B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3098, jista' l-Prim Ministru jgħid fejn iż-żewġt persuni li ġew trasferiti ġew posted? Il-persuni nvoluti talbu fejn għandhom jiġu trasferiti? Jekk fl-affermattiv, it-talba tagħhom ġiet milqugħha, rifjutata jew għadha qed tiġi kkonsidrata? Jekk ma ġietx milqugħha, x'inhi r-raġuni?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li ż-żewġ persuni trasferiti mid-Dipartiment
ta' l-Informazzjoni ġew posted, wieħed it-Teżor u l-ieħor
fil-Ministeru għall-Politika Soċjali.
Fl-ewwel każ, l-uffiċjal involut ma talabx għal fejn
jixtieq jiġi trasferit, filwaqt li fit-tieni każ l-uffiċjal
ġie trasferit għall-Ministeru li taħtu jaqa id-Dipartiment
li xtaq imur fih.
Jista' l-Prim Ministru jagħti dettalji dwar: (a) min huma l-avukati ta' l-għajnuna legali fil-Qrati Kriminali; (b) kemm-il darba dehru f'din il-fakulta'; u (ċ) kemm flus ġew rimborsati kull wieħed?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-Avukat għall-Għajnuna Legali fil-Qrati
Kriminali huwa Dott Joseph Mifsud. Dan ma jitħallasx skond
in-numru ta` drabi li jiġi nominat iżda għandu salarju fiss
li jkopri wkoll id-doveri tiegħu f'materji ta` natura
ċivili kif jiddisponi l-Kodiċi ta` Organiżżazzjoni u
Proċedura Ċivili.
Fil-Qrati tal-Maġistrati ta` Ġudikatura Kriminali (Malta u
Għawdex), hu l-Maġistrat illi meta tinqala l-ħtieġa
jinnomina avukat biex jippatroċinja imputat jew akkużat. L-
avukati li jiġu nominati biex jagħtu s-servizz tagħhom
jitħallsu skond rata fissa.
Jista' l-Prim Ministru jgħid taħt liema titolu legali l-Kunsill Lokali ta' Birkirkara se jidħol fiċ-Ċentru Ċiviku?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali Birkirkara qiegħed
f'diskussjoni mad-Dipartiment ta' l-Artijiet fuq kif dan iċ-
ċentru ser jiġi amministrat.
Għaldaqstant għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar it-
titolu legali.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema toroq ġewwa San Gwann se jiġu rranġati mill-kunsill lokali din is-sena?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet jaġixxu skond il-prioritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom.
Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabbiltajiet tal-Kunsilli.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema toroq ġewwa l-Gżira se jiġu rranġati mill-kunsill lokali din is-sena?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet jaġixxu skond il-prioritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom.
Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabbiltajiet tal-Kunsilli.
Jista' l-Prim MInistru jgħid meta se tiġi rranġata Conception Street, u St. Louis Street, Msida mill-kunsill lokali?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet jaġixxu skond il-prioritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom.
Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabbiltajiet tal-Kunsilli.
Dipartiment ta' l-Artijiet — Talbiet mill-Kunsilli Lokali
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1721, jista' l-Prim Ministru jinforma l-Kamra fiex jikkonsistu t-talbiet tal-Kunsilli Lokali tax-Xgħajra, Zabbar, Senglea u Birgu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba
skond dokumentazzjoni li għandu d-Dipartiment tal-Kunsilli
Lokali.
Il-lista tinkludi wkoll propjeta` oħra minbarra bini ta`
valur storiku.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3438 u t-tweġiba mogħtija għaliha, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet relevanti ċioe' jekk id-Dar tal-Kejka f'Ħal Tarxien hijiex se tiġi mgħoddija lill-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien issa li ġiet restawrata? Jekk fl-affermattiv, meta hu maħsub li jsir dan?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-Kunsill Lokali Tarxien fil-21 ta` Awissu 1996 għamel
talba lid-Dipartiment ta` l-Art biex id-Dar ta` Kejka
tgħaddi f'idejn il-Kunsill.
Issa li ttieħdet deċiżjoni politika ghad-devoluzzjoni
lokali ta` propjeta pubblika din it-talba trid tiġi
kkunsidrata ma` talbiet oħra simili tal-Kunsilli Lokali
kollha.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni fis-Servizz Civili u fil-korporazzjonijiet (separatament għal kull korporazzjoni/entita' pubblika) fil-perjodi: (i) mill-1987 sa l-1996; u (ii) mill-1996 sa l-1998? F'liema kapaċitajiet/gradi ġew ingaġġati dawn in-nies? Kemm huma stmati s-salarji globali tagħhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant fejn
jirrigwardja d-Dikasteru tiegħi hija miġbura f'diversi
skedi li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Jiena nfurmat illi dawn il-figuri ma jinkludux lil dawk l-
impjegati tal-gvern li kienu mpjegati b'kuntratt jew fuq
bażi part-time/casual. Lanqas ma jinkludu lill-membri tal-
Forzi Armati ta' Malta.
