Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm għases li fihom hemm vending machines li jbiegħu prodotti ta' ikel u xorb? X'inhuma l-arranġamenti kummerċjali li jeżistu dwar dawn il-vending machines? X'inhuma l-marġini tal-qliegħ li jsir mill-bejgħ ta’ vending machine ġewwa għases u min jibbenifika minn dan il-qliegħ? Min huma n-nies li għandhom permess illi jixtru minn dawn il-vending machines? X’kontrolli jeżistu biex jiġi assigurat li minn dawn il-vending machines jixtru biss nies li huma awtorizzati li jixtru minnhom? Jista’ l-Ministru jgħid kemm sar bejgħ minn kull vending machine li hemm f'diversi għases ta’ Malta minn mindu tpoġġew, u jagħti breakdown għassa b'għassa? Min huwa awtorizzat illi jiġbor il-flus minn ġewwa l-vending machines fid-diversi għases fil-pajjiż? Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti kollha konnessi ma’ dawn il-vending machines?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li minbarra l-ħdax-il-għassa li jeżistu fid-distretti ta’ Malta u f’Għawdex, vending machines jinsabu wkoll ġewwa l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Motor Transport Section tal-Pulizija, ir-Rapid Intervention Unit, is-Sezzjoni tal-Klieb u fl-Akkademja tal-Pulizija. B’kollox hemm erbgħa u tletin (34) vending machine.
Sabiex tigi reggoralizzata u kkontrollata il-proċedura fir-rigward ta' stallazjonijiet ta' vending machines, kienet inħarġet sejħa għall-offerti skond il-Public Procurement Regulations. Is-Supplier magħżul ingħata offerta għal-sena u mis-somma jitnaqqsu €25 (fuq kull magna) li jmmorru biex jitħallas is-servizz ta’ dawl u ilma. Ta' min isemmi li qabel dan l-agreement l’ebda supplier ma kien iħallas tal-vending machines li kellu nstallati ġewwa xi propjeta’ tal-Korp.
Rigward margini ta’ qliegh mill-bejgħ, kemm sar bejgħ, kif ukoll min huwa awtorizzat li jiġbor il-flus minn ġewwa l-vending machines, dawn id-dettalji huma ta’ ġeneru kummerċjali jistgħu biss jiġu provduti mill-kuntrattur konċernat minħabba li l-Korp ma għandu l-ebda involvement.
Dwar persuni li għandhom permess li jixtru minn dawn il-vending machines, u l’kontrolli li jeżistu biex jiġi assigurat li minn dawn il-vending machines jixtru biss nies li huma awtorizzati, irid jingħad li minbarra l-membri tal-Korp, f’dawn il-postijiet jidħlu biss nies li jkollhom raġuni valida u dawn huma l’persuni li jistgħu jixtru.
Jista’ l-Ministru jinforma lil dan il-Parlament kemm kien hemm sigħat ta’ overtime fil-Korp tal-Pulizija fix-xahar ta’ November 2013, Diċembru 2013, Jannar 2014, Novembru 2014, Diċembru 2014 u Jannar 2015?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sigħat ta’ overtime fil-Korp tal-Pulizija fix-xahar ta’ November 2013, Diċembru 2013, Jannar 2014, Novembru 2014, Diċembru 2014 huma kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Il-figuri għal Jannar 2015 għadhom qed jinġabru.
