Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien ir-riżultat ta' l-eżerċizzju li sar mill-uffiċċju tiegħu fis-sena 1996 għar-rigward ta' employers on light duties? Kemm kien in-numru totali ta' returns mid-dipartimenti (individwalment)? X'kienu l-passi li ttieħdu f'dan l-eżerċizzju? Kemm kien hemm impjegati li rtiraw iċ-ċertifikati mediċi ta' light duties?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-eżerċizzju dwar l-impjegati tal-Gvern
fuq light duties kien inbeda fl-1995, u minn dan l-
eżerċizzju jirriżulta li dak iż-żmien kien hemm 282
impjegat fuq light duties, kif jidher fit-tabella hawn
taħt.
Ministeru Numru
Uffiċċju tal-Prim Ministru 5
Ministeru għall-Affarijiet Barranin 1
Ministeru tal-Finanzi 6
Ministeru tal-Intern 16
Ministeru tal-Edukazzjoni u Riżorsi 10
Umani
Ministeru tal-Agrikultura u Sajd 13
Ministeru tal-Gustizzja u l-Arti 11
Ministeru għal Għawdex 18
Ministeru tal-Ambjent 86
Ministeru tal-Iżvilupp Soċjali 82
Ministeru tat-Transport u 35
Telekommunikazzjoni
Total 282
B'riżultat ta' dan l-eżerċizzju kien deċiż f'Jannar tal-
1996, li l-impjegati fuq light duties għandhom:
i) jiġu assimilati fl-iskali l-ġodda tal-grad sostantiv
tagħhom;
ii) ikollhom l-increments li jmiss miżmumin u f'każ
li jkunu miżmuma għal iżjed minn sena għandha tintalab
ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz
Pubbliku.
iii) ma jikkwalifikawx għall-progression minn skala
għal oħra qabel ma jkunu qed jagħmlu x-xogħol kollu
tagħhom u għal dak in-numru ta' snin imsemmija fil-
Ftehim tar-Riforma.
Ma nħassitx il-ħtieġa li d-dipartimenti jiġu mitluba
jgħidulna kemm kienu l-impjegati li rtiraw iċ-ċertifikat
mediku.
Sar eżerċizzju ieħor fl-1997/98 li minnu rriżulta li fl-
1998 in-numru ta' persuni fuq light duties tela' għal
599.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta ġie ffirmat il-ftehim mas-SAIPEM mill-Gvern Malti biex jitħaffer il-bir ġewwa Għawdex?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Diskussjonijiet mas-SAIPEM Spa dwar ftehim biex jitħaffer
il-bir f'Kerċem bdew fil-25 ta' Mejju 1995 u ntemmu fid-
19 ta' Novembru 1997 bl-iffirmar tal-ftehim.
How many employees in the General Civil Service have official permission to take on a second job on a part-time basis?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi permezz taċ-Ċirkolari MPO/B1/4/95 li
ħarġet fit-22 ta' Marzu 1995, l-approvazzjoni sabiex uffiċċjal
pubbliku jkun jista jagħmel xogħol part-time ġiet delegata
lis-Segretarji Permanenti tal-Ministeri fejn l-uffiċċjal
konċernat huwa mpjegat.
Għar-rigward id-dekasteru tiegħi, ninsab infurmat illi n-numru
ta' impjegati fil-General Service Grades li għandhom il-
permess meħtieġ sabiex jagħmlu xogħol part-time huwa sittax
(16).
Jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq ikollu ċ-ċifri tal-
Ministeri l-oħra nistiednu jagħmel l-istess mistoqsija lill-
Ministri responsabbli.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm każi ta' libell qegħdin jinstemgħu quddiem il-qrati? Kemm każi oħra ġew istitwiti u qed jistennew li jinstemgħu? Liema huma dawn il-każi u meta ġew istitwiti f'kull każ?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Dwar l-ewwel parti tad-domanda ninsab infurmat li l-kawżi
ta` libell li qed jinstemgħu quddiem il-Qrati huwa 43 li
minnhom 30 huma ċivili filwaqt li 13 huma kriminali.
