Legislature:
Category:
Reset
Active:

Klandestini

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid fejn se jinżammu l-klandestini li se jiġu Malta jżuruna din is-sena? Fejn qed tinbena akkomodazzjoni ġdida, meta se titlesta u kemm se tiġi tiswa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li f’każ ta’ wasla ta’ iktar immigranti rregolari f’Malta, dawn jiġu allokati f’wieħed mid-diversi “Closed Centres” li jinsabu f’Ta’ Kandja, fid-depot tal-Pulizija, fil-“barracks” ta’ Ħal-Safi u f’Lyster Barracks Ħal Far. Qed jiġu studjati wkoll żewġ siti ġodda fejn jista jsir użu ta’ “tent area” f’kazijiet ta’ emerġenza, bħal ma ġara s-sajf li għadda f’Lyster Barracks ġo Ħal Far.

European Social Fund — Proġetti

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm proġetti li kienu funded mill-European Social Fund tul dawn l-aħħar sentejn f'xi dipartiment jew ente fid-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid għal kull każ min kienu l-kumpannji li ittenderjaw għal dawn il-proġetti ? Liema kienet il-kumpannija f'kull każ li ngħatat it-tender? Xi kriterji intużaw sabiex ġie awarded kull tender?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tul dawn l-aħħar sentejn żewġ proġetti li jaqgħu taħt xi dipartimenti jew ente fid-dekasteru tiegħi gew finanzjati mill-European Social Fund. Proġett ESF/No. 2 – Research and Mobility Action Plan for developing in-house Research Capacity (MCST). Taħt dan il-proġett inħareġ appalt għal servizzi (CT2440/2005 – Web Design, Training and Research Activity) bi tlett lottijiet. Tlett kumpanniji tefgħu l-offerta tagħhom: Allied Consultants, EMCS u Seasus. Tnejn minn dawn (EMCS u Allied Consultants) tefgħu offerta għat-tlett lottijiet u l-kumpannija l-oħra (Seasus) tefgħat offerta għal lot wieħed biss. Il-kumpannija EMCS rebħet il-kuntratt fuq il-kriterju li l-offerta kienet l-aktar offerta ekonomika u vantaġġuza. Proġett ESF/No. 45 – Brochure outlining the family friendly measures in the public service (MPO). Dan il-proġett għadu kemm intgħażel wara li ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet. Għaldaqstant, dan il-proġett għadu ma bediex jiġi implementat u għalhekk l-ebda appalt ma ġie maħruġ.

Tax System

Question

In view of the anticipated amendments in the tax system, could the Prime Minister and Minister of Finance consider amending the system when it comes to parents of children with special needs, who often find it imperative to work, to cope with the financial burdens associated with their child?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li s-suġġeriment tiegħu bi ħsiebni ngħaddih lill-Kummisjoni li twaqqfet mill-Ministeru tal-Finanzi biex tirrevedi s-sistema tat-tassazzjoni f’Malta.

Bdiewa

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk is-sussidju li jirċievu l-bdiewa mill-Unjoni Ewropea hux meqjus bħala dħul taxxabbli? Tagħmel differenza jekk il-bidwi jkun full-time jew part-time f'dan l-aspett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u għaldaqstant it-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Aġenziji governattivi — Fondi Ewropej

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'passi se jittieħdu mill-gvern dwar dak li qalet il-Malta Association for Private Training Providers li aġenziji tal-gvern qed jikkompetu nġustament ma' kumpanniji privati lokali għall-fondi Ewropej taħt il-European Social Funding?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Importazzjoni ta' vetturi — Ħlas ta' VAT u registration fees

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18276, jista' il-Prim Ministru jinformani biċ-ċifra globali ta' VAT u registration fees li tħallsu mill-operaturi li jimportaw vetturi, inġenji, eċċ. għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Dar Malta fi Brussel

Question

Billi jidher ċar li ma nżammitx id-data li fiha kellha tinfetah Dar Malta fi Brussel, jista' il-Prim Ministru jgħid meta se jinbeda jew inbeda xi xogħol fuqha kif ukoll meta dan mistenni jitlesta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-permess għax-xogħol ta’ kostruzzjoni fuq Dar Malta wasal fi Frar 2006. Dan kien jindika li x-xogħol ta’ kostruzzjoni ppjanat seta’ jibda f’nofs Marzu 2006. Sa din id-data setgħu jsiru biss xi xogħolijiet limitati fuq kostruzzjoni interna u xogħolijiet ta’ twaqqiegħ. Xogħol estern u xogħol aktar viżibli ta’ kostruzzjoni u twaqqiegħ beda mid-data speċifikata fil-permess. Ix-xogħol ta’ kostruzzjoni huwa mistenni jitlesta sa Diċembru 2006.

Immigrazzjoni Illegali

Question

Fid-dawl ta' l-artikli li dehru fil