Jista' l-Prim Ministru bħala Ministru responsabbli mill-Kunsilli Lokali u in vista tal-fatt tar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 1595, jgħid x'inhuwa l-pjan maħsub għal ġnien f'Ta' Xlejli, fil-Gudja?
Meta huwa maħsub li dan il-ġnien jitlesta?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-Onor Interpellant hu mitlub li jindirizza l-mistoqsija
lill-Ministru responsabbli peress illi l-ġnien imsemmi ma
jaqax taħt ir-responsabbilta` ta` dan il-Ministeru.
Kummissjoni dwar l-Investigazzjoni kontra l-Korruzzjoni — Kuntratt
Question
Jista' l-Prim MInistru jgħid jekk sarx kuntratt mal-membri u ċ-chairman tal-Kummissjoni dwar l-Investigazzjoni kontra l-Korruzzjoni fejn ġie assigurat terminu ieħor ta' sitt snin?
Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll x'inhu l-ħlas għal kull membru ta' din il-kummissjoni nkluż l-istess chairman?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni ġiet maħtura
għal perijodu ta' ħames snin b'seħħ mis-16 ta' Novembru
1998. Ic-Chairman huwa l-imħallef Albert Manche LLD u l-
Membri huma s-Sur John Harrison BEM u l-Avukat Raymond
Zammit LLD.
Fil-preżent, l-honoraria huma Lm5,414 fis-sena għaċ-
Chairman u Lm3,660 fis-sena għall-Membri.
Jista' l-Prim Ministru, għall-perijodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-1 ta' Diċembru, 1998, jagħti lista tal-kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt: (a) jindika x'kien il-kuntratt; (b) min għamel l-ispecifications; (ċ) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (d) lil min intalbu l-quotations; (e) kemm kienet kull quote; (f) min rebaħ il-kuntratt; (g) ingħataw extensions fuq il-kuntratt oriġinali; u (h) kemm kien il-valur totali tagħhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta tingħata
f'seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 24, Seduta Nru. 4, jaf il-Prim Ministru li x-xogħlijiet fuq l-problema ta' l-għargħar li kienet ġiet abbandunata bejn Mejju 1987 u s-26 ta' Ottubru 1996 twettqu matul l-Amministrazzjoni tal-Gvern Laburista preċedenti?
Billi x-xogħlijiet ma kenux fuq l-ixkaffa imma pendenti sabiex ovvjament saru l-culverts taħt l-art biex isolvu l-problema ta' l-għargħar f'Għajn Qajjed, jista' l-Prim Ministru jara kif ġentilment jikkordina l-proġett ħalli ma jiġix żvijati?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-proġett ta` l-għargħar u tad-drenaġġ
li kellu ppjanat l-Kunsill Lokali baqa` ma sarx.
F'dawn l-aħħar xhur pero` tħaffret it-triq u tpoġġew xi
kanen mill-Gvern Ċentrali iżda l-Kunsill qatt ma ġie
kkonsultat avolja kien talab biex jingħata l-pjanti biex
jara li x-xogħlijiet li qed isiru kienu adegwati għall-
lokal.
Peress li l-ko-ordinament tal-proġett irid isir mal-
Ministeru għall-Ambjent jiena ħadt nota ta` dan sabiex il-
Kunsill Lokali jkun ukoll aġġornat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Gvern jiftaħ vakanzi ta' messaġiera mal-gvern jekk iva, meta u kemm?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat illi l-proċess biex jimtlew vakanzi fil-gradi
tal-messaġġiera beda u wasal fi stadju avvanżat.
In-numru ta' vakanzi li kienu ġew determinati fi żmien l-
amministrazzjoni ta' qabel qegħdin jiġu aġġustati skond id-
dekasteri l-ġodda.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dati, mill-1993 sal-lum, tad-diskussjonijiet li saru li għandhom x'jaqsmu mat-tiftix, tħaffir, riċerki, eċċ taż-żejt? Jista' l-Prim Ministru jgħid min ħa sehem fid-diskussjonijiet u x'kien ir-riżultat ta' kull diskussjoni?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Niskanta kif l-Onorevoli Interpellant jagħmel mistoqsija
bħal din meta jaf - u bħala ex-Ministru responsabbli għat-
Tiftix għaż-Żejt, jaf sewwa - li
l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali, u mhux
ftit.
Prim Ministru — Laqgħat ma' l-ex Deputat Dom MIntoff
Question
Jista' l-Prim MInistru jgħid jekk sarux laqgħat jew kuntatti ma' l-ex Deputat Dom Mintoff mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Jekk saru dawn it-tip ta' laqgħat jew kuntatti, jista' l-Prim Ministru jgħid: (1) fuq liema livell saru? (2) meta saru? (3) x'suġġetti politiċi li huma ta' interess nazzjonali ġew diskussa?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nippresumi li d-domanda ta' l-Onor Interpellant hija dwar
kuntatti jew laqgħat li jiena seta kelli mal-Perit Dom
Mintoff mill-5 ta' Settembru 'l hawn.