Hemm ħames kawżi oħra ċivili ta` libell li għadhom qed
jistennew li jiġu appuntati. Dawn huma:
P.L. Mario Mario Mifsud Bonnici vs preżentata 6 ta` Novembru
Victor Aquilina 1998
P.L. Mario Mifsud Bonnici vs Joseph preżentata 6 ta` Novembru
Zahra 1998
Alfred Mangion vs Fr Noel Grima preżentata 6 ta` Novembru
1998
Simon Debono vs Charles Demicoli preżentata 6 ta` Novembru
1998
Edwin Siracusa vs Karl Schembri preżentat 12 ta` Novembru
1998
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ħa biex jesegwixxi r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni ta' l-Inġustizzji magħmula lilu f'Ottubru, 1994 biex lill-persuni, li isimhom qed jintbagħat separatament, il-gvern jibnilhom a spejjeż tiegħu razzett ieħor x'imkien ieħor?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-isforzi kollha li saru biex jinsab
rimedju għal dan il-każ waqfu fl-aħħar ta' l-1996.
Jidher li teżisti diffikulta dwar id-disponibilita ta
art pubblika f'Għawdex li hija addattata għall-iskop in
kwistjoni.
Tajt struzzjonijiet sabiex terġa tibda l-ħidma għal
soluzzjoni ta' din il-problema.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema toroq ġewwa l-Imsida se jiġu rranġati mill-kunsill lokali din is-sena?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet jaġixxu skond il-prioritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom.
Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabbiltajiet tal-Kunsilli.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta ġiet istitwita inkjesta dwar esperti maħtura mill-qorti, b'bord presedut mill-Imħallef Victor Borg Costanzi, u x'kienu t-terms of reference tal-bord?
Jista' l-Prim Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk l-inkjesta ntemmitx u f'każ affermattiv, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-Rapport ta' l-Inkjesta?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-inkjesta dwar esperti maħtura mill-
Qorti ġiet istitwita fis-7 ta' Lulju 1997 meta l-Prim
Ministru ta' dak iż-żmien waqqaf Bord ta' Inkjesta
presedut mill-Imħallef V Borg Costanzi.
It-"terms of reference" tal-Bord kienu dawn:-
(i) biex jeżamina l-kriterji u l-arranġamenti li hemm
illum għal pagamenti tad-drittijiet ta' esperti tal-
Qorti;
(ii) biex jara jekk, fl-aħħar tliet snin, dawn il-
kriterji u arranġamenti ġewx applikati kif jixraq, u
jekk, allura, sarux xi pagamenti iżjed milli jistħoqq;
(iii) biex jara, fil-każ, x'kien li ġieb dawn il-
pagamenti mhux mistħoqqa u fejn kienet taqa r-
responsabbilta għal dan;
(iv) biex jinvestiga l-allegazzjonijiet li saru
f'Rapport fuq dan is-suġġett lill-Avukat Ġenerali;
(v) biex jagħmel rakkomandazzjonijiet sabiex jitjiebu
l-arranġamenti amministrattivi li hemm illum għal
pagamenti tad-drittijiet ta' esperti tal-Qorti.
Ninsab infurmat ukoll li l-Bord kellu oriġinarjament
ilesti r-rapport tiegħu fi żmien xahar, jiġifieri sas-16
ta' Awissu 1997. Dan iż-żmien kien ġie mġedded mill-Prim
Ministru ta' qabel u issa, fuq talba tac-Chairman tal-
Bord iż-żmien ġie mġedded għall-aħħar darba sal-31 ta'
Jannar 1999. Il-Bord ippreżenta "interim report" fl-20
ta' Awissu 1998 li jitratta biss l-ewwel punt imsemmi "fit-
terms of reference."