Sighat ta’
Overtime
Nov 2013
9,700
Dic 2013
12,167
Jan 2014
9,777
Nov 2014
9,778
Dic 2014
7,579
Jan 2015
L-informazzjoni għadha ma nġabritx
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Soċjali– persuni inġaġġati f’position of trust
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi bejn id-9 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Jannar 2015?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninfroma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Raħal Ġdid – Għajn Dwieli – ċitazzjonijiet ta’ kontravenzjonijiet tat-traffiku
Question
Jista’ l-Ministru kemm ingħataw ċitazzjonijiet għall-kontravenzjonijiet tat-traffiku relatati ma' parkeġġ ħażin, karozzi jgħaddu wrong side u karozzi pparkjati fuq linji sofor fiż-żona ta' Għajn Dwieli f'Raħal Ġdid, b'mod partikolari fiż-żona tat-toroq Triq l-Għaqdiet tal-Ħaddiema, Triq Fr Charles Plater u Triq Wied Blandun, fil-perjodu bejn Jannar 2014 u Diċembru 2014? Peress li dawn l-abbużi qiegħed ikunu ta' periklu u inkonvenjent għar-residenti jista’, l-Ministru jgħid ukoll x'sorveljanza qiegħda ssir mill-pulizija tal-għassa u minn dawk tas-sezzjoni tat-traffiku biex jiġu kkontrollati dawn l-abbużi?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevli Interpellant li ninsab infurmat li matul is-sena 2014 minn naħa tal-Korp tal-Pulizija ingħatat ċitazzjoni waħda fi Triq Wied Blandun Raħal Ġdid. Il-Pulizija tad-distrett Numru 3, li jkopri Raħal Ġdid jagħmel spezzjonijiet ta’ kuljum fit-toroq imsemmijja, iżda il-kontravenzzjonijiet imsemmijja ma ġewx osservati. Madankolli aktar sorveljanza fit-toroq indikati fil-mistoqsijja parlamentari ser jkomplu, kemm mill-Pulizija Distretwali kif ukoll mill-Pulizija tat-Taqsima tat-Traffiku. Dawn jeskludu ċitazzjonijiet ta’ kontravenzjonijiet tat-traffiku li jistgħu jkunu ngħataw mill-Gwardjani Lokali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi fil-preżent li jintużaw mir-rank ta' Supritendent ’il fuq għall-qadi ta' dmirijiethom?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi fil-prezent hemm wieħed u tletin (31) karozza allokati għal-fizzjali mir-rank ta' Supritendent ’il fuq, għall-qadi ta' dmirijiethom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq fuel għall-vetturi u l-muturi kollha li għandu l-Korp tal-Pulizija għas-sena 2014?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li n-nefqa fuq fuel għall-vetturi u muturi tal-Korp tal-Pulizija fis-sena 2014 kienet ta’ €787,441.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija fil-preżent fi ħdan l-RIU ir-Rapid Intervention Unit u kif inhuma imqassmin skontd ir-rank tagħhom?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi sat-2 ta’ Frar 2015, fis-sezzjoni tar-Rapid Interventionn Unit kien hemm mija u tmienja u erbgħin (148) membru.
Dawn huma mqassmin hekk:
Recapitulation
Inspector
3
2/SM
1
PS
19
PC
123
RPC
2
Total
148
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm postijiet vakanti fil-preżent fir-rank ta' Spettur u ta' Supritendent?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi fiz-zmien li ġej in-numru ta’ postijiet vakanti f’dawn il-gradi se jkunu 22 Supretendent u 29 Spettur.
Jista l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-Korp tal-Pulizija dwar vending machines li jbiegħu prodotti tal-ikel u x-xorb fl-għases tal-pulizija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi l-policy kurrenti dwar vending machines li jbiegħu prodotti tal-ikel u x-xorb fl-għases u lokalitajiet oħra tal-pulizija, hi li vending machines li jitqiegħdu f’dawn il-postijiet jitpoġġew minn kuntrattur li jkun għamel l-aħjar offerta, wara li tkun saret evalwazzjoni ta’ sejħa għall-offerti għal dan l-iskop.
Individual Investor Programme – rapport tar-Regolatur
Question
Jista’ l-Ministru jindika d-data ta’ meta r-rapport tar-Regolatur tal-Individual Investor Programme għas-sena 2014 ġie ppubblikat jew imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-okkażjonijiet, fiż-żmien li s-servizz tat-trasport pubbliku kien immexxi mill-kumpanija Arriva, fejn kien hemm inċidenti tat-traffiku u inċidenti ta’ natura oħra rrappurtati lill-pulizija, li fihom kienu involuti bendybuses? Jista’ jagħti l-informazzjoni sena b’sena skont is-sena li fiha saru l-inċidenti? Jista’ jgħid jekk kienx hemm involuti iktar vetturi f’kull inċident, u jekk iva jista’ jgħid kemm kien hemm vetturi involuti f’kull inċident? Jista’ jindika fejn kien hemm nies li kellhom jiddaħħlu l-isptar minħabba dawn l-inċidenti ?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi kemm kienet ilha topera l’Arriva ġewwa Malta mit-3 ta’ Lulju, 2011 sa l-1 ta’ Jannar 2014, kien hemm erbgħa mija u sitta u għoxrin (426) inċident tat-traffiku li fihom kienu nvoluti il-vetturi tal-kumpanija. Il-records li jinzammu ma jindikawx liema kienu bendy buses jew le, imma il-buses kollha. Fl’istess perjodu u l-istess inċidenti kien hemm mija u ħamsa u għoxrin persuna (125) li kienu weġgħu.
