Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tressqu mpjegati tal-Gvern quddiem il-PSC is-sena li għaddiet? Fuq xiex tressqu? Minn liema dipartmenti tal-gvern kienu? Kemm inqatgħu każi s-sena l-oħra? X'kien ir-riżultat?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant u li ġiet mgħoddija lili, qegħda tingħata fuq tlett tabelli li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Dawn it-tabelli juru l-figuri kemm ta’ każijiet ġodda kif ukoll ta’ każijiet konklużi fl-1998.
A. każijiet kriminali li dwarhom għaddejjin proċeduri fil-Qorti;
B. każijiet dixxiplinarj serji li dwarhom għaddejjin proċeduri quddiem il-Bord ta’ Dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku; u
C. każijiet ta’ tkeċċija minħabba assentejiżmu.
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista (sa l-ewwel ta' Jannar 1999) ta' uffiċjali pubbliċi fl-ewwel ħames gradi taċ-Ċivil, maqsumin f'irġiel u nisa (miżżewwġin jew le); meta daħlu fis-servizz pubbliku u f'liema grad u kemm ilhom fil-grad li għandhom illum?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-informazzjoni mitluba qegħda tiġi miġbura u tingħata
tweġiba f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ġurijiet pendenti quddiem il-qrati ta' pajjiżna sa l-aħħar ta' Diċembru 1998 li qed jistennew il-każ tagħhom quddiem il-qorti? X'kien il-każ/reat marbut ma' kull wieħed minn dawn? Kemm minnhom jittrattaw ċittadini Maltin u ċittadini barranin separatament?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Peress li l-informazzjoni qed tinġabar, tingħata risposta
f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm u hemm preżentement impjegati ġewwa d-Dipartiment ta' l-Informazzjoni (DOI) tul dawn l-aħħar ħames snin u jista' jindika jekk minnhom kienx hemm min kien bi grad universitarju?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm, mill-1993 'il quddiem ikkontestaw kandidati fit-23 kunsill lokali fejn se jsiru l-elezzjonijiet f'Marzu li ġej? Tista' l-istatistika tingħata skond il-partiti, jew gruppi? Kemm minn dawk li ġew eletti fl-ewwel elezzjoni reġgħu ikkontestaw it-tieni elezzjoni?
Jista' l-Prim Ministru jgħid minn meta twaqqfu l-kunsilli lokali kemm saru laqgħat tal-kunsilli lokali, f'kull lokalita' fit-23 post fejn hemm l-elezzjonijiet tal-kunsilli f'Marzu li ġej?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant il-laqgħat tal-Kunsilli Lokali huma miftuħa għall-pubbliku.
Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsilli tal-lokalitajiet rispettivi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi struttura teżisti fl-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali?
Kemm hemm postijiet battala u f'liema karigi huma? Xi skala huma dawk il-postijiet battala?
X'miżuri qed jittieħdu biex dawn il-postijiet battala jimtlew?
Jaħseb il-Prim Ministru li waħda mid-diffikultajiet f'dan il-post huwa li l-pagi u l-kondizzjonijiet m'humiex attraenti? Jekk iva, x'jaħseb li għandu jsir?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-complement stabbilit xi snin ilu għal Uffiċċju ta` l-Avukat Ġenerali hi kif ġej:
Avukat Ġenerali
1
Deputat Avukat Ġenerali
1
Diretturi Legali
2
Assistenti Avukati Ġenerali
4
Avukati Anzjani tar-Repubblika
4
Avukati tar-Repubblika
2
Legal Officer
5
Junior Legal Officer
3
Prokuratur Legali Anzjan
1
Prokuraturi Legali
4
Bħalissa l-postijiet ta` 2 Diretturi Legali (Skala 3), 2 Assistenti Avukati Ġenerali (Skala 4), Avukat Anzjan tar-Repubblika (Skala 5) u 2 Avukati tar-Repubblika (Skala 6) huma battala.
Saru diversi sejħiet għal applikazzjonijiet għal dħul fl-Uffiċċju ta` l-Avukat Ġenerali fil-passat iżda l-interess minn barra s-servizz dejjem kien limitat għal gradwati ġodda li jidħlu fi grad ta`
Junior Legal Officer
.
Għalkemm fl-Uffiċċju ta` l-Avukat Ġenerali jitħallsu
allowances
ta` ħmistax fil-mija fuq l-iskala tal-pagi stabbilita minħabba l-pressjoni tax-xogħol fl-istess Uffiċċju jidher illi bl-iskali preżenti m’hux possibbli illi jiġu mħajjra avukati ta` esperjenza, u biex jinżammu fis-servizz avukati wara li jkunu akkwistaw l-esperjenza, u biex jimtlew ċerti postijiet battala.
