Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #1531 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Policy biex ma jsirx tipjip

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li adottaw xi tip ta' policy biex ma jsirx tipjip fl-uffiċini u swali tal-konferenzi tagħhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nagħti tweġiba f'xi seduta oħra peress li l-informazzjoni mitluba trid tinġabar.
Leg 9 PQ #1839 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Prezzijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Peress li fid-29 ta' Ġunju, 1998 il-ġurnal The Times irrapportatek li għidt li l-prezzijiet ta' l-ilma u d-dawl se jerġgħu lura għal kif kienu qabel il-Budget 1998, tista' jekk jogħġbok tgħid għaliex għal xhur sħaħ ma sar xejn biex jiġi kkoreġut dan ir-rapport li permezz tiegħu ħafna fehmu li l-prezzijiet tad-dawl u l-ilma kienu se jerġgħu lura kif kienu qabel?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Dak li għidt jiena tul il-kampanja elettorali dwar traħħis fir-rati tad-dawl u ilma u kif għamilhom il-Gvern li tiegħu l-Onor Interpellant kien Ministru, kien magħruf biż-żejjed kif jixhdu, fost oħrajn artikoli miktuba mill-kollega ta' l- Interpellant l-Onor Leo Brincat.
Leg 9 PQ #1902 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Is-Sur Joe Zammit — Impieg

Question

Jista' l-Prim MInistru jgħid jekk hemmx xi żvilupp fil-każ ta' l-impjieg ta' l-ex segretarju tal-Kabinett Joe Zammit peress li sal-lum dan għadu ma ngħatax xogħol? Meta se jingħata xogħol?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ma għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Numru 778.

Armata — Ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra minn kemm persuni, u f'liema gradi, kienet komposta l-Armata ta' pajjiżna għas-snin 1996, 1997 u 1998?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Matul is-snin 1996, 1997 u 1998, il-Forzi Armati ta' Malta kienu komposti kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il- mejda tal-Kamra.

Qrati — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni u f'liema gradi ħadmu ġewwa l-Qrati ta' Malta għas-snin 1996, 1997 u 1998?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #2170 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Tenders

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mill-5.9.98 sal-1.12.98: a) kemm-il tender ta' valur aktar min Lm1,000 li ġiet approvata mid-dekasteru tiegħek; b) il-valur ta' kull tender; c) lil min ġiet awarded; u d) in-natura (provvista, xogħol, servizz) ta' kull tender?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta tingħata f' xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #2279 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Interim From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AG — Cleaners

Question

Jista' l-Prim Ministru jieħu passi sabiex jiġi aċċertat li jkun hemm cleaners fl-uffiċini ta' l-Avukat Ġenerali tal-Main Guard faċċata tal-Palazz, peress li f'dan il-bini ilu ma jkun hemm tindif minn cleaners sa minn Ottubru 1996 u tali tindif huwa ormai impellenti u noċiv għas-saħħa ta' l-impjegati?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #1247 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Aġenziji tar-reklamar

Question

B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sa l-10 ta' Novembru, 1998 u għad-dikasteru li għalih il-Prim Ministru huwa responsabbli, jista' l-Prim Ministru: a) jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; b) jagħti indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; c) jgħid kemm intnefaq ma' kull aġenzija; d) jgħid kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi tal-media li hawn Malta; e) jagħti lista ta' l-istamperiji (minbarra dik tal-Gvern) li ġew użati; f) jagħti indikazzjoni ta' x'ġie stampat u l-kwantita' ta' l-istampar; g) jgħid kemm intnefaq ma' kull stamperija; h) jagħti lista tal-kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati u jgħid kemm intnefaq ma' kull kumpannija? Kemm kien hemm persuni/ditti li kienu joffru s-servizzi ta' reklamar lill-istess dikasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru, 1998 u twaqqfu mill-Gvern preżenti? Liema kienu? Għalfejn twaqqfu? Min tqabbad flokhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra żewġ tabelli li juru l- informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #1529 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Interim From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Elezzjonijiet każwali

