Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #6455 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

EU — Screening

Question

Jista' l-Ministru, issa li beda l-iproċessar ta' screening bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, jgħid liema chapters ġew trattati jew qegħdin jiġu ttrattati fuq bażi multilaterali? Jista' l-Ministru jgħid min qed imexxi t-team li qegħdin jagħmlu dan l-iscreening għan-naħa Maltija u l-uffiċjali adetti għal chapters differenti? Jista' l-Ministru, safejn ġie nfurmat, jgħid kif se jitqassmu l-31 chapter ta' l-aquis communautaire f'din l-ewwel fażi ta' screening u jekk hemm xi dati għall-iscreening fuq bażi bilaterali, x'inhi t-timetable u ċ-chapters li se jiġu ttrattati, kif ukoll min se jkunu l-uffiċjali Maltin responsabbli għal dawn l-eżerċizzji?

Response (BORG, JOE)

Iċ-Chapters li qed jiġu ttrattati fuq bażi multilaterali huma l-politika reġjonali, l-biedja, kontroll finanzjarju kif ukoll il-budget finanzjarju. It-team għall-iscrening multilaterali qed imexxih l-Ambaxxatur Malti għall-Unjoni Ewropea. L-uffiċjali adetti għal-politika reġjonali kienu s-Sinjuri Frank Psaila, Vince Grech, Tarcisio Zammit, Dr Nikol Bonanno u s-Sinjorina Marlene Bonnici. Fil-każ tal-biedja hemm is-Sinjuri Edward Gauci Borda u Tarcisio Zammit, Dr. Franco Serracino Inglott u Dr. Lino Vella. Fil-każ taż-żewġ chapters l-ohra, għadu ma ġiex deċiż min ser jattendi għalkemm deċiżjoni ser tittieħed ma ddumx in vista tal-fatt li l-iscreening multilaterali fuq dawn iż-żewġ chapters ser isir fid-29 ta` Gunju 1999 (budgetary provisions) u fl-10 ta` Mejju 1999 (financial control). Bejn Mejju u Lulju ser isir il-bilateral screening f`dawn id-disa chapters fid-dati indikati ma ġenb kull wieħed: Culture and Audiovisual - 28 May 1999 Common Foreign and Security Policy - 8 June Industry Policy - 15-16 June Small and Medium-sized Enterprises - 17 June Telecommunications - 5-6 July Science and Research - 7 July Financial Control - 13 July Financial Budegetary - 13 July Education - 14 July Il-lista ta` uffiċċjali li ser jieħdu sehem fit-taħdidiet għad ma gietx finaliżżata, għalkemm ix-xogħol sabiex jiġu identifikati il-persuni li ser jifformaw parti minn kull team diġa beda.

Ħabsijiet barranin — Persuni Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni Maltin li bħalissa jinstabu f'ħabsijiet barranin li: (a) qed jiġu nvestigati fuq xi reat; (b) qed iservu sentenza ta' ħabs? X'għajnuna konsolari tingħata f'kull każ? Fil-każ ta'(b) kemm qed iservu snin ta' ħabs kull wieħed?

Response (BORG, JOE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda li tagħti l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Bdiewa/raħħala/sajjieda — Regolamenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 5257?

Response (BORG, JOE)

Dan l-istudju isir bejn id-Direttorat ta' l-Unjoni Ewropeja fil-Ministeru tiegħi u l-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd. Kif tintemm din il-fażi, jibdew konsultazzjonijiet mas-settur privat biex jiġu mħejjija l-aħjar proposti għal Malta.

