Exercise Medicine Clinic kemm mil-isptar Mater Dei u kif ukoll miċ-Ċentri tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi u kif ukoll ta’ Birkirkara.F’dawn il-kliniki jingħataw konsultazzjonijiet u servizzi oħra bħal ma hu s-Shockwave Therapy, li jingħata f'Mater Dei. Is-servizz jitmexxa mill-Konsulent tal-Ortopedija u Mediċina Sportiva Dr Micallef Stafrace.
Jista’ l-Ministru mingħajr ma jidħol f’konfrontazzjoni bla skop, jieħu l-passi neċessarji sabiex bla preġudizzju għal kull ftehim li għad irid ikun hemm bejn iż-żewġ naħat, il-Kunsill Lokali u d-Dipartiment tas-Saħħa, jara li l-faċċata tas-sular t’isfel taċ-Ċentru tas-Saħħa fil-Mosta jiġi miżbugħ sabiex iċ-Ċentru tas-Saħħa jkollu dehra aktar nadifa u sabiħa kif jixraq lil kull min jagħmel użu minnu?
Sptar Mater Dei u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex — spiża
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28859 u jgħid kemm kienet l-ispiża totali fl-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena:
(1) għall-Isptar Mater Dei u
(2) għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-medja fis-sena ta’ l-ispiża totali fl-aħħar 10 snin taż-żewġ sptarijiet msemmija kienet €173,377,914.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni (mhux persons of trusts jew persuni f'positions of trust) f'Dipartimenti u kumpanniji parastatali li jaqgħu taħt it-responsabilità tiegħu minn Marzu 2013 'il hawn maqsuma bit-tip ta' kuntratt mogħti - definit jew indefinit - u anki bir-rwol li ddaħħlu fih?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tagħrif qed jinġabar.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31576, jista’ l-Ministru jerġa' jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għadhom ma kkuntattjawhx?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu kkonċernat intbaghtitlu ittra bl-appuntament fit-28 ta' Frar.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamenati 31851, jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-laqgħa msemmija ġietx diskussa l-Iskola Medika ta’ Barts?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-laqgħa msemmija ġew diskussi numru ta' żviluppi fil-qasam tas-Saħħa, inkluż il-viżjoni tal-Gvern Malti illi jagħmel minn Malta Ċentru Internazzjonali ta' Tagħlim Mediku.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31087, jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal l-imsemmi studju dwar in-nefqa fuq l-obeżità?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-istudju ġie ffinalizzat u ppubblikat mill-Price Waterhouse Coopers fuq is-sit elettroniku tagħhom fit-3 ta’ Marzu 2017.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31081, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm infermiera Għawdxin jaħdmu Malta? Kemm minnhom jixtiequ jmorru jaħdmu Għawdex? Kemm minnhom jixtiequ jaħdmu mal-Vitals Global Healthcare (VGH)? Kemm hemm infermiera Għawdxin li qed jaħdmu Għawdex li fil-fatt jixtiequ jiġu jaħdmu Malta għaliex mhumiex komdi jaħdmu mal-VGH?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 133 infermiera Għawdxin li qed jaħdmu Malta li qegħdin fil-lista ta’ stennija sabiex imorru jaħdmu Għawdex f’ordni ta’ preċedenza skont id-data ta’ meta ġew appuntanti. Id-dipartiment tar-Riżorsi Umani m’għandu l-ebda talba mingħand infermiera Għawdxin biex jinżlu jaħdmu Malta.
Sptar Karin Grech jew Sptar San Luqa – ħaddiema li qed jistennew trasferiment
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li qed jistennew trasferiment għaliex ma jridux jibqgħu jaħdmu l-Isptar Karin Grech u/jew l-Isptar San Luqa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 16 il-ħaddiema mit-taqsima tal-manutenzjoni tal-isptar San Luqa li talbu trasferiment.
Ċentru ta' Matul il-Jum — persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali - Attivitajiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'attivitajiet ġew organizzati f'kull Ċentru ta' Matul il-Jum is-sena l-oħra sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Kemm saru sessions individwali mas-social workers, occupational therapists u psikologi mal-klijenti ta' dawn iċ-Ċentri?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fiċ-Ċentri ta Matul il-Jum jiġu organizzati diversi attivitajiet. L-attivitajiet ta’ kull ġurnata ivarjaw sabiex jindirizzaw il-bżonnijiet tal-persuni li jkunu qed jattendu. L-attivitajiet jistaw jingħataw kemm b’mod individwali kif ukoll fi gruppi.
