B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19503, jista' l-Ministru jgħid x'qed jiġri mill-applikazzjonijiet kollha pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali meta t-32 postijiet vojta li għandha l-Awtorità tad-Djar bħalissa huma committed biex jinbidlu għal djar għall-persuni b'diżabilità jew għal każijiet ta' emerġenza? Jista' jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar hijiex tistenna li jiġi vakat xi post sabiex il-lista ta' applikazzjonijiet preżenti terġa' tibda tiġi kkunsidrata?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant ili t-32 postijiet vojta ser jiġu allokati għal social housing. L-Awtorità tad-Djar ukoll taħdem sabiex tiżgura li qed isir użu korrett mill-propjetajiet tal-Gvern u jekk dan ma jkunx qed iseħħ, jinbdew proċeduri sabiex jittieħed lura l-pussess ta’ dawn il-postijiet biex jerġgħu jintużaw għall-akkomodazzjoni alternattiva. Barra minnhekk, bħal ma kien imħabbar fil-budget, l-Awtorità tad-Djar qed tesplora miżuri oħra biex ikollha aktar postijiet xi tqassam lill-persuni minn fuq il-waiting list tagħha.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-rampa li saret fi Pjazza Katidral fiċ-Ċittadella fir-Rabat Għawdex għandhiex l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità u jekk din saritx skont il-kriterji stabbiliti li jassiguraw li tkun tista’ tintuża bla xkiel minn persuni b’nuqqas ta’ mobilità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevli Interpellant illi l-KNPD ivvettjat il-pjanti tal-applikazzjoni tal-MEPA relatata ma’ dan il-proġett (PA 656/11). Irriżulta li l-pjanti, li kienu jinkludu rampa fi Pjazza Katidral fiċ-Ċittadella, kienu konformi mal-Access for All Design Guidelines u għaldaqstant il-KNPD bagħtet l-approvazzjoni tagħha lill-MEPA fid-29 ta’ Settembru 2011.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu care workers fis-sena 2015 u jista’ jgħid ta’ liema nazzjonalità huma?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, matul is-sena 2015 daħlu 46 support worker, magħrufa aħjar bħala care workers mal-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Socjali. Waħda minn dawn is-46 support workers, hija ta’ nazzjonalita’ barranija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il-saqaf ġie rraportat mal-Awtorità tad-Djar li huma fi stat ħażin u li ġew spezzjonati u ddikjarati li għandhom bżonn jinbidlu? Jista’ jgħid f’liema binjiet u meta l-Awtorità tad-Djar se tkun qed tagħmel dawn ix-xogħlijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, dwar soqfa ta’ residenzi mikrija mill-Gvern jew mill-Awtorità tad-Djar li ġew spezzjonati u ddikjarati li għandhom jinbidlu, jew jinbidel parti minnhom, qed jiġu elenkati id-dettalji tal-binjiet kif ġej:
Lokalità
Xogħlijiet
Raħal Ġdid x 2
Birgu
Rabat
Xogħlijiet Għaddejjin
Siema
Santa Luċija
Raħal Ġdid
Santa Luċija
Valletta x 2
Kuntrattur ġie ingaġġat u x-xogħlijiet se jibdew f’qasir żmien
Qormi
Ta’ Giorni
Bormla x 2
Għandu jiġi ngaġġat kuntrattur u x-xogħlijiet jibdew madwar xahar ieħor
Ta’ Giorni
Santa Luċija
Għandu jiġi ngaġġat kuntrattur
Valletta
Santa Luċija
Pembroke
Saret spezzjoni riċenti u qed tiġi kompilata stima tax-xogħlijiet
Isla
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-IT fl-Awtorità tad-Djar? Jista' l-Ministru jgħid meta se tkun implimentata s-sistema sabiex timmaniġġja l-proprjetajiet u s-servizzi li jingħataw mill-Awtorità tad-Djar? Jista' jgħid f'liema stadju wasal dan il-proċess?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, qegħdin fi stadju li toħroġ tender għal din is-sistema tal-Informazzjoni Teknoloġika.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li bħalissa qed iservu ta’ arbitri għall-finijiet tal-Artikolu 107 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali? Jista’ jgħid min huma dawn l-arbitri, meta nħatru u x’inhu t-terminu tas-servizz tagħhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba kienet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern numru 19,379 datata 6 ta’ Frar 2015. Ngħarraf ukoll illi Dr. Joseph Mifsud LL.D. irreżenja minn din il-kariga fit-2 ta’ Ġunju 2015.
