Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12954 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ngħata lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12952 u jagħti d-dettalji tal-pakkett finanzjarju u tal-perkaċċi kollha li qed jingħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala Chairman tal-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12952 (tnax-il elf, disa’ mija, tnejn u ħamsin).
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12951 u jagħti d-dettalji tal-pakkett finanzjarju u tal-perkaċċi kollha li qed jingħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li s-salarju tal-Kap Ezekuttiv tal-FMS prezenti huwa €2,000 inqas minn ta’ qablu
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — kuntratti ta' service replacement
Question
Fir-rigward tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt tas-service replacements ġie fi tmiemu bejn l-1 Jannar 2014 u 31 ta’ Jannar 2015? Fir-rigward ta’ dawk li ġew fi tmiemhom, jista’ jikkonferma li kollha tħallsu għas-servizz li taw matul il-kuntratt li kellhom? Jista’ jgħid jekk sussegwentament ħarġux tenders jew call for quotations oħrajn għas-service replacements? Jista’ jgħid jekk ħarġux direct orders għas-service replacements bejn l-1 Jannar 2014 u 31 ta’ Jannar 2015, u jekk iva, kemm kien il-valur ta’ dawn id-direct orders? F’każ li ngħataw direct orders, jista’ jgħid jekk hux il-kuntratturi kollha qed jitħallsu fiż-żmien stipulat, u jekk hemm mingħandu pagamenti b’lura jista’ jgħid meta se jitħallsu? Fir-rigward tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, jista’ jgħid minn qed jaħdem ix-xogħlijiet tal-emerġenza?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt mgħarraf mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li fil-perjodu msemmi ġew fi tmiemhom tlettax-il kuntratt għal service replacement u dawn kollha tħallsu. Is-sejħa għall-offerti kienet ġiet ippubblikata fid-19 ta’ Settembru 2014 mid-Dipartiment tal-Kuntratti. Ix-xogħlijiet tal-emerġenza jsiru mill-Koperattiva.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – xogħol offrut lil soċjetà
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14041 u jgħid liema xogħlijiet ingħataw mill-entitajiet li jaqgħu fi ħdan il-Ministeru tiegħu lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament minn Marzu 2013 sal-lum? Liema minn dawn l-inkarigu ta’ xogħlijiet kien riżultat ta’ tender u liema b’direct order u f’kull każ kemm kien il-valur tax-xogħol?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14527 (erbatx-il elf, ħames mija, sebgħa u għoxrin).
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – xogħol mogħti lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, mill-Ministeru u mid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2004 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-perjodu msemmi ma ingħata l-ebda xogħol lill-kumpanija msemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu fil-Local Councils Section tal-Enemalta? Jista’ jgħid kemm minnhom huma co-ordinators? Jista’ jgħid x’inhu r-rwol tagħhom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala parti mill-proċess ta’ ristruttural li għaddejja minnu l-kumpanija hemm diversi sezzjonijiet li ġew amalgamati flimkien. Fosthom din imsemmija mill-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm liċenzji li qed jiġu pproċessati bħalissa mid-Dipartiment għas-Saħħa għal ftuħ ta’ spiżeriji ġodda? Jista’ l-Ministru jgħid f’liema lokalitajiet jinsabu u jgħid ukoll kemm ilhom pendenti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm sebgħa’ (7) applikazzjonijiet li qed jiġu pproċessati għal ftuħ ta’ spizeriji ġodda.
Sptar Mater Dei — Ikel b'xejn mill-cateen tan-nurses
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15012, 14749 u 14471 u jgħid liema ħaddiema fl-Isptar Mater Dei huma intitolati għall-ikel b'xejn mogħti mill-canteen tan-nurses? Jista' jikkategoriza din l-informazzjoni għall-ħaddiema bil-grad tagħhom? Huwa minnu li l-ħaddiema li jaħdmu fil-Waste Management Department fl-Isptar Mater Dei ma jingħatawx dan is-servizz b'xejn? Jekk iva, x'inhi r-raġuni?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Inerpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti garanzija li meta jkun maltemp minn Nofsinhar, ix-xlokk sal-Lbiċ, it-tanker li se jservi bħala ħażna tal-LNG li se jkun sorġut fil-port ta' Marsaxlokk, ma ssirlux ħsara u lanqas jaqta’ ċ-ċimi bis-saħħa tal-baħar?
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15010, jista’ l-Ministru jwieġeb u jgħid b’mod kategoriku jekk xi parti tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex hix se tiġi privatizzata jew titħaddem mill-privat, u dan peress li fir-risposta tiegħu ħarab għal kollox milli jwieġeb dan? Il-fatt li ma weġibx dwar dan ifisser li se ssir din il-privatizzazzjoni tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex?
National Renewable Energy Action Plan – kontribuzzjoni ta’ elettriku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid skont in-National Renewable Energy Action Plan (NREAP) x’inhi l-kontribuzzjoni ta’ elettriku li dan il-pajjiż ħa jkun qed jiġġenera mix-xemx, mir-riħ u mill-iskart ħalli jilħaq il-mira tas-sena 2020, u ċjoè, li 10% mill-enerġija kollha li tiġi kkunsmata f’pajjiżna tiġi minn sorsi li jiġġeddu? Jista jgħid meta dan il-pjan, li oriġinarjament kellu jkun ippublikat f’Settembru 2013, se jkun ippublikat? Jista’ jgħid jekk hux se jkun ippublikat Abbozz li jkun miftuħ għal Konsultazzjoni Pubblika?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tkun inkluża fl-istess pjan imsemmi li se jinħareġ għall-pubbliku. Il-pjan il-ġdid se jkun fattibbli u jirrifletti d-deċiżjonijiet tal-MEPA f’dawn l-aħħar ġimgħat. Il-Gvern laħaq l-interim targets tar-renewables.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk in-National Energy Policy għadhiex fis-seħħ jew le? Jekk le, meta beħsiebu jabbozza l-Energy Policy l-ġdida? Peress li f’Ottubru 2014 kien qal li l-policy ssir kull numru ta’ snin, jista’ jgħid meta se jippubblikha?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Energy Policy eżistenti għadha fis-seħħ.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9915, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li turi s-siti kollha li qed ikunu kkunsidrati?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li jaħdem mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma meta siefer fuq xogħol? Fejn mar, f’liema dati siefer? X’kien l-iskop ta’ kull mawra li għamel?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija siefret erba’ darbiet fuq xogħol fil-Korea t’Isfel, Iżrael, Portugal u ċ-Ċina.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il binja pubblika gawdiet minn programm ta’ retro fitting biex isiru aktar energy efficient mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-lum? Liema huma dawn il-binjiet u x’xogħol sar fuqhom, miżura b’miżura? Kemm kienet l-ispiża li saret fuq kull binja?