Jekk l-Onorevoli Interpellant irid x'informazzjoni dwar
korporazzjonijiet/ entitajiet pubbliċi oħra, huwa mitlub
jindirizza d-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.
Dwar l-istima tas-salarji ta' impjegati fis-Settur
Pubbliku, l-Onorevoli Interpellant huwa wkoll mitlub
jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
B'riferenza għat-tajpisti każwali nisa li kienu ġew impjegati mal-Gvern f'Mejju 1989 wara sejħa għall-applikazzjoni tal-gazzetta tal-Gvern fl-24 ta' Frar, 1989, li kollha kienu nisa kkwalifikati li qabel kienu mpjegati bħala skrivani, iżda kellhom jirriżenjaw meta żżewġu u peress li l-kondizzjonijiet tagħhom kienu rranġati kemm-il darba, tant illi llum il-ġurnata dawn igawdu kważi l-benefiċċji kollha bħal kull impjegat ieħor iżda għadhom impjegati fuq bażi part-time, jista' l-Prim Ministru jgħid,issa li għaddew għaxar snin, jekk hemmx il-ħsieb li dawn it-tajpisti jiġu mpjegati bħal ħaddiema regolari oħra jiġifieri fuq bażi fulltime?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Kif imwiegħed fil-Programm Elettorali l-Gvern bi ħsiebu
illi l-ħaddiema li ilhom snin twal jaħdmu bħala casuals
isiru tal-fiss.
Il-każ tat-tajpisti każwali jiġi kkunsidrat f'dan il-qafas.
Jista' l-Prim Ministru jekk jogħoġbu jindika meta kienet l-aħħar sena li ħarġu l-applikazzjonijiet għal kors li jħarreġ persuni għal post ta' segretarju mal-Kunsilli Lokali? Jista' jindika wkoll meta hemm il-ħsieb li jerġgħu joħorġu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-aħħar kors mħejji mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali
biex iħarreġ persuni għall-post ta` Segretarju mal-Kunsilli
Lokali sar mill-31 ta' Mejju 1996 sal-14 ta' Ġunju 1996.
Id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali bi ħsiebu jorganizza
kors ieħor simili f'Mejju ta' din is-sena.
Peress li l-Kunsill Lokali ta' Birkirkara ħa l-inizjattiva illi jipprovdi korsijiet edukattivi ssussidjati minnu, jista' l-Prim Ministru jagħti dettalji ta' min huma l-għalliema li qed imexxu dan il-kors? Kemm attwalment se jitħallsu dawn l-għalliema? Kemm huwa l-ammont sussidju min-naħa tal-kunsill għal kull kors?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-inizjattiva li ħa dan l-aħħar il-
Kunsill Lokali ta` Birkirkara biex isiru korsijiet
edukattivi kienet tikkonsisti f'arranġament speċjali mad-
ditta Learn Key Trading biex dawn jipprovdu dan is-servizz
bi skont speċjali ta` ħamsin fil-mija (50%) għal kull min
japplika għal dawn il-korsijiet permezz tal-Kunsill.
Għadaqstant, l-imsemmi sussidju ma kienx jikkonsisti fl-
ebda forma ta` kontenut finanzjarju minn naħa tal-Kunsill
Lokali.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' kunsilli lokali f'Malta u Għawdex li għandhom ftehim ta' koperazzjoni ma' lokalitajiet/kunsilli oħra ta' pajjiżi barranin?
X'għajnuna jestendi l-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin f'dan ir-rigward u x'għajnuna tintalab normalment mill-kunsilli lokali għar-rigward ta' dawn il-kuntatti?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li sitt (6) Kunsilli, kollha Maltin,
għandhom ġemellaġġ iffirmat u attiv ma' muniċipalitajiet
barranin. Tliet (3) Kunsilli oħra wkoll Maltin, għandhom l-
approvazzjoni meħtieġa biex jikkonkludu l-ġemellaġġ
mixtieq.
Il-Kunsilli Lokali normalment jitolbu għajnuna finanzjarja
biex isiefru għall-iffirmar tal-ġemellaġġ. Pero la d-
Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u lanqas il-Ministeru għall-
Affarijiet Barranin m'għandhom fondi allokati għal dan l-
iskop.