Ir-risposta hija fin-negattiv.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-policy dwar il-vetturi tal-Gvern? Huwa permess li dawn jiġu pparkjati ħdejn bibien is-sewwieqa meta mhux il-ħin tax-xogħol? Min għandu l-permess li jagħmel dan?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Dawk l-uffiċjali li huma ntitolati, minħabba l-kariga
tagħhom, għal vettura tal-Gvern, għandhom permess iżommu u
jużaw il-karozza allokata lilhom wara l-ħin tax-xogħol.
Jekk l-Onorevoli Membru qed tirreferi għall-karozzi ta' użu
ġenerali, ir-regola hija li s-sewwieqa jħalluhom ipparkjati
f'post stabbilit ħdejn id-dipartiment jew fil-garaxx tad-
dipartiment ħlief f'xi ċirkostanzi partikolari bħal xogħol
tard bil-lejl jew kmieni fil-għodu, fejn is-sewwieqa jkunu
awtoriżżati jmorru lura d-dar bil-karozza tal-Gvern.
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Minuti tal-Laqgħa tal-Kunsill ta' Birkirkara u dan meta l-Onor. Michael Axiaq ġie mogħti l-permess mill-kunsill biex iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti relatati max-xiri tal-fond u t-twaqqif taċ-Child Care Unit f'Birkirkara?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Skond l-Att ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali, id-dokumenti
kollha fil-Kunsill Lokali huma aċċessibbli għall-pubbliku u
li għalhekk jista jiġbor kopja tagħhom.
Jista' l-Prim Ministru jagħti l-figura ta' kemm ġew impjegati nies mal-Gvern mill-bidu ta' Settembru sal-lum? Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi mill-bidu ta' Settembru sat-23 ta'
Novembru, 1998 daħlu mal-Gvern 207 impjegati.
Minn dawn, 201 kienu ħatriet li ġew rakkomandati qabel il-5
ta' Settembru.
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra żewġ skedi bid-
dettalji ta' dawn l-impiegi li saru fil-perjodu msemmi.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-complement ta' l-istaff tas-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, xi gradi għandhom u x'allowances jieħdu? Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra rigward is-salarju tas-Segretarju Permanenti u x'benefiċċju u allowances għandu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-complement ta' l-istaff tas-Segretarju Permanenti fl-
Uffiċċju tal-Prim Ministru huwa ta' erbgħa kif hu ndikat
hawn taħt:
1 Senior Principal Officer
1 Principal
1 Clerk
1 Motor Transport Driver
Ħadd minn dawn l-Uffiċjali ma jieħu allowance, minbarra d-
driver li hu ntitolat għal allowance ta' Lm75 fix-xahar
minflok ħlas għall-overtime.
Is-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru
għandu Performance Agreement u jitħallas il-pakkett
normali li jitħallas lil kull min ikun f'din il-kariga,
jiġifieri, s-salarju ta' Skala Numru 1, expense allowance
ta' Lm1,000, performance bonus, karozza uffiċjali u free
telephone facilities.
Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont ta' kif kunsill b'kunsill intnefqu l-allokazzjonijiet mogħtija għall-fondi ta' ħtieġijiet speċjali fond b'fond, sena b'sena għal dawn l-aħħar tlett snin?
Jista' l-Ministru jagħti rendikont, kunsill b'kunsill, ta' kemm intnefqu flus minn dawn il-fondi u kemm ma ntnefqux? U jekk ma ntefqux, x'kienet ir-raġuni u x'sar mill-fondi li ma ntnefqux?
Jista' l-Ministru jpoġġi l-informazzjoni dettaljata fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni
mitluba toħroġ sostanzjalment mir-Rapporti ta` l-Awdituri
għal kull sena finanzjarja li skond il-dispożizzjonijiet
ta` l-Artikolu 65 (6) ta` l-att ta` l-1993 dwar Kunsilli
Lokali jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra mill-Ministru tal-
Finanzi.
Jista' l-Ministru jgħid x'dati jġibu l-applikazzjonijiet għall-fondi speċjali għall-kunsilli lokali li qed jingħataw din is-sena, kunsill b'kunsill u fond b'fond?
Jista' l-Ministru jpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Fondi Speċjali li
ser jingħataw din is-sena għas-sena finanzjarja tal-
Kunsilli li tagħlaq fil-31 ta` Marzu 1999 huma marbuta ma`
applikazzjonijiet li d-Dipartiment irċieva fl-1996 skond il-
modalitajiet determinanti fil-Memorandum anness mar-
Riżoluzzjoni li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra nhar it-
Tnejn 2 ta` Novembru 1998.
