Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bormla — Sur Santa Liena

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 13044 ta' l-20 ta' Ġunju 2005 meta b'riferenza għal xogħol fi Triq is-Sur Santa Liena, Bormla, il-Ministru qal li x-xogħol isir skond il-prioritajiet li joħorġu mill-programm ta' bini ta' toroq li jridu jinbnew mill-ġdid, jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-priorita' ta' xogħol fuq din it-triq, issa li għaddew aktar minn sitt xhur minn dak l-istatement tal-Ministru?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul il-ġimgħat li għaddew, rappreżentanti tal-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq u ta’ l-Awtorita’ dwar it-Trasport żaru l-lokalitajiet kollha ta’ Malta u ħejjew lista ta’ toroq li huma responsabbilta’ tal-Gvern Ċentrali. Bħalissa qed isiru l-prijoritajiet u jinħadmu l-istimi dettaljati għax-xogħlijiet meħtieġa f’dawn it-toroq.

Bypass ta' l-Imtarfa

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18285 u jinformana bl-investigazzjonijiet li saru fuq il-karakjaturi tat-tarmac fil-bypass ta' l-Imtarfa, inti u niżel, inkluż fil-parti li diġa' saret manutenzjoni fuqha u reġgħet sfrondat?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li saru investigazzjonijiet fuq it-triq imsemmija madwar sena ilu, meta kienu ffurmaw l-ewwel qsim fuq il-parti ta’ ġewwa tat-triq. Minn dawn l-investigazzjonijiet irriżulta li peress li l-parti ta’ ġewwa nbniet qabel ma kien inbeda x-xogħol tal-ħajt, waqt l-iskavar tal-parti ta’ barra tat-triq fejn kien hemm mases ta’ tafal, kienu nħolqu dawn il-qsim. Parti minn dawn il-qsim ġew irranġati bix-xogħlijiet ta’ manutenzjoni f’din il-parti. L-ADT qegħda tkompli tagħmel monitoring ta' din it-triq.

Għoti ta' Tarmac

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm mill-400 triq residenzjali li ġie mwiegħed li jsir it-tarmac, saru?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Mill-2002/2003 sa din is-sena l-ADT iffinanzjat il-bini ta' 393 triq residenzjali. Fil-ġimgħat li għaddew rappreżentanti mill-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq u mill-ADT daru l-lokalitajiet kollha ta’ Malta biex jivverifikaw il-lista ta’ toroq li huma responsabbilta’ tal-Gvern Ċentrali. Bħalissa bdew isiru l-istimi ta' numru minn dawn it-toroq biex it-tenders jibdew jinħarġu fil-ġimgħat li ġejjin. Sadattant, l-ADT għaddejja b’xogħlijiet ta’ bini ta’ toroq residenzjali f’diversi lokalitajiet fosthom Ħal-Għaxaq, Birkirkara, Marsascala, Kalkara, Mġarr, Naxxar u Fgura.

Binġemma/Rabat

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li t-triq li tagħti minn Binġemma għar-Rabat tiġi rranġata u mogħtija t-tarmac mill-ġdid?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant m'hijiex triq arterjali u l-anqas distributorja u b'hekk il-manutenzjoni ta' din it-triq mhux parti tar-responsabilta' tal-Gvern Ċentrali.

Wied il-Qlejgħa — Xogħlijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16571, jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju tal-lista ta' priorita' waslet din it-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul il-ġimgħat li għaddew, rappreżentanti tal-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq u ta' ADT żaru l-lokalitajiet kollha ta' Malta u hejjew lista ta' toroq li huma responsabilta' tal-Gvern Ċentrali. Bħalissa qed isiru l-prijoritajiet u jinħadmu l-istimi dettaljati għax-xogħlijiet meħtieġa f'dawn it-toroq.

Baċir Nru. 1

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18754 u jgħid f'liema stadju wasal il-proġett tal-Baċir nru. 1?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Għadhom għaddejjin diskussjonijiet ma' wieħed miż-żewġ konsorzji li ġew short-listed fejn qed jiġu sottomessi l-proposti tagħhom. Id-diskussjonijiet huma fi stadju avvanzat.