Jidher ukoll illi l-
complement
stabbilit fil-passat m’hux ideali u qiegħed isir studju biex jiġi definit aħjar ix-xogħol li għandu jsir minn dak l-uffiċċju u n-numru ta` uffiċjali f'’kull grad li jkunu meħtieġa biex dak ix-xogħol ikun jista` jkompli jsir mingħajr pressjoni żejda fuq minn ikun qiegħed jagħmlu.
Qiegħed jiġi studjat ukoll x’jista` jsir biex il-kundizzjonijiet tax-xogħol f’dak l-uffiċċju jiġu mtejjba. B’hekk il-Gvern ikollu f’dan l-Uffiċċju iż-żieda ta` nies meħtieġa biex ikunu jistgħu jwettqu x-xogħol dejjem aktar kumpless u speċjalizzat li hu meħtieg flimkien man-nies preżenti, li għandu jingħad qegħdin jagħmlu minn kollox biex nonostante il-limitazzjonijiet li jridu jiffaċċjaw, jagħtu servizz mill-aqwa lil Gvern.
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi preparamenti għaddejjin biex jitwaqqaf id-Dipartiment tal-Ġustizzja?
X'se tkun il-funzjoni ta' dan id-dipartiment?
Xi struttura se jkun fih?
Meta se jitwaqqaf?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li bħalissa fid-diviżjoni tal-Ġustizzja qed isir studju flimkien mal-Management Efficiency Unit biex jidentifika l-oqsma li għandhom ikun responsabbilta’ tad-Dipartiment tal-Ġustizzja meta jitwaqqaf kif suppost.
Sallum ħafna mill-funzjonijiet tad-Dipartiment tal-Ġustizzja, twettqu jew mill-Ministeru tal-Ġustizzja jew mill-Uffiċċju ta’ l-Avukat Ġenerali jew minn xi kummissjoni. Il-ħsieb tal-Gvern hu li jidentifika dawn il-funzjonijiet u jistruttura dipartiment li jkun jista’ joffri servizz aħjar u kontinwita’ amministrattiva.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4228, jista' l-Prim Ministru jgħid meta l-PSC approvat li t-tliet senior principals li fl-aħħar jiem ingħataw l-appointment ta' Assistant Principal Radiographers, jingħataw l-appointment ta' Assistant Principal Radiographers?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku għamlet ir-rakkomandazzjoni biex it-tliet persuni msemmija jingħataw l-appointment ta’ Assistant Principal Radiographers fl-1 ta’ Diċembru 1998.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 3974 u ċioe' jista' ġentilment jara għaliex Triq San Girgor, Żejtun (b'mod partikolari fuq in-naħa tal-lemin) għadha maqlugħa sal-lum u ilha hekk minn Settembru?
X'jista' jsir biex din il-bankina li tiġi wżata minn għadd ta' residenti u anzjani ma tibqax fl-istat li hi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet, jaġixxu skond il-prioritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom.
Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabbiltajiet tal-Kunsilli.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati tal-gvern li għadhom ma ħadux l-arretrati dovuti skond l-aħħar ftehim kollettiv? X'inhi r-raġuni wara dan id-dewmien u meta se jkun ħadhom kulħadd?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-Onor Interpellant mitlub jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm telqu nies minn mal-gvern qabel m'għalqilhom iż-żmien li jirtiraw bl-eta' s-sena li għaddiet? Kemm minnhom irriżenjaw, kemm ġew imkeċċija u kemm ġew boarded out?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi matul is-sena li għaddiet, 241
uffiċjal pubbliku irriżenjaw, 17 ġew imkeċċija, u 277 ġew
medically boarded out.
Dawn il-figuri jistgħu jiżdiedu xi ftit għaliex l-
informazzjoni fuq dawn l-impjegati għadha dieħla.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impressed drivers li jaħdmu mal-gvern jew korporazzjonijiet? F'liema dipartimenti jew korporazzjonijiet? X'vetturi għandhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Skond l-aħħar informazzjoni li għandu dan l-uffiċċju jidher
li fis-26 ta' Ottubru 1998 kien hemm 724 drivers ta'
vetturi impressed b'kuntratt mal-Gvern jew
korporazzjonijiet parastatali. Qed inpoġġi fuq il-mejda
tal-Kamra lista ta' drivers ta' vetturi impressed kif huma
mqassma fid-dipartimenti u korporazzjonijiet parastatali.
Dwar l-aħħar parti tad-domanda l-informazzjoni tista tiġi
mitluba mill-Ministru għall-Politika Soċjali.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 1932 sabiex qabel id-19 ta' Marzu (nhar il-festa ta' San Ġużepp) tiġi rimedjata l-problema ta' l-għalqa ta' Kola fir-Rabat, Malta, sabiex il-Kunsill Lokali jkun jista' jibda x-xogħlijiet u jagħti tarmac f'dawn l-inħawi tar-Rabat, jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'passi ħa mill-15 ta' Diċembru 'l hawn sabiex il-problemi li jappartjenu lis-sidien u r-residenti ta' l-inħawi jiġu solvuti?