Jista’ l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm appelli pendenti b’kollox quddiem l-arbitri għall-finijiet tal-Artikolu 107 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali? Jista’ jgħid kemm minnhom għadhom ma ġewx appuntati u kemm tmur lura l-aktar applikazzjoni pendenti li għadha ma ġietx appuntata?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-Uffiċċju tal-Arbitru għandu 755 appell pendenti. Minn dawn, hemm 465 appell li għadhom ma ġewx appuntati quddiem l-Arbitru. Infakkar li billi l-Appelli quddiem l-Arbitru m’hemmx ħlasijiet qed ikun hemm numru sostanzjali li jappellaw anke jekk m’għadhomx raġun.
Għas-sena 2014, l-aktar applikazzjoni li tmur lura li għadha ma ġietx appuntata, iġġib id-data ta' Jannar 2014. Ir-raġuni ta' dan id-dewmien huwa minħabba l-fatt li, waqt li l-każ ikkonċernat kien diġa' ġie datat u skedat, biex jinstema' quddiem l-Arbitru, l-Uffiċċju tal-Arbitru kien infurmat illi l-każ in kwistjoni kien qed iġorr miegħu appell quddiem il-Qorti tal-Appell, minn fejn għad trid tittieħed deċiżjoni.
Mill-banda l-oħra, għas-sena 2015, l-aktar każ pedenti imur lura għal Marzu 2015.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għall-pensjoni tad-diżabilità tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid x’inhi r-raġuni għal dan id-dewmien u jista’ jara li d-deċiżjoni dwar l-eliġibbilità ta’ din il-persuna għal din il-pensjoni tingħata mingħajr dewmien?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, ma kien hemm l-ebda dewmien sabiex jiġi pproċessat il-każ tas-sinjur li talab għall-Pensjoni tad-Diżabilita`. Filfatt, wara li deher quddiem il-bord mediku u t-talba ġiet rrifjutata fil-bidu ta’ Ġunju 2015, il-klijent talab li l-każ tiegħu jiġi rikunsidrat minn bord mediku ieħor.
Din it-talba ġiet aċċettata u l-klijent reġa' intalab jidher quddiem bord mediku ieħor, li ikkonferma l-ewwel deċizjoni fil-bidu ta’ Settembru 2015.
Il-klijent ġie nfurmat bid-deċiżjoni tal-bord mediku fiż-żewġ okkażjonijiet, sewwa sew fl-10 ta' Ġunju 2015 u fil-15 ta' Settembru 2015, fiż-żewġ okkażjonijiet rispettivi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li ċ-Chairperson tal-Awtorità tad-Djar li taħdem part time, għandhiex messaġġier magħha li huwa full-time? Jista' jgħid jekk dan il-messaġġier għandux mobile imħallas mill-Awtorità tad-Djar u jekk iva, kemm kienet in-nefqa tiegħu mill- 1 ta' Jannar li għadda sal-lum?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, m’huwiex minnu li ċ-Chairperson tal-Awtorita’ tad-Djar għandha messaġġier full time magħha.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-messaġġier taċ-Chairperson tal-Awtorità tad-Djar għandux il-permess li juża l-vettura taċ-Chairperson għall-użu personali tiegħu?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw postijiet mill-Awtorità tad-Djar għall-akkomodazzjoni soċjali mill- 1 ta' Jannar li għadda sal-lum? Jista' jgħid f'liema lokalitajiet ingħataw?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, mill-1 ta' Jannar 2015 sat-23 ta' Ottubru 2015, l-Awtorita' tad-Djar allokat 82 post kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu bħala self-employed mal-Awtorità tad-Djar? Jista' jgħid kemm minnhom huma konsulenti, min huma u kemm qed jitħallsu? Jista' jgħid ukoll f'liema dipartimenti tal-Awtorità tad-Djar qegħdin jagħtu dawn il-konsulenzi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Awtortia’ tad-Djar għandha 30 persuna fuq bażi self-employed. Minnhom, tnejn joffru konsulenza kif indikat hawn taħt:
Kuntratt
Ammont bil-VAT
Dipartiment
Kuntratt ta' Servizz
€23,600
Corporate Services
Kuntratt ta' Servizz
€7,080
Technical Services and Operations
Awtorità tad-Djar – persuni f’position of trust — seconded
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni f'position of trust fl-Awtorità tad-Djar li ġew seconded lill-entitatjiet oħra? Jekk iva, jista' jgħid għal liema raġuni dawn ġew seconded u f'liema entitajiet ġew seconded?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Awtorita’ tad-Djar, ma għandha l-ebda impjegat sekondat li għandu kuntratt ta’ position of trust.