Mosta — Parking bays

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk il-parking bays li ġew miżbugħa f'St. Anne Street, c/w St. Anne Junction, Mosta humiex koperti bil-permessi ta' l-ADT meħtieġa? Jekk fin-negattiv, x'se jsir dwarhom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Minn riċerka li saret fir-records tat-Traffic Management Unit irrżulta li m'hemm ebda permess għall-parking bays miżbugħa fi Triq St Anna fil-post li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant. It-Traffic Management Unit kien ġibed l-attenzjoni tal-Kunsill Lokali Mosta b'ittra datata 17 ta' Jannar 2006, li kienet inħarġet bħala risposta għall-kummenti li ntbagħtu lill-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta, mill-perit ta' resident fil-post. Sussegwentament, it-Traffic Management Unit infurmat lill-Kunsill Lokali Mosta, b'ittra bid-data 6 ta' Marzu 2006, sabiex jitneħħew tali parking bays. Intbagħtet reminder lill-Kunsill Lokali bid-data, 14 ta' Marzu 2006 u 9 ta' Mejju 2006.

Raħal Ġdid — Proġett tax-Schreiber

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk fil-proġett maħsub tax-Schreiber f'Raħal Ġdid se jkunx hemm maħsub spazju għall-girl guides li sal-lum m'għandhomx saqaf fuq rashom fejn jiltaqgħu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pjanti tas-Schreiber qed ikunu konklużi f'dawn il-ġranet. Liema spazji fil-proġett ser jgħaddu lura f'idejn il-Gvern ser jiddependi mill-eżerċizzju ta' vijabilita' li qiegħed isir bħalissa wkoll.

Birkirkara — Fleur-de-Lys Road

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra l-istat ta' Fleur-de-Lys Road, Birkirkara għaliex qiegħda fi stat ħażin ħafna?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan l-aħħar saru diversi tiswijiet major patching works f'toroq arterjali u distributorji skond l-esiġenza u l-urġenza tal-każ. Il-ħsarat indikati fi Fleur de-Lys road sejrin jittieħdu in konsiderazjoni f'xogħlijiet simili fil-futur.

Santa Venera — Triq il-Kanun

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra l-istat ta' Triq il-Kanun f'Santa Venera (ħdejn il-BOV) għaliex qiegħda fi stat ħażin ħafna?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan l-aħħar saru diversi tiswijiet major patching works f'toroq arterjali u distributorji skond l-esiġenza u l-urġenza tal-każ. Il-ħsarat indikati fi Triq il-Kanun sejrin jittieħdu in konsiderazjoni f'xogħlijiet simili fil-futur.

Mosta

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 18631, jista' il-Ministru jgħid x'azzjoni se tittieħed dwar directional sign li allura twaħħlet b'mod illegali?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Permessi għal directional sign tat-tip li għalihom qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant fil-mistoqsija tiegħu jista’ jkun li jkunu approvati minn entitajiet oħra. Barraminhekk, l-Awtorita’ dwar it-Trasport ta’ Malta mhux responsabbli għal kull xorta ta’ infurzar li jista’ jkun meħtieġ fir-rigward ta’ tali signage.

Kalkara/Toqba

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata t-triq li mill-Kalkara tagħti għat-Toqba tal-Birgu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ADT wettqet xogħlijiet ta’ patching u anke tindif ta’ din it-triq riċentament biex b’hekk tkun aktar aċċessibli. Sa dan it-tant l-ADT qed thejji proġett estensiv għal din it-triq . It-tender għax-xogħlijiet tkun tista' toħroġ hekk kif jingħata permess għax-xogħlijiet mill-MEPA .

Ħal-Luqa — Triq Pietru Saliba

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se tinbena Triq Pietru Saliba f'Ħal-Luqa, li hija mibnija kollha fi djar residenzjali u li tinsab fi stat mill-agħar, tant li meta tagħmel ix-xita hemm min qiegħed jegħreq bl-ilmijiet?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-triq msemmija hija nkluża fil-lista ta' toroq li jridu jsiru mill-Awtorita' dwar it-Trasport. Ix-xogħol fiha se jsir skond il-prijoritajiet li jirriżultaw mill-programm ta' xogħlijiet f'toroq residenzjali.

Mqabba — Triq Dun Giacomo Tortella

Question

Jista' il-Ministru, għar-rigward ta' Triq Dun Giacomo Tortella fl-Imqabba, jgħid: a) meta din it-triq se tingħata wiċċ issa li l-bini fl-istess triq tela' kollu? b) meta se tiġi ffurmata s-service road li tgħaqqad Triq Dun Giacomo Tortella ma Vjal il-Konvoj ta' Sta. Marija?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ix-xogħol ta' bini fi Triq Giacomo Tortella u s-service road ma' Vjal il-Konvoj ta' Sta Marija m'ilux wisq li tlesta. Ix-xogħol ta' kostruzzjoni f'dawn it-toroq qiegħed fil-lista ta' xogħlijiet li jridu u li qed isiru fl-Imqabba. M'ilux id-Direttorat tat-toroq għamel xogħol ta' toroq fi Triq Mons A.Caruana, Triq Ġanni Darmanin u Triq Xandru Farrugia u fil-ġimgħat li ġejjin ħa jkun qed isir xogħol fi Triq il-Familja Brancati, Triq l-iSpnar u Triq it-Torba.