.
Xi individwi jistaw isibu diffikulta’ biex iwettqu attivitajiet bażiċi ta`kuljum bħal tindif u qadi domestiku minħabba l-kundizzjoni tagħhom. Sabiex jerġaw jakkwistaw l-indipendenza, dawn l-attivitajiet ikunu addattati skont il- bżonnijiet tal-persuni.
Isiru ukoll sessjonijiet sabiex tingħata l-opportunita ta`riflessjoni fuq il-ħiliet intrapersonali kif ukoll interpersonali tal-individwi. Ħiliet intrapersonali jirreferu għal kwalitajiet li jintużaw biex persuni jirrelataw man-nies ta` madwarhom. Ħiliet interpersonali jippermettu li l-persuna jkollha l-abbiltajiet kollha fil-komunikazzjoni u kif ukoll ħajja soċjali b`saħħitha.
L-attivitajiet fi gruppi jinkludu sessjonijiet kreattivi, diskussjonijiet fi gruppi, eżerċizzju fiżiku, kif ukoll ħarġiet soċjali.
Isir ukoll taħrig pre-vokazzjonali u professjonali eżempju kif tikteb CV, kif iġġib ruħek waqt intervista tax- xogħol eċċ.
In-numru ta’ sessjonijiet individwali li saru mal-occupational therapists, psikologi u care workers, minn Jannar 2016 sa Frar 2017 kien 6, 414 li jinkludu ukoll visti fid-djar mill-istess professjonisti.
In-numru ta’ sessjonijiet fi gruppi flimkien mal-occupational therapists, psikologi u care workers, minn Jannar 2016 sa Frar 2017 kien ta’ 3,354.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1872, jista' l-Ministru jgħid meta s-servizz tal-Crisis Intervention Team hux se jibda joffri servizz ta' 24 siegħa kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd? Meta se jibdew isiru home visits mis-social workers u mill-infermiera li huma parti minn dan it-team speċjalment f'każijiet ta' emerġenza?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm b’kollox ġew approvati s’issa każi ta’ persuni li ngħataw il-permess li jużaw l-estratt tal-cannabis għall-użu mediku minn meta ġiet fis-seħħ il-liġi? Jista’ jgħid x’kienet l-indikazzjoni medika u għalxiex ġiet awtorizzata, każ b’każ?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm każ wieħed fejn estratt tal-cannabis (sativex) ġie approvat għall-użu mediku.
Jista' l-Ministra jagħti struzzjonijiet sabiex b'mod immedjat isir tindif meħtieġ li jinkludi wkoll qtugħ ta' ħaxix selvaġġ fiż-żewġ Ċimiterji li hemm fil-lokalità tal-Mellieħa, Sultana tal-Vittorji u Omm il-Ħniena peress lit-telqa f'dawn iż-żewġ ċimiterji hija waħda viżibbli?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-aħħar li saret manutenzjoni fiċ-ċimiterju msemmi minnu kien propju ftit tal-ġranet ilu, f’Marzu ta’ din is-sena.
Il-Mellieħa – Ċimiterju Sultana tal-Vittorji – manutenzjoni fuq kamra
Question
Jista' l-Ministru jara li jsiru l-manutenzjonijiet meħtieġa f'kamra (mhux il-Kappella) li tinsab fiċ-Ċimiterju Sultana tal-Vittorji fil-Mellieħa, liema kamra għandha ħsarat infrastrutturali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali qed jaħdem fuq rapport tekniku dwar xogħlijiet li għandha bżonn din il-kamra msemmija minnu.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31993 jista’ l-Ministru jikkonferma li s-servizz tad-Dermatoloġija issa huwa parti mill-Vitals Global Healthcare u għaldaqstant f’idejn is-settur privat?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizz tad-dermatoloġija qiegħed jingħata mill-isptar Sir Paul Boffa li huwa parti mis-sistema tas-saħħa nazzjonali.