L-applikazzjonijiet kienu għalqu fid-9 ta` Awissu 1996 u l-
informazzjoni mitluba toħroġ mir-Rapport tal-Kumitati għall-
Ħlasijiet għal Ħtiġijiet Speċjali tal-Lokalitajiet (1996
- 1997) li kien tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra fl-20 ta`
Jannar 1997.
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li ntlaħaq dwar il-finanzjament għat-tħaffir tal-bir ġewwa Għawdex mill-Protokol Taljan?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Mhix il-prattika li jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra ftehim
jew komunikazzjonijiet li jistgħu jkollhom valur
kummerċjali.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fil-proċess tat-tħaffir tal-Bir il-Madonna taż-Żejt, kienx hemm xi tibdil jew xi użu differenti ta' materjal u affarijiet oħra f'dak li kien jintuża fil-proċess tat-tħaffir fiż-żmenijiet ta' qabel il-5 ta' Settembru, 1998 u fil-perjodu ta' wara l-5 ta' Settembru, 1998? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti dettalji?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-materjal li jintuża fit-tħaffir tal-
bir f'Għawdex, bħal f'kull bir ieħor, jinbidel min ħin
għall-ieħor skond il-programm ta' tħaffir u l-esiġenzi tax-
xogħol. Dan kien hekk kemm qabel il-5 ta' Settembru 1998 u
kif ukoll wara.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se ssir it-tielet laqgħa mal-AGIP, dwar il-progress tar-riċerka li qed issir mill-AGIP skond il-ftehim milħuq bejn il-Gvern Laburista u l-istess kumpannija?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li għad m'hemmx data stabbilita dwar meta
ser issir il-laqgħa msemmija.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandhom panelli mwaħħlin ma' l-arblu tal-Għarghur is-Super 1 TV u kemm minnhom qed jintużaw?
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li hemm uħud mill-antenni li m'humiex jintużaw? Kemm huma u ta' min huma? F'każ li dawn l-antenni li m'humiex jintużaw jinqalgħu, ikun possibbli li jitwaħħlu oħrajn minflokhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena mgħarraf mill-Awtorita' tax-Xandir, li hi
responsabbli mill-liċenzja ta' Super 1 TV kif ukoll mill-
arblu tal-Għargħur, li minn spezzjoni riċenti jirriżulta li
l-istazzjon għandu disa panelli mwaħħlin ma' l-arblu.
Minn dawn, sebgħa qed jintużaw.
Qed jinġabar tagħrif dwar it-tieni parti tal-mistoqsija u
aktar informazzjoni tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'servizzi qed joffri t-torri tal-Għargħur u liema istituzzjonijiet/organizzazzjonijiet qed jagħmlu użu minn dawn is-servizzi? Jista' l-Prim MInistru jagħti informazzjoni billi jgħid kull servizz min qed jagħmel użu minnu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Skond informazzjoni li tatni l-Awtorita' tax-Xandir hija
prorjetarja ta' l-art fejn hemm is-sit tat-trasmissjoni u
tat-torri fil-Għargħur.
L-istess torri joffri servizzi ta' trasmissjoni kemm għall-
mezzi tax-xandir kif ukoll għall-mezzi ta'
telekommunikazzjoni. Dawn l-istituzzjonijiet/
organizazzjonijiet qed jużaw il-faċilitajiet tat-torri:
1. Maltacom plc
2. Master Antenna Ltd
3. Public Broadcasting Services Ltd
4. Vodafone plc
5. Central Bank of Malta
6. Melita Cable plc
7. Rainbow Productions Ltd
Uffiċċju tas-Segretarju tal-Kabinett — Inspectorate Unit
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-persuni li kienu jagħmlu parti mill-Inspectorate Unit fi ħdan l-uffiċċju tas-Segretarju tal-Kabinett? X'kienet ir-raġuni li dan il-unit ġie xolt? Min qed jagħmel ix-xogħol li dan il-unit kien qed jagħmel?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li t-tlett uffiċċjali li kienu jiffurmaw l-
Inspectorate Unit kienu:
Is-Sur Carmel Senior Principal
Formosa -
Is-Sur Joseph Agius Senior Principal u
-
Is-Sur David Senior Technical Officer
Schembri -
Inħass li l-iskop ta' l-ispezzjonijiet li kienu qed isiru
mill-Unit kien wieħed li kien iżjed xieraq li jintlaħaq
bħala parti mir-responsabbiltajiet diretti ta' Dipartimenti
ndividwali taħt il-gwida tal-Management and Personnel
Office ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.