Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-korporazzjoni Enemalta ripetutament tippersisti li tirrifjuta li tirrispondi jew tiċċara ittra interpellatorja magħmula għan-nom u fl-interess tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Japprezza li l-kontijiet li qed jintbagħtulha huma eronji u ma jippreżentawx il-konsum tagħha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mill-investigazzjoni li saret ma rriżultax li hemm xi forma ta' żball fil-kont. Il-fond imsemmi ilu ma jinqara minn qabel Ottubru 1989. Il-meter reader kien imur jaqra regolari pero l-konsumatur qatt ma pprovda aċċess biex jinqrawlu l-arloġġi.
F'Settembru ta' l-2005 ittieħed il-qari mill-meter reader u rriżulta li kien hemm konsum akkumulat. Konsegwentament ħareġ kont li jammonta Lm819.15. Ta' min wieħed jiġbed l-attenzjoni li l-kontijiet kollha tad-dawl u l-ilma mit-28 ta' Ottubru 1989 sas-27 ta' April 2005 kienu bbażati fuq stimi, minħabba li l-konsumatur qatt ma pprovda aċċess lill-meter reader u lanqas ma pprovda qari bit-telefon lill-Korporazzjoni.
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk id-due diligence tal-Malta Enterprise ta' Gama Textiles Ltd. kienx pożittiv jew le?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Malta Enterprise għamlet studju tal-proġett u d-due diligence li normalment tagħmel f'dawn il-proġetti. L-informazzjoni li tirċievi fuq l-investituri hija altament kunfidenzjali u tingħata minn terzi persuni bħall-banek u sorsi oħrajn b'kundizzjoni li din tibqa kunfidenzjali. Barra minn hekk, il-liġi stess torbot lill-ME milli tagħti informazzjoni dwar investituri.
Jista' il-Ministru jara fiex wasal il-każ ta' ħaddiem li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilu ma jieħu paga għal dan l-aħħar xahar u qiegħed jistenna li jgħaddi board? Jista' dan il-każ jitmexxa 'l quddiem?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob l-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 16466, jista' il-Ministru jgħid min huma l-kumpanniji li taw pariri/konsulenzi lil privatisation unit?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kumpaniji li ġew imqabbda mil Privitisation Unit għall-pariri / konsolenzi huma dawn:
Credit Suisse First Boston
Lehman Brothers
Rothschild Italia SPA
Clifford Chance
Mamo TCV
Camilleri Preziosi
Ganado & Associates
Galea Salomone & Associates
PricewaterhouseCoopers
Avanzia
HSBC Malta plc
Bank of Valletta plc
BOV Stockbrokers Limited
HSBC Stockbrokers (Malta) Limited
Rizzo, Farrugia & Co (Stockbrokers) Limited
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 16466, jista' il-Ministru jgħid min kienu l-kumpanniji li taw pariri/konsulenzi lil privatisation unit għal privatizzazzjoni tas-Sea Malta? Jista' jagħti d-dati ta' meta beda u kien jintemm il-kuntratt mat-tali kumpanniji?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Privatiżżazzjoni tas-Sea Malta kienet f'idejn il-MIMCOL u l-Privatisation Unit. Bħala konsulenti ġiet imqabbda kumpanija waħda li kienet il-kumpanija ta' l-Avukati Mamo TCV. Din id-ditta ta' Avukati ġiet ingaġġata f'Lulju 2004 u l-kuntratt spiċċa f'Diċembru 2005.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm tħallas sussidju fl-intrapriżi stabbiliti f'Għawdex fis-sena 2004 u 2005 għat-trasport bejn Malta u Għawdex ta' merkanzija manifatturata minnhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16364 u jikkonferma li l-Malta Shipyards waqqfet tender għal servizzi ta' akkomodazzjoni 108/05 minħabba informazzjoni inkonsistenti mill-awtorita' Maltija tat-turiżmu? Jista' jgħid x'kienet din l-informazzjoni inkonsistenti?
Jista' jikkonferma li din it-tender ma ngħatatx lil min għamel l-irħas offerta?
X'wassal biex l-offerta ngħatat b'dan il-mod? Jaf li l-persuni li qed jagħmlu użu minn dawn is-servizzi qed jilmentaw mil-livell tas-servizz li qed jingħataw?
Response (GATT, AUSTIN)
1. Nikkonferma li l-Malta Shipyards waqqfet tender għas-servizzi ta' akkomodazzjoni minħabba li ċerti proċeduri ma sarux kif kellhom isiru.