Ta' min jgħid li l-Kummissjoni Ewropea toffri għajnuna għal
dan il-għan ibbażata fuq ċerti kriterji u l-Kunsilli
Lokali, bl-appoġġ tal-Kunsill ta' l-Ewropa, jistgħu
japplikaw għal din l-għajnuna.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema maċ-Ċivil li temmew l-impjieg tagħhom matul l-1998? Xi gradi kellhom u f'liema dipartimenti kienu jaħdmu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat illi bejn Jannar u Novembru tas-sena li għada
kif spiċċat, elf ħaddiem full-time fis-Servizz Pubbliku
temmew l-impjieg tagħhom. L-informazzjoni għax-xahar ta'
Diċembru għada qegħda tinġabar.
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra skeda bid-dettalji
ta' dawn l-impjegati kif mitlub.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998 fost l-impjegati tal-Qorti? Jista' l-Prim Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
B'referenza għall-ewwel u t-tieni parti tal-mistoqsija ta'
l-Onorevoli Interpellant, kien hemm impjegat wieħed li ġie
ttrasferit mill-Qorti għad-diviżjoni tas-Saħħa fi ħdan il-
Ministeru tas-Saħħa mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru
1998 u dan wara talba ta' l-istess impjegat.
Dwar l-aħħar parti ta' l-imsemmija mistoqsija parlamentari,
s'issa mhux previst li jsiru xi trasferimenti oħra għalkemm
id-Dipartiment jikkonsidra kwalunkwe trasferiment skond l-
esiġenzi tas-Servizz in ġenerali u ta' l-operat tal-Qrati
in partikolari.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998 fil-Forzi Armati ta' Malta? Jista' l-Prim MInistru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li fil-perijodu msemmi kien hemm sitt
postings ta' individwi bejn Reġiment u ieħor fl-Armata.
Kien hemm ukoll 38 posting bejn Kumpaniji fl-istess
Reġiment, li wieħed minnhom kien jinvolvi ħaddiem pajżan.
Bħal ma għidt meta weġibt il-Mistoqsija Parlamentari Numru
441 fil-11 ta' Novembru 1998, il-postings kollha fil-
Forzi Armati ta' Malta jsiru fuq bażi regolari, skond il-
kundizzjonijiet tas-Servizz tal-Forza Regolari u jieħdu in
kunsiderazzjoni l-effiċjenza u l-effettivita ta' l-Armata
kif ukoll l-aħjar interess tas-Servizz.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998 fid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali? Jista' l-Prim Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998 saru tliet
trasferimenti ta' impjegati mid-Dipartiment tal-Kunsilli
Lokali għal Dipartimenti tal-Gvern oħra. Kull trasferiment
sar fuq talba ta' l-impjegati stess.
Trasferimenti ta' impjegati minn Dipartimenti tal-Gvern,
inkluż id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, jsiru skond l-
esiġenzi tas-servizz pubbliku.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma fil-preżent iċ-chairpersons tal-korporazzjonijiet, kumpanniji, entitajiet, banek u tad-diversi bordijiet, eċċ. li jiġu maħtura mill-gvern? Meta ġew maħtura u għal kemm żmien?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jn infurmat li ċ-Chairpersons li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi
huma dawn:
b'seħħ perijod
minn u
L-Imħallef Albert - Kummissjoni 16/11/98 5 snin
Manche Permanenti Kontra l-
Korruzzjoni
L-Imħallef Dott - Kummissjoni 1993 indefinit
Riccardo Farrugia Permanenti għal
Riforma fil-Liġi
L-Imħallef Carmel A - Commission for 22/05/98 indefinit
Agius Childrens
Evidence
L-Imħallef Noel Arrigo - Court Advisory 27/05/97 indefinit
Commission
Is-Sur J R Grima - Malta Information 14/09/98 indefinit
Technology and
Training Services
Ltd
Prof David Attard LLD - Malta Maritime 09/10/90 indefinit
Jurisdiction
Commission
- Ċentru ta' 23/02/98 6 snin
l-Arbitraġġ ta' Malta
Dott Edgar Mizzi LLD - Kummissjoni tal- 1980/81 indefinit
Liġijiet
Is-Sur Alfred Fiorini - Kumitat tan-Nomini 20/10/98 sa tmiem
Lowell (Att dwar Ġieħ ir- l-1999
Repubblika)
Is-Sur Stephen - Bord tad-Dixxiplina 25/08/98 sena
Sant Angelo tal-Kummissjoni dwar
is-Servizz Pubbliku
Is-Sur Joseph Bartolo - Master Antenna Ltd 11/04/91 indefinit
Rigward bordijt u entitajt oħra, nistieden lill-Onor Membru
biex jirreferi l-mistoqsijiet tiegħu lill-Ministri
responsabbli.