Awtorità tax-Xandir – lista ta’ tenders u kuntratti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31588 u jagħti lista ta’ tenders u kuntratti ta’ xiri u kiri li ngħataw mill-Awtorità tax-Xandir? X’inxtara u x’inkera? Liema minnhom ingħataw b’direct order? Kemm kien il-valur ta’ kull tender li ngħata? Jista’ jagħti din il-lista sena b’sena mill-2013 lil hawn?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inressaq fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Heritage Malta – impjegati fuq xogħol barra minn Malta – roaming charges
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta tkoprixr-roaming charges (calls u data) fil-każ li impjegat ta' Heritage Malta jkun fuq xogħol barra minn Malta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-communication allowance li tipprovdi Heritage Malta lill-uffiċjali tagħha (skond il-grad) tkopri wkoll roaming charges.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28999, ma jaħsibx il-Ministru li kieku Heritage Malta kellha pjan serju u trasparenti fuq ir-riżorsa umana kienet toħrog din is-sejħa għal żewġ individwi mill-ewwel, milli toqgħod timxi skont iċ-ċirkustanza?
B'referenza għas-sejħa HM09/2016, li s-CEO ta' Heritage Malta ħareġ għal sejħa ta' Architect u li ftit ħin wara ġiet mibdula għal Senior Executive - Architect, jista' l-Ministru jgħid x'ġara biex sar dan il-bdil fin-nomenklatura?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li dan ġara peress li rriżenjat Senior Executive – Architect u kien hemm bżonn ta’ sostitut f’dak il-grad. L-ewwel ċirkolari bis-sejħa ghal Architect ħarget bi żball u dan ġie kkoreġut mill-ewwel.
Belt Valletta — Mużew tal-Arti – ħsarat fil-kollezzjoni tar-riserva
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-2015, sarux xi ħsarat fil-kollezzjoni tar-riserva fi ħdan il-Mużew tal-Arti fil-Belt minħabba xi ċaqlieq li ma sarx skont il-proċeduri stabbiliti? Jekk fil-pożittiv, jista' jelebora fuq dawn iċ-ċirkustanzi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemmx informazzjoni li ġara dak li qed jiġi allegat.
Heritage Malta – visitor services – senior clerks – probation period
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-probation period tas-Senior Clerks li ġew impjegati f'dawn l-aħħar xhur fil-Visitor Services ta' Heritage Malta tniżżlet minn sena għal 6 xhur u dan bi ksur tal-Ftehim Kollettiv preżenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li skond l-Employment and Industrial Relations Act (Cap 452) il-perjodu ta’ probation ta’ senior clerk hu ta’ sitt xhur (u mhux sena) minħabba li s-salarju mhux aktar mid-doppju tal-paga minima nazzjonali, u għalhekk ġie modifikat sabiex ikun konformi mal-liġi.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-front of house li ġew impjegati għal-Forti Sant’Iermu kienu obbligati waqt l-intervista tagħhom li jagħmlu t-tours filwaqt li l-front office li ġew impjegati lejn l-aħħar tas-sena l-oħra ma ġewx ingaġġati bl-istess kundizzjonijiet? Ma jarax li d-Dipartiment tar-Riżorsi Umani qed jimxi b'two weights two measures u l-ħin kollu jċaqlaq il-goal posts skont min ikollu quddiemu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li is-senior clerks li ġew ingaġġati dawn l-aħħar snin dejjem ġew ingaġġati fuq l-istess job description u xogħol isir skont l-eżiġenza tas-servizz.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32341 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid fuq kemm-il Bord kien l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament inkonnessjoni mal-Kunsilli Lokali u li fuqhom serva mill-2012 sal-2017 u x’kienet ir-remunerazzjoni li ħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali li l-persuna konċernata matul il-perjodu ndikat kienet membru fil-Bordijiet tal-Evalwazzjoni tal-Proġetti Scow u l-eGov4u, u li għal dan ma ħadet l-ebda remunerazzjoni. Intant infurmat ukoll mill-Kunsilli Lokali kollha li l-persuna konċernata qatt ma kienet fl-ebda bord minn tagħhom fil-perjodu ndikat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32340 u ċjoè: Jista’ Ministru jgħid kemm-il darba l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament siefer fuq xogħol mal-assoċjazzjoni li l-isem tagħha qed jingħata separatament, sena b’sena mill-2012 u x’kienet in-natura tas-safra?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu kkonsinjati passaporti ġodda u passaporti mġedda bejn l-2011 u l-2015 lil ċittadini ta' Malta minn rappreżentanzi diplomatiċi jew konsolari Maltin barra minn Malta, sena b'sena u pajjiż b'pajjiż?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu rreġistrati twelid mar-Reġistru Pubbliku ta' persuni li kienu twieldu barra minn Malta u f'liema pajjiż kienu twieldu, sena b'sena, bejn l-2011 u l-2015?