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-għadd ta' mpjegati fil-General Civil Service li għandhom grad Universitarju?
Kemm huwa l-għadd ta' mpjegati fil-general service?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi l-għadd ta' impjegati fil-General
Service li għandhom grad Universitarju, inkluż diplomi,
huwa ta' 259.
L-għadd ta' impjegati fil-gradi tal-General Service
huwa ta' 4,001.
Fit-28 ta'Ġunju ta' din is-sena f'laqgħa fiż-Żejtun il-Prim Ministru qal li l-gvern immexxi minnu jerġa' jġib il-prezzijiet tad-dawl u l-ilma għal kif kienu qabel għolew, jista' għalhekk jgħid x'passi ħa biex iżomm din il-wegħda li għamel? X'riżultati kellu wara li ħa dawn il-passi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Dak li kont għidt jien fiċ-ċirkostanza msemmija kien li l-
Gvern immexxi qabel l-1996 minni kien ra kemm jiġi jiswa
biex ikun prodott kull gallun ilma. Kien stabbilit, fuq
kriterji wżati f'pajjiżi oħrajn ukoll, li l-ħtieġa medja
għal kull persuna hi ta' 20 gallun ilma kuljum. Wara dan
il-Gvern tiegħi kien iddeċieda li t-tariffi jkunu
ffissati b'mod li l-ewwel 20 gallun ilma kull persuna
jkunu biss ta' għaxra fil-mija tal-prezz biex ikunu
prodotti, filwaqt li l-kumplament jitħallsu skond ir-rata
tal-produzzjoni. Dan kien sar biex ma jitgħabbiex piż
fuq minn ma jifilħux u biex ma jkunx hemm ħela.
Jiena kont żidt ngħid li malli jkun fil-Gvern, il-Partit
Nazzjonalista jerġa jaddotta l-istess prinċipju biex
terġa tingħata mportanza lill-qagħda soċjali tal-poplu
mingħajr il-ħtieġa li jkun hemm piżijiet żejda.
Għalhekk jidher biċ-ċar li kuntrarjament għal dak li qed
jgħid l-Onor Interpellant fid-domanda tiegħu li l-Gvern
immexxi minni jerġa jġib il-prezzijiet tad-dawl u l-ilma
għal kif kienu qabel għolew, mhuwiex minnu.
Jista' l-Prim Ministru jikkonsidra li Wied Blandun jerġa' jagħmel mal-konfini ta' Raħal Ġdid?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond l-Artikolu
3 (3) ta` l-Att ta` l-1993 dwar Kunsilli Lokali, tibdil
fil-konfini ta` lokalitajiet isiru biss mill-Kummissjoni
Elettorali.
Jista' l-Prim Ministru jgħid għalfejn dan id-dewmien biex jispjega x'inhu jsir u f'liema żvilupp qiegħed it-tħaffir għaż-żejt fil-Bir il-Madonna taż-Żejt, f'Għawdex?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Press Release
tas-6 ta' Novembru 1998 maħruġa mid-Dipartiment ta' l-
Informazzjoni fejn hemm l-informazzjoni mitluba.
Ngħarrafha wkoll li sal-lum it-tħaffir tal-bir wasal fond
ta' 6,511 metru u f'dawn il-ġranet se jiġi mpoġġi l-
liner imsemmi fil-Press Release.