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-iskemi ġodda (u mhux li kienu diġà jeżistu jew li kienu estiżi jew riprodotti) fl-Awtorità tad-Djar minn April 2013 sal-lum?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, minn April 2013 sallum, l-Awtorita’ tad-Djar ħarġet żewg skemi ġodda, dawn jinkludu:
1. L-Iskema Strutturi Perikoluzi (SSP), li ġiet maħruġa sabiex persuni li jgħixu ġewwa postijiet mikrija mill-Privat qabel l-1995, setgħu japplikaw għall-għajnuna finanzjarja sabiex isiru dawk ix-xogħlijiet relatati mal-istrittura sabiex jiġi eleminat kull perikolu. Taħt din l-Iskema inkwilin jista’ jibbenefika minn €7,000 spejjeż f’xogħlijiet, u kif ġie mħabbar fl-aħħar baġit, dan l-ammont ser jiġi miżjud sa €8,000.
2. Skema oħra varata’ fi Frar 2014, hija l-iskema fejn inkwilin jista’ jsir sid daru. Il-valutazzjoni tal-prezz tal-fond qiegħed jiġi stabbilit skont il-lokalita’, id-daqs tal-fond, is-sular li jinsab fih, jekk hux
maisonette
jew
dar u jekk hemmx
lift
installat. Taħt din l-iskema, inkwilin jista’ jixtri jew jikri il-
front garden / soil area
ta’ madwar il-flat bi prezz imnaqqas ta’ 50% f’każ li l-applikanti ma jkollhomx assi ta’ aktar minn €150,000.
Taħt din l-iskema, inkwilin ta’
maisonettes
u djar jistgħu jakkwistaw ir-residenza mikrija lilhom mill-Gvern. Jingħata sussidju to 50% f’każ li l-applikanti ma jkollhomx assi aktar minn €150,000.
Barra minn hekk first time buyers igawdu wkoll minn benefiċċji li qed jagħti l-Gvern.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – membri parlamentari tal-Oppożizzjoni ingaġġati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri parlamentari tal-Oppożizzjoni preżenti jew passati li kienu jew għadhom jaħdmu jew jokkupaw xi kariga f’xi entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu sa mill-2008 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x’kariga jokkupa/tokkupa u x’pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra hemm marbuta mal-kariga?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Djar tal-Anzjani fil-privat li qed jagħtu sodod lill-gvern? Jista’ jgħid kemm hu n-numru ta’sodod li qed jingħataw?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi,i l-Gvern għandu ftehim mas-segwenti:
· Villa San Lawrenz
· Dar Sant’ Anna
· Dar Saura
· Casa Leone
· Holy Family Home
· Central Home
· Villa Messina
· Casa Serena
· Roseville
· Casa Arkati
· Casa San Paolo
It-total ta’ sodod li l-Gvern għandu bi ftehim mal-Privat huwa ta’ 704.
Jista' l-Ministru jgħid jekk minn April 2013 sal-lum ingħatax xi allowance ġdid lill-impjegati li kienu jaħdmu diġà fl-Awtorità tad-Djar jew li daħlu jaħdmu wara April 2013? Jista' jgħid kemm hemm impjegati li ngħataw dan l-allowance u x'karigi jokkupaw? Jista' jgħid ukoll x'inhi r-raġuni għaliex dawn il-ħaddiema ngħataw dawn l-allowances?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-Awtorita’ tad-Djar tat is-segwenti allowances ġodda minn April 2013 ‘l hawn:
B’effett minn
Tip ta’ Allowance
Numru ta’ Ħaddiema
Kariga/Pożżiżjoni
4/9/2013 sa 16/8/2015
Disturbance Allowance
After office hours duties
1
PA to CEO/ Coordinator
13/8/2013
Disturbance Allowance
After office hours duties
1
PA to the Chairperson – Senior Officer
23/4/2015
Disturbance Allowance
After office hours duties
1
PA to the Chairperson – Officer II
29/1/14 sa 22/11/14
Car Allowance
1
Executive Head Technical & Operations
29/1/14 sa 22/11/14
Mobile Allowance
1
Executive Head Technical & Operations
10/9/2014 sa 16/8/2015
Files Audit
2
Messengers
10/9/14
Disturbance Allowance
After office hours duties
1
Administration Officer – Senior Messenger
26/2/2015
Disturbance Allowance
Extra routine cleaning duties of garage
2
Office Attendants
10/9/2014 sa 16/8/2015
Emergency Call 24 x 7
1
Supervisor