2. Waħda mill-proċeduri kienet relatata mal-istatus tal-liċenzja ta' lukandi li talbu li jkunu kunsidrati għal dan il-kuntratt.
3. Dan it-tender reġa' ħareġ mill-bidu u ingħata lill uniċi żewġ applikanti li ssodisfaw il-kundizzjonijiet kollha tat-tender.
4. Billi t-tarzna ġieli jkollha bżonn ta' aktar minn lukanda waħda biex takkomoda l-ħaddiema barranin kollha li jkollha fi żmien partikulari, hija tiżgura li jkollha arranġamenti miftiehma ma' żewġ jew tliet lukandi. F'dan il-każ l-arranġamenti saru mal-uniċi żewġ lukandi li kkonformaw mal-kundizzjonijiet kollha tat-tender li ħarġet il-Malta Shipyards.
5. Il-Malta Shipyards ma rċeviet l-ebda ilmenti minn ħaddiema li qed ikunu akkomodati fiż-żewġ lukandi li ntgħażlu fl-aħħar sejħa għall-offerti.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16584 u jgħid għala l-pagi ta' l-impjegati tar-raba' sular administration building tal-korporazzjoni Enemalta fil-Marsa qed jinħadmu fil-magħluq u mhux mis-sezzjoni tal-pagi normali? Veru li ngħata allowance lil ċerti mpjegati mir-raba' sular biex jixtru ħwejjeġ? Kemm tiswa l-karozza tas-CEO u tas-CFO fix-xahar? Fuq liema bażi ġie ngaġġat il-procurement manager ġdid u meta ħarġet il-call for application? Kemm-il manager ġdid ġie mpjegat l-Enemalta bejn l-2004 u l-2005 u kemm hu l-ammont ta' pagi tagħhom? Fuq liema bażi ħarġet il-call for application għal executive officers ġo l-Enemalta dan l-aħħar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm mis-somma dovuta lill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma hija dovuta minn azjendi parastatali? Kemm hija s-somma dovuta minn kull azjenda? Meta kien tħallas l-aħħar kont?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jagħti lista tal-fabbriki li għalqu matul is-sena 2005?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta' fabbriki li għalqu matul is-sena 2005 kien ta' tlettax. Ma nħossx li għandhom jingħataw l-ismijiet tal-fabbriki li għalqu minħabba n-natura kummerċjali tal-ażjendi konċernati.
Jista' il-Ministru jara li jsir ix-xogħol tant bżonnjuż li jissaħħaħ il-vultaġġ tad-dawl fir-residenzi ta' Verdala H/E Bormla, liema xogħol ilu biex isir is-snin, li qed ikun diffiċli għar-residenti li jagħmu użu minn ċerti appliances?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol meħtieġ biex jissaħħaħ l-vultaġġ f'Verdala H/E Bormla diġa beda. Dan ix-xogħol mistenni jintemm sa l-aħħar ta' Marzu sakemm ma jkunx hemm xi problemi tekniċi.
Jista' il-Ministru jara li jiġi rranġat wire tad-dawl quddiem dar li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, minħabba li s-sidien ta' din id-dar ilhom żmien jiktbu biex dan l-inkonvenjent jiġi rranġat?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li minn investigazzjoni li saret jirriżulta li l-wire imsemmi mhux responsabilita' ta' l-Enemalta.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Safar
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-ministeru, dipartiment, kumpanniji eċċ. li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu ta' safar li sar matul l-2005? Kemm miċ-ċifra tħallset?
Response (GATT, AUSTIN)
Xi informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jagħti dettalji dwar kemm-il familja nqatgħalha t-telefon fl-2005? Kemm minnhom reġa' ingħatalhom is-servizz wara li ħallsu l-kontijiet pendenti? Jista' jgħid kemm huwa t-total fi flus li tħallsu u kemm hemm ħlasijiet pendenti?
Jista' il-Ministru jgħid mis-somma totali dovuta għas-servizz ta' l-elettriku lill-Enemalta, kemm hija dovuta minn azjendi parastatali? Jista' jgħid kull azjenda kemm għandha tagħti? Meta kien tħallas l-aħħar kont?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16725 u jikkonferma li madwar 35,000 ċilindru tal-gass mill-Enemalta, uħud minnhom ġodda, se jinqerdu? Għaliex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.