L-Onor Interpellant mhix korretta meta tgħid li hemm xi
dewmien biex jiġi spjegat x'inhu jsir. Il-proċess kollu
miexi kif maħsub u meta jkun hemm informazzjoni utili din
tiġi mogħtija.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta l-Gvern se jħallas il-performance bonus lill-commanding officers tal-Forzi Armati ta' Malta għas-sena 1997, li għal dawn l-aħħar sentejn dan il-bonus ġie mogħti tard?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-proċeduri meħtieġa ġew konklużi u l-ħlas se jsir mill-
aktar fis possibbli.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-kunsilli lokali jekk m'għandhomx diġa' poter hux se jkollhom biex irażżnu, iwaqqfu u, jekk ikun hemm bżonn, jippenalizzaw lil min iħammeġ l-ambjent fil-lokalita' tagħhom? Se jkunu jistgħu jieħdu passi kontra min, permezz tal-kelb tiegħu, iħammeġ quddiem jew ħdejn id-djar tan-nies?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bl-introduzzjoni
tad-devoluzzjoni ta' l-infurzar ta' ċerti liġijiet, il-
Kunsilli Lokali se jkollhom il-poter dirett biex irażżnu
kull tip ta' abbuż li jolqot ir-responsabbiltajiet u l-
funzjonijiet li ġew fdati lilhom inkluż dak li għalih
irrefera l-Onorevoli Membru.
Bl-istess devoluzzjoni l-Kunsilli Lokali se jkunu jistgħu
wkoll jinfurzaw direttament il-Bye-Laws, jiġifieri dawk
ir-regolamenti magħmula mill-Kunsilli Lokali u li
japplikaw biss fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom.
Jista' l-Prim Ministru jara x'inhi r-raġuni u x'inhu jżomm milli jsir il-ħlas lill-fizzjali ta' l-Armata li għandhom dritt għall-performance bonus għas-sena 1997?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-proċeduri meħtieġa ġew konklużi u l-ħlas se jsir mill-
aktar fis possibbli.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 1208?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-
Kunsilli Lokali ħareġ ċirkulari lil Kunsilli Lokali biex
tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Għaldaqstant nagħti tweġiba meta l-informazzjoni tinġabar
kollha.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dikasteru tiegħu: i) każwali; u ii) bil-kuntratt u għal liema pożizzjonijiet f'kull każ?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm minn dawn ġie mitmum l-impjieg/ingaġġ tagħhom jew għalqilhom it-terminu u ma ġġedditx (inklużi dawk fuq bordijiet governattivi, parastatali jew ta' kull xejra oħra) mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?
Fil-każijiet kollha separatament, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġie mħallas kumpens, fejn applikabbli, lil dawk fuq imsemmija li ma baqgħux ingaġġati mill-Gvern preżenti?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li fid-dikasteru tiegħi in-numru ta'
ħaddiema każwali huwa ta' tmienja u għoxrin u dawn kollha
jaħdmu bħala tajpisti waqt li n-numru ta' ħaddiema bil-
kuntratt huwa ta' tlett mija wieħed u sebgħin li l-
pożizzjonijiet tagħhom huwa kif hemm indikat fuq it-
tabelli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. Dawn il-
ħaddiema kollha kien sarilhom il-kuntratt tagħhom qabel
il-5 ta' Settembru, 1998. Pero tlieta minnhom kellhom
il-kuntratt tagħhom imġedded wara l-5 ta' Settembru 1998,
peress li kien skadilhom.
Mill-5 ta' Settembru 1998 il hawn intemm l-ingaġġ skond
il-kuntratt ta' dsatax-il persuna li ħadd minnhom ma
tneħħa minn fuq xi bord. Minn dawn tlettax tħallsu
kumpens ta' sitt xhur paga, tnejn tħallsu kumpens ta'
tlett xhur paga u erbgħa ma tħallsu l-ebda kumpens dejjem
skond il-kuntratt li kellhom.
Naħa t'Isfel ta' Malta — Pjan ta' żvilupp soċjo-ekonomiku
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb tal-Gvern fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-pjan ta' żvilupp soċjo-ekonomiku għan-naħa t'Isfel ta' Malta li Gvern Laburista kien ipprepara b'konsultazzjoni sħiħa mal-kunsilli lokali nvoluti?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qiegħda
ssir reviżjoni tal-pjanijiet kollha li kienu diġa
proġettati, inkluż dak li qed jirreferi għalih l-
Onorevoli Membru, bil-għan li jittieħdu d-deċiżjonijiet
meħtieġa dwarhom.