2011
(from 3rd July)
2012
2013
2014
(till 1st January)
99
(22 injuries)
187
(61 injuries)
139
(41 injuries)
1
(1 injury)
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-okkażjonijiet, fiż-żmien li s-servizz tat-trasport pubbliku kien immexxi mill-kumpanija Arriva, fejn kien hemm inċidenti tat-traffiku u inċidenti ta’ natura oħra rrappurtati lill-pulizija, li fihom kienu involuti karozzi tal-linja, eskluż bendybuses? Jista’ jagħti l-informazzjoni sena b’sena skont is-sena li fiha saru l-inċidenti? Jista’ jgħid jekk kienx hemm involuti iktar vetturi f’kull inċident, u jekk iva jista’ jgħid kemm kien hemm vetturi involuti f’kull inċident? Jista’ jindika fejn kien hemm nies li kellhom jiddaħħlu l-isptar minħabba dawn l-inċidenti ?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 14102.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Weapons Board huwiex imwaqqaf u jekk iva jgħid min huma l-membri tal-bord? Jekk le, jista’ jgħid meta se jinħatar il-Weapons Board il-ġdid? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem dan il-Bord?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-membri tal-Weapons Board baqgħu l-istess. L-unika bidla li kien hemm kienet fis-Segretarju ta’ l-istess Board. In-numru ta’ applikazzjonijiet pendenti huma ta’ tlett mija u tlieta u sittin (363).
Kummissjoni Ewropea – Winter Forecast – bejgħ taċ-Ċittadinanza
Question
Fid-dawl tal-aħħar rapport tal-Winter Forecast maħruġ mill-Kummissjoni Ewropea fejn din irrimarkat li l-bejgħ taċ-ċittadinanza sejjer aħjar minn dak previst, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet il-previżjoni oriġinali tal-Gvern mal-Kummissjoni u x’inhuma r-riżultati li qed tirreferi għalihom il-Kummissjoni biex waslet għal tali konklużjoni?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex din il-mistoqsija tigi rreferuta lil Ministru ikkonċernat, li hu l-Ministru għall-Finanzi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm waslu applikazzjonijiet għax-xiri taċ-ċittadinanza s’issa? Kemm huma dawk l-applikazzjonijiet li għadhom qed jiġu pproċessati u kemm hemm applikazzjonijiet li ġew konklużi?
Response (ABELA, CARMELO)
Irrid niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li ċ-ċittadinanza Maltija mhux għal bejgħ. F’kaz li l-Onor. Interpellant qed tirreferi għall-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment, irrid ninfurmaha li kien hemm erbgħa mija u disgħa u ħamsin (459) applikazzjoni għal residenza bi preparazzjoni għaċ-ċittadinanza.
Jista’ l-Ministru jgħid, skont l-applikazzjonijiet li rċieva għax-xiri taċ-ċittadinanza, kemm qed ikun previst li jkun id-dħul tal-Gvern, xahar b’xahar, u s-sena rispettiva, marbuta ma’ dawn l-applikazzjonijiet?
Response (ABELA, CARMELO)
Irrid niġbed l-attenzjoni lill-Onorevoli Interpellant li ċ-ċittadinanza Maltija mhux għal bejgħ. F’kaz li l-Onor. Interpellant qed tirreferi għall-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment irrid ninfurmaha li skond l-estimi finanzjarji ta’ din is-sena id-dħul tal-gvern ser ikun madwar €50 miljun