Gudja — Zebra Crossing

Question

Jista' il-Ministru jara li jitwaħħlu mill-iktar fis dwal fuq iz-zebra crossing ta' ħdejn il-football ground tal-Gudja quddiem il-Palazz ta' Bettina?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' dwar it-Trasport se tagħmel spezzjoni fuq din iz-zebra crossing hawn fuq imsemmija biex jkunu jistgħu jittieħdu l-azzjonijiet meħtieġa.

Mosta/Imġarr

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-isem uffiċjali tat-triq prinċipali li tagħti mill-Mosta sa l-Imġarr, Malta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-triq hija indikata fuq il-pjanti tal-MEPA bħala Triq Xifer il-Kfief fuq in-naħa tal-Mosta u Triq l-Imġarr fuq in-naħa ta' l-Imġarr. L-ADT għall-fini ta' indikazzjonijiet preċiżi tuża' s-sistema ta' indikazzjonijiet ta' nodes jew in-numru speċifiku tat-Triq f'dan il-każ in-numru hu 17. Rigward xi ekwivoku dwar l-isem tat-Triq nitlob l-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.

Madliena — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista tat-triqat li se jiġu asfaltati fil-Madliena, b'data indikattiva ta' meta se jitlestew ix-xogħlijiet?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-lista tat-toroq li jridu jsiru qegħda tkun finalizzata. Huwa l-ħsieb tal-Ministru li s-Swieqi jkun wieħed mill-lokalitajiet li jingħataw prijorita' fil-programm ta' xogħlijiet ta' toroq li jrid jiġi mniedi.

Għajn Qajjed — Vjal il-Ħaddiem - dawl taż-zebra crossing

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex id-dawl taż-zebra crossing fil-parti ta' Vjal il-Ħaddiem li tinsab fil-housing estate ta' Għajn Qajjed, fir-Rabat qatt ma nxtegħel matul dawn l-aħħar tlett snin u cioe' minn meta twaħħlu dawn l-arbli tad-dawl? Jista' jara li dan id-dawl jinxtegħel mingħajr aktar telf ta' żmien?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ix-xogħlijiet meħtieġa biex jinxtgħel id-dawl taż-zebra crossing kif ukoll il-manutenzjoni ta' dan id-dawl li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant huma parti mir-responsabiltajiet ta' l-Enemalta. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Msida HE — Garages

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 17948 u 18312 u jara li jittieħdu passi dwar il-fatt li fil-garages il-ġodda li hemm fil-housing estate il-ġdid ta' l-Imsida - b'mod partikolari numru 70, Conception Street, Imsida - il-mod kif sar ix-xogħol fuq il-bankini l-ġodda qed iwassal biex l-ilma jaqleb għall-ġol garages infushom b'konsegwenza li fil-maltemp ir-residenti lanqas ikunu jistgħu jagħmlu użu mill-garages?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bankini fit-triq imsemmija saru bl-istess linja u livelli tal-bankini li kien hemm qabel. Il-qlib tal-bankini sar il-barra (lejn it-triq) biex jiġi evitat li l-ilma jaqleb lejn il-bini. L-indirizz speċifikat fil-mistoqsija parlamentari - 70, Conception Street ma jifformax parti mill-blokok il-ġodda tal-Housing iżda minn blokok oħrajn tal-Housing li jinsabu viċin l-Għajn tal-Ħasselin u li nbnew diversi snin ilu. F'din iż-żona tal-proġett il-bankini reġgħu nbnew fl-istess linja u l-istess livelli tal-bankini l-antiki. Għal din ir-raġuni huwa diffiċli tifhem kif bankina identika bħal ta' qabilha tista' toħloq problema ġdida ta' għarar. Sadanittant, ser jiġi ċċekkjat jekk teżistix xi problema fil-qlib tal-wiċċ tat-triq (asfalt) u jekk din tirriżulta jittieħdu l-passi meħtieġa.

Raħal Ġdid — Zabbar Road

Question

Jista' il-Ministru jara x'jista' isir f'Zabbar Road, Paola faċċata ta' Triq Lampuka, peress li meta tagħmel ix-xita ir-residenti qegħdin jgħerqu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li uffiċjali mill-ADT ser jagħmlu spezzjoni sabiex jevalwaw il-problema indikata.