Question

Mill-5 ta' Settembru, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru elezzjonijiet każwali għall-kunsilli lokali? F'liema belt/raħal? F'kemm-il każ ma kienx hemm nominazzjonijiet? F'kull belt/raħal ġewx co-opted membri fejn ma kienx hemm nominazzjonijiet? Kemm minn dawn kienu maħtura minn kandidati li kienu ħadu sehem fl-elezzjonijiet oriġinali? F'liema bliet/irħula mistennija jsiru l-elezzjonijiet għall-kunsilli lokali s-sena d-dieħla? Meta se jsiru? Kemm huwa stmat li jqumu dawn l-elezzjonijiet?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #1790 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEU — Rapporti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk minn meta twaqqfet sal-lum, x'rapporti u xi pjani ta' azzjoni ħejjiet il-Management Efficiency Unit? Fiex waslu f'dik li hi implimentazzjoni d-diversi inizjattivi li ħadet l-MEU?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #1915 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Interim From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru ġentilment jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-AFM tingaġġa suldati fiż-żmien qarib? Meta kien l-aħħar ingaġġ li sar u kemm kienu daħlu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #2003 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Interim From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Qrati - Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni u f'liema gradi ħadmu, ġewwa l-Qrati ta' Għawdex għas-snin 1996, 1997 u 1998?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #2249 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Prim Ministru Taljana D'Alena — Diskussjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jelabora dwar id-diskussjonijiet li kellu mal-Prim Ministru Taljan d'Alena dwar l-ittraffikar ta' l-immigranti illegali? Se jitwaqqaf xi pjan ta' azzjoni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #1193 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Onestop shops

Question

B'riferenza għad-Diskors tal-President fl-okkażjoni tal-ftuħ tad-Disa' Parlament tal-24/10/98, jista' l-Prim Ministru jelabora x'tip ta' onestop shops qiegħed jikkonsidra li jwaqqaf u għal liema oqsma?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-pubbliku għandu d-dritt li jingħata servizzi pubbliċi bl- aktar mod effiċjenti u effettiv billi titnaqqas il- burokrazija żejda. Il-Gvern preżenti jemmen li, biex jintlaħaq dan il-għan, kull proċedura marbuta ma servizzi offruti mill-Gvern, għandhom jiġu riveduti bl-iskop li tinħoloq sistema ta' one-stop shops fejn jinqata l-bżonn li persuna jkollha tmur għand diversi uffiċjali biex tinqeda. Il-prinċipju huwa li d-dipartimenti tal-gvern jibdew jikkolaboraw aktar ma xulxin u per konsegwenza, ikunu f'pożizzjoni aħjar biex joffru servizz aktar komplut lil min jiġi bżonnu. F'dan il-proċess, it-teknoloġija tista tħaffef it-tqassim ta' l-informazzjoni madwar is-Servizz Pubbliku. Kien għalhekk li l-Gvern immexxi minni sal-1996, introduċa fuq skala kbira l-Informatika fis-Settur Pubbliku. Illum id- dipartimenti tal-Gvern ġew kollegati ma xulxin permezz tas- sistema msejħa MAGNET (Malta Government Network). Irrid ngħid li l-kabinett għadu kemm approva Pjan Strateġiku għall-operat aħjar ta' l-Informazzjoni, fejn hemm imfassla pjanijiet kif: Ma tibqax il-ħtieġa għall-pubbliku li jintalab ċertifikat tat-twelid, taż-żwieġ jew tal-kondotta u ċertifikati oħra li huma faċilment aċċessibbli għas-Servizz Pubbliku elettronikament, permezz tas-sistema hekk msejħa - Common Database (CDB); Ċertu nformazzjoni mid-dipartimenti tal-Gvern tkun tinkiseb b'kompjuter personali mid-dar jew minn xi lokal qrib iċ-ċittadin. Se jsir studju fuq l-użu ta' Smart Cards bħala dik it-teknoloġija li twassal biex servizz pubbliku jiġi mogħti permezz ta' magni awtomatiċi bħalma nsibu fil-Banek; Il-ftuħ għall-aċċess b'mod kontrollat għall-MAGNET lil individwi jew organizzazzjonijiet li jistgħu jibbenifikaw minn xi servizzi jew informazzjoni li jistgħu jinkisbu bmod elettroniku. Per eżempju, aċċess lin-nutara għal ċerti dokumenti mir-Reġistru ta' l-Artijiet, aċċess lil individwi għall-informazzjoni maħruġa mid-DOI, aċċess biex wieħed ikun jista iressaq ilmenti lid-dipartimenti konċernati, u proġetti oħrajn. Il-prospetti ta' żvilupp f'dan il-qasam huma kbar. L-introduzzjoni ta' kummerċ u negozju b'mezz elettroniku sabiex jissaħħu u jitqarrbu r-relazzjonijiet bejn id- Dipartiment tad-Dwana u n-negozjanti. Pass ieħor lejn it-twaqqif ta' dan il-kunċett huwa d-delega ta' funzjonijiet lill-Kunsilli Lokali. Din għandha gradatament tikber f'oqsma oħrajn bħall-amministrazzjoni tal-libreriji lokali; ta' ċerti liċenzji tan-negozju, ta' formoli li jinħtieġu jintlew, ta' tagħrif li jingħata mill- Gvern, u oħrajn. Fi kliem ieħor dan il-Gvern ser ikompli jinkoraġġixxi d-devoluzzjoni tal-poteri lill-Kunsilli Lokali, biex il-pubbliku jkun jista jingħata servizz aħjar u aktar mill-qrib mingħajr dewmien bla bżonn. B'hekk il-Gvern ser jiżgura, li l-għan ta' kull inizjattiva ta' riforma f'kull settur tas-servizz pubbliku, ikun ibbażat fuq il-prinċipju li l-pubbliku jiġi moqdi dejjem aħjar, fl-iqsar żmien possibbli u mingħajr ħela ta' ħin lill-individwu.
Leg 9 PQ #1195 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bordijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern tiegħu huwiex jagħti każ tal-prinċipju ta' rappreżentanza: a) żagħżugħa; u b) femminili fuq il-bordijiet tal-Gvern u entitajiet parastatali? Jekk fl-affermattiv, fuq liema kriterji qed jimxi jekk għandu? Jekk fin-negattiv, dan ifisser li kemm iż-żgħażagħ kif ukoll in-nisa m'għandhomx ikollhom rwol akbar u dirett fid-deċiżjonijiet ta' tmexxija f'pajjiżna? Jekk jaqbel ma' dawn il-prinċipji, jista' l-Prim Ministru jsostni l-pożizzjoni tiegħu b'riferenza għall-ħatriet li saru s'issa mill-Gvern tiegħu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nemmen li l-kriterji ewlenin għal ħatriet fuq bordijiet għandhom ikunu dawk imsemmija fit-tweġiba għall- Mistoqsija Nru 788. B'dana kollu meta jsiru n-nomini tingħata attenzjoni li nisa u żagħżagħ li jikkwalifikaw jiġu wkoll nominati.
Leg 9 PQ #1197 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Bordijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 788, fejn il-Prim Ministru stqarr hekk: "ma jidhirlix li għandi nsemmi r-raġunijiet għaliex ċerti persuni jitneħħew minn fuq bordijiet. Huwa dritt ta' kull gvern li .... jaħtar nies .... li jkollu l-fiduċja fihom.". Dan ifisser li l-Prim Ministru qed jgħid li dawk kollha li tneħħew jew ma ġewx rikonfermati fuq bordijiet tal-gvern mhumiex persuni ta' fiduċja għall-Gvern tal-ġurnata?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-Onorevoli Membru għoġbu jagħti każ biss ta' parti mit- tweġiba u għalhekk, jiddispjaċini ngħid, wasal għal konklużjoni żbaljata.
Leg 9 PQ #1405 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Spejjeż