CIHEAM — Stati membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-istati membri tas-CIHEAM? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatut ta' dan iċ-ċentru? Kemm ħallset Malta f'kontribuzzjonijiet u membership fees għal dan iċ-ċentru għal kull sena minn meta daħlet membru? Kemm jimpjega nies is-CIHEAM u kemm minnhom huma full time? Min kienu s-segretarji ġenerali tas-CIHEAM mill-1990 'il hawn? Minn meta u għal liema tul ta' żmien, l-Ambaxxatur Salvino Busuttil inħatar Segretarju Ġenerali tas-CIHEAM? Jista' l-Ministru jgħid jekk il-post ta' Segretarju Ġenerali huwiex full time jew le u jekk le, kemm jieħu ġranet jew ġimgħat fis-sena? Jista' l-Ministru jgħid jekk il-post ta' Segretarju Ġenerali iġibx miegħu l-immunita' diplomatika, jekk il-post huwiex pensjonabbli, x'inhu s-salarju tas-Segretarju Ġenarali u huwiex taxxabbli f'Malta jew fi Franza? X'vantaġġi oħra għandu s-Segretarju Ġenerali? Jista' l-Ministru jgħid jekk il-post ta' Segretarju Ġenerali tas-CIHEAM iġibx miegħu l-provvediment ta' finished accomodation jew il-ħlas tal-kera, iġibx miegħu coverage għal spejjeż mediċi, karozza bix-xufier, ħlas ta' seftura? Jista' fl-aħħarnett jgħid jekk il-post ta' Segretarju Ġenerali tas-CIHEAM huwiex kompatibbli mal-post ta' Ambaxxatur?

Response (BORG, JOE)

(i) L-istati membri taċ-CIHEAM huma Malta, l-Italja, Franza, il-Portugall, Spanja, l-Albanija, it-Tuniżija, il-Marokk, l-Alġerija, l-Eġittu, il-Greċja u l-Libanu, waqt li l-Unjoni Ewropea, l-OECD u l-Kunsill ta` L-Ewropa huma osservaturi. (ii) L-Istatut taċ-CIHEAM, li hija entita` internazzjonali inter-governattiva, qed jitqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra. (iii) Minn mindu daħlet fiċ-CIHEAM fid-29 ta` Marzu, 1989, Malta ħallset kull sena medja ta` 110,000 FFR. Iċ-CIHEAM għandu Ċentru Amministrattiv f`Pariġi b`aktar minn 25 impjegat full-time. L-erba` Istituti internazzjonali (li jiddependu miċ-Ċentru u li jinsabu fi Spanja, fl-Italja, fil-Greċja u fi Franza) jimpjegaw bejniethom aktar minn mitt ruħ. Malta dejjem irċeviet għajnuna importanti minn dan iċ-Ċentru u l-Istituti tiegħu permezz ta` scholarships, bursaries u għajnuna teknika. (iv) Mill-1990 `l hawn, iċ-CIHEAM kellu żewġ Segretarji Ġenerali, Mr. M. LASRAM, Tuneżin, illum irtirat; u l-attwali Mr. ENZO CHIOCCIOLI, Taljan. (v) Fir-rigward tal-Ambaxxatur Salvinu Busuttil, L-Onorevoli Interpellant huwa żbaljat għaliex, kif għadni kemm għidt, is-Segretarju Ġenerali huwa persuna oħra. L-Ambaxxatur ġie elett President tal-Kunsill Eżekuttiv taċ-Ċentru, kariga li tagħmel unur kbir lil pajjiżna, imma li hi għal kollox onorarja. Il-Kunsill hu kompost minn rappreżentanti diplomatiċi u tekniċi ta` l-Istati membri u jiltaqa` darbtejn fis-sena. Peress li l-kumplament tal-mistoqsija tidher marbuta mal-premessa li l-Ambaxxatur Salvinu Busuttil huwa, jew seta kien, Segretarju Generali taċ-CIHEAM, premessa li għaldaqstant hija żballjata, il-kumplament tal-mistoqsija hija irrilevanti.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 3304?

Response (BORG, JOE)

Ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 3304 hija s-segwenti. Bħala premessa, irrid ngħid illi l-okkażjonijiet li nżammu matul il-perjodu ta' festi tal-Milied 1998 u ta' l-Ewwel tas-Sena ma nżammux separatament mill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u mis-Segretarju Parlamentari iżda ġew organiżżati flimkien. L-okkażjonijiet kienu dawn: 21 ta' Diċembru 1998 Riceviment għall-Media lokali 22 ta' Diċembru 1998 Riceviment għall-istaff kollu tal-Ministeru 6 ta' Jannar 1999 Bibita għall-Konsli onorarji f' Malta 7 ta' Jannar 1999 Bibita għall-Ambaxxaturi akkreditati għal Malta, kemm residenti hawnhekk kif ukoll barra minn Malta L-Ispiża totali biex ġew organiżżati dawn l-okkażjonijiet laħqet Lm 2,415. Fl-okkażjonijiet kollha, is-servizzi ingħataw mill-kumpannija Neriku Catering Ltd bl-għajnuna ta' uffiċċjali mill-Ministeru. Mhix il-prassi, u l-anqas mhu meħtieġ, li f'dawn l-okkażjonijiet jinġabru kwotazzjonijiet. Madanakollu, il-Ministeru tiegħi jippprova kemm jista' jkun li, f'dan it-tip ta' okkażjonijiet, l-appalt jingħata lil kumpaniji differenti sakemm dawn ikunu jgawdu reputazzjoni ta' servizz effikaċi u spedizzjuz.

EU — Għoti ta' flus

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jikkalkula li l-Unjoni Ewropea se tagħti flus lil Malta f'għotjiet u mhux f'self fis-snin li ġejjin?

Response (BORG, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għadu prematur li wieħed jagħti figuri dwar għotjiet mill-Unjoni Ewropeja għal Malta fis-snin li ġejjien.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Hospitality vote

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa mill-hospitality vote tal-ministeru u d-dipartimenti relatati mal-ministeru mill-5 ta' Settembru, 1998 sa Frar 1999? X'kienet in-nefqa għas-safar għall-istess perijodu? X'kienet l-istess nefqa globali għaż-żewġ mistoqsijiet għar-rigward ta' l-ambaxxati ta' pajjiżna barra minn xtutna?

Response (BORG, JOE)

Parti mill-informazzjoni mitluba diġa' ngħatat fi tweġibiet li ngħataw għal Mistoqsijiet Parlamentari oħra li kienu saruli. Il-kumplament tat-tagħrif qed jinġabar u jingħata f'xi seduta ohra. tm/27th April 1999 (pm)

International Oceans Commission — Impjegat

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) x'inhi l-pożizzjoni tal-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, fl-International Oceans Commission; b) kemm-il ġurnata jew kemm il-ġimgħa xogħol tirrikjedi din il-pożizzjoni; c) x'inhu s-salarju, honorarium jew introjtu ieħor li qiegħed jingħata mill-IOC; d) jekk il-post huwiex kompatibbli ma' dak ta' Ambaxxatur?

Response (BORG, JOE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, minn informazzjoni li għandi, l-International Oceans Commission ma teżistix. Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-Intergovernmental Oceanographic Commission (IOC) li taqa taħt l-awspiċi tal-UNESCO, allura il-persuna indikata qatt ma kellha x`taqsam ma din il-Kummissjoni.

Ambaxxaturi — Diplomatiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk skond il-conditions of service overseas, diplomatiku jikkwalifikax għal rimbors ta' spejjeż mediċi tal-mara tiegħu jekk it-tnejn ikunu separati u din ma' tkunx qiegħda takkumpanjah?

Response (BORG, JOE)

Ir-risposta hija fin-negattiv fil-każijiet kemm jekk il-mara tad-diplomatiku Malti tkun dahlet għal spejjeż mediċi waqt li qiegħda f'Malta, kif ukoll jekk hija separata minnu legalment u mhux tgħix miegħu anki fil-pajjiż fejn ikun qed iservi.

UNESCO — Ex impjegat

Question

Jista' l-Ministru: a) jikkonferma li l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, jirċievi pensjoni mill-UNESCO bħala ex-impjegat ta' din l-Organizzazzjoni; u b) jgħid x'inhuma r-relazzjonijiet kollha li għandha bħalissa din il-persuna mal-UNESCO u in parikolarti jekk għandhiex xi relazzjonijiet kuntrattwali?

Response (BORG, JOE)

It tweġiba għall-ewwel parti tal-mistoqsija hija fin-negattiv. Dwar it-tieni parti, jien infurmat ukoll li din il-persuna ma għandha l-ebda relazzjonijiet kontrattwali mal-UNESCO.

UNESCO — Impjegat

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) għall-perjodu bejn l-1.9.98 u l-31.12.98 u bejn l-1.1.99 u l-31.3.99 kemm qala' consultancy fees il-persuna, li isimha qed jintbagħat separtament mill-UNCESCO f'ismu direttament; b) fl-istess perjodu kemm qala' consultancy fees indirettament f'isem għaqdiet jew assoċjazzjonijiet jew fondazzjonijiet li fihom għandu interess; c) kemm-il vjaġġ ħallset il-UNESCO lil din il-persuna?

Response (BORG, JOE)

It-tweġiba għat-tlett partijiet ta` din il-mistoqsija hija fin-negattiv.

Ambaxxatur

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn meta l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, beda jieħu s-salarju u l-personal emoluments ta' Ambaxxatur? Kemm-il darba ġie Malta, għal kemm-il ġurnata u għal liema skopijiet minn dik id-data sal-lum? Minn dawn id-dati, kemm-il darba l-ħlas sar minn fondi pubbliċi? Minn dawn id-drabi, kemm-il darba ġie a spejjeż tal-ministeru ta' l-affarijiet barranin?

Response (BORG, JOE)

Il-persuna bdiet tirċievi s-salarju u l-global emoluments, jiġifieri s-salarju u allowances, mit-22 ta` Jannar 1999, id-data tal-ħatra tiegħu bħala Ambaxxatur. Il-persuna ġiet Malta tlett darbiet kif qed jingħad, mill-1 sa l-5 ta` Marzu 1999 u mill- 5 sa d-9 ta` April 1999 fuq xogħol uffiċjali u mis-27 sat-30 ta` Jannar 1999 fuq żjara privata. S`issa l-ebda spiża ma saret għal dawn il-vjaġġi minn fondi pubbliċi, lanqas għall-istess vjaġġ uffiċjali biex jieħu l-Kariga.

La Valette SICAV — Chairman

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-post ta' Chairman tal-La Valette SICAV huwiex kompatibbli mal-post ta' Ambaxxatur?

Response (BORG, JOE)

Nitlob biex l-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku dwar liema entita' qed jirreferi għaliha fil-Mistoqsija tiegħu.
Leg 9 PQ #5960 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE — Taħdidiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-taħdidiet ta' Malta u l-Unjoni Ewropea? Ma' min qed isiru t-taħdidiet?

Response (BORG, JOE)

Wara li Malta rrijativat t-talba taggħa għal sħubija fi ħdan l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni ħarġet rapport aġġornat fis-17 ta'Frar li fih tat parir lill-Kunsill tal-Ministri li l-proċess ta' 'screening' ma' Malta jingħata bidu kemm jista' jkun malajr b'mod li n-negozjati għal sħubija jibdew fl-aħħar ta' din is-sena. Minn naħa tiegħu, il-Kunsill, fit-22 ta' Marzu, approva il-parir tal-Kummissjoni. Għalhekk huwa maħsub li t-taħdidiet ma' Malta fil-qafas tal-proċess ta' 'screening' jibdew bejn it-tieni u t-tielet ġimgħa ta' Mejju u jsiru bejn l-awtoritajiet Maltin u l-Kummissjoni Ewropea.