Peress li dan il-bżonn fir-Rabat ilu pendenti s-snin u qed ikun ta' inkonvenjent kbir għall-pubbliku in ġenerali u t-turisti li jżuru dawn l-inħawi tar-Rabat, jista' l-Ministru jintervjeni/jawtorizza/jirrikmanda lill-awtoritajiet konċernati sabiex ma jtawlux aktar bis-sitwazzjoni?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li ngħatat għal-
Mistoqsija Parlamentari numru 1932 peress li ġejt infurmat
li ma kien hemm l-ebda żviluppi fir-rigward tal-ħruġ tal-
permess mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar.
In vista tar-risposta numru 3292, jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk jikkonsidrax t-twaqqif ta' kumitat ad hoc li permezz tiegħu l-ewwel issir ir-riċerka kollha neċessarja biex tinġabar l-informazzjoni mitluba billi din tieħu numru sew ta' snin lura, u li t-tieni jagħmel suġġerimenti u proposti għal kif dan l-materjal jista' jiġi wżat b'vantaġġ akbar lil poplu Malti u Għawdxi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-eżerċizzju li qiegħed jissuġġerixxi l-Onor Membru jitlob
żmien twil ta' riċerka u jista' jkun li l-ġbir ta'
informazzjoni li tmur lura ħamsin sena jammonta għal
spejjeż sostanzjali. Madankollu, din il-proposta qed tiġi
studjata.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal separazzjoni quddiem il-qrati s-sena li għaddiet? Kemm kien hemm applikazzjonijiet ġodda? Kemm saru żweġijiet bil-Knisja s-sena li għaddiet? Kemm saru żweġijiet ċivili? Kemm saru bejn Maltin u barranin? Minn fejn kienu l-barranin li żżewġu Maltin? Kemm miż-żweġijiet mal-barranin kien hemm żweġijiet bil-Knisja u kemm ċivili?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li applikazzjonijiet għal separazzjonijiet
normalment isiru b'rikors fis-SekondAwla tal-Qorti Ċivili.
Is-sena li għaddiet kien hemm 940 applikazzjoni għal
separazzjonijet. Dawn huma kollha applikazzjonijiet ġodda.
Rigward il-kumplament ta` l-informazzjoni mitluba f'din id-
domanda, nirreferi lill-Onor Interpellant lill-Ministru
responsabbli.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru żweġijiet bejn Maltin u barranin sena b'sena fl-aħħar għaxar snin? Kemm kien hemm talbiet għal separazzjonijiet u/jew annuallamenti fl-istess żmien minn persuni Maltin miżżewġin barranin?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-ewwel parti tad-domanda għandha tiġi ndirizzata lill-
Ministru responsabbli.
Rigward it-tieni parti tad-domanda ninsab infurmat li l-
Qrati ma jiddistingwux bejn talbiet għal separazzjonijiet
u/jew annullamenti minn persuni Maltin jew barranin.
Institute of Public Administration & Management — Attivitajiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'attivitajiet għandu ppjanati għall-1999 l-Institute of Public Administration and Management? X'riżorsi ta' nies, flus u appoġġ ieħor loġistiku tpoġġew għad-dispożizzjoni ta' dan l-Institute biex ikun jista' jwettaq l-għanijiet li għalihom twaqqaf?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat illi l-programm ta' attivitajiet ta' l-
Institute of Public Administration and Management ikun
magħruf wara li jinħatar id-Direttur ta' l-Institute.
Fil-vot ta' l-iStaff Development Organisation ta' l-
Uffiċċju tiegħi tpoġġew għad-dispożizzjoni ta' dan l-
Institute Lm20,000 biex jitwettqu l-għanijiet li għalihom
twaqqaf l-Institute.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm se jiġi jiswa sena b'sena l-ftehim li l-gvern iffirma fl-1998 ma' l-impjegati tas-Servizz Ċivili? Kemm kien se jiswa iżjed sena b'sena kieku f'dak il-ftehim iddaħħlu wkoll il-pensjonanti li tħallew barra minnu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra skeda li tagħti l-
informazzjoni mitluba f'dak li jirrigwarda l-istima ta'
kemm ser jiġi jiswa l-Ftehim Kollettiv ta' l-impjegati fis-
Servizz Pubbliku.
L-ebda mpjegat fis-Servizz Pubbliku li jirtira fis-snin
koperti bil-Ftehim mhu ser jitħalla barra. Skond kif
jipprovdi l-Ftehim ser isiru provvedimenti biex l-impjegati
kollha li rtiraw jew ser jirtiraw f'dawn is-snin, iż-żidiet
mogħtija jiġu riflessi fil-pensjoni.