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża ta' kull kunsill lokali sena b'sena f'onorarji, salarji u spejjeż oħra relatati ma' l-amministrazzjoni ta' l-uffiċini mill-1993 'il hawn?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba toħroġ mir-Rapporti ta' l-Awdituri għal kull sena finanzjarja li skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 65(6) ta' l-Att ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra mill-Ministru tal-Finanzi.
Leg 9 PQ #1439 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tfittix għaż-Żejt — Testijiet u studji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'testijiet u studji saru f'Kerċem, Għawdex b'konnessjonijiet ma' tfittix għaż-żejt qabel Ottubru ta' l-1996? Jista' l-Prim Ministru jgħid minn min saru dawn it-testijiet jew studji? Jista' jgħid x'inhuma id-dati li fihom saru dawn it-testijiet u jekk saru x'kienu l-pariri jew l-indikazzjonijiet li taw l-esperti? Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll x'kienet l-ispiża biex isiru dawn it-testijiet u studji?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-Onorevoli Interpellant huwa ġentilment mitlub jirreferi għall-Press Release numru 1752 tal-24 ta' Settembru 1998 maħruġa mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni fejn isib fil- qosor l-istorja tal-proġett tat-tħaffir tal-bir f'Għawdex.
Leg 9 PQ #1727 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku — Petizzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslet il-petizzjoni mressqa mill-persuna, li ismu qed jintbagħat separatament, quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku għall-konsiderazzjoni tagħha skond il-provvedimenti ta' regolament 23A tar-Regolamenti tad-Dixxiplina?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li skond ma jipprovdi r-Regolament 23A (2), il-petizzjoni li għamel referenza għaliha l-Onorevoli Membru, ntbagħtet lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Hija l-prassi li l-Prim Ministru ma jagħmel ebda kumment f'dan l-istadju. Din il-petizzjoni għadha qegħda tiġi kkunsidrata mill- Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Leg 9 PQ #2023 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Interim From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartimenti governattivi — Karozzi ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk iddaħħlux karozzi ġodda tal-kiri mill-elezzjoni tal-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum ta' kumpanniji oħra li ma kenux qabel jagħmlu xogħol f'dipartimenti ta-gvern? Jekk iva, kemm ġew mikrija karozzi u min hija l-kumpannija?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

No response available.