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30130, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-1,147 ġenitur, weħlu multa għax naqsu li jibagħtu lit-tfal tagħhom l-iskola fis-sena skolastika 2015 - 2016? Kemm kienet il-multa li huma weħlu u kemm minn dawn il-multi ġew imħallsa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32446, 32106 u 32269 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa l-monument 'il-fjamma li qatt ma tmut', u lil min kien ikkummissjonat ix-xogħol?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – safar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-msitoqsija parlamentari 32053 u jgħid x’kienu n-nefqiet f’safar (travel) fl-2014, fl-2015 u fl-2016? X’safar għamel il-Ministru f’dawn is-snin? Minn min kien akkumpanjat? Minn fejn inxtraw il-biljetti tas-safar? X’kienu n-nefqiet f’ikel matul dan is-safar? X’kienu n-nefqiet f’xorb matul dan is-safar? X’kienu n-nefqiet fl-użu ta’ vetturi wżati waqt żjarat f’dawn il-pajjiżi?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-bust tal-mibki pulizija Mark Farrugia f’Ħal Tarxien se jerġa’ jitqiegħed f’postu wara li l-bust kien ġie misruq u reġa’ nstab?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li bħalissa għaddej xi xogħol ta’ tindif fuq il-bust tal-bronż kif ukoll xogħol relatat mal-pinnijiet li bihom il-bust jitqiegħed fuq il-kolonna tiegħu. Hekk kif dan ix-xogħol jitlesta l-bust ikun jista’ jitqiegħed lura f’postu. Intant, infurmat ukoll mill-istess Kunsill, li l-każ dwar is-serq tal-bust ghadu sub judice.
Jista’ l-Ministru jindika jekk kemm-il darba tul din is-sena huwiex se jsir xogħol fuq Triq il-Pellikani f’Ħal Tarxien, billi din it-triq qed tiġi użata sew kważi daqs arterja prinċipali?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li mhux fil-ħsieb tiegħu li jsir xogħol fuq Triq il-Pellikani din is-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk tul din is-sena huwiex se jsir ix-xogħol neċessarju fuq Triq il-Belt Valletta, f’Ħal Għaxaq billi din it-triq għandha bżonn li jsiru xogħlijiet fuqha?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq li jieħu ħsieb il-manutenzjoni ta’ din it-triq minn żmien għal żmien bir-riżorsi li għandu.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 32076, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema siti storiċi jew arkeoloġiċi f'Għawdex, huma protetti? Kemm ilhom hekk protetti? Liema siti oħra huma mistennija li jiġu ddikjarati bħala protetti, matul din is-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet minn wardens pajżana fuq ksur ta’ liġijiet ambjentali fis-sentejn qabel ma twaqqfet il-LESA, kif ukoll kemm inħarġu ċitazzjonijiet minn wardens pajżana fuq ksur ta' liġijiet pajżana minn mindu s-sistema ġiet iċċentralizzata bit-twaqqif tal-LESA?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Performance Bonuses
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw performance bonuses fil-Ministeru u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'liema kariga kienu dawk li ħadu l-performance bonuses? Kemm kien il-perċentwal tal-bonus mogħti f’kull każ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħlas ta’ performance bonuses huwa meqjus bħala data personali u għaldaqstant, din l-informazzjoni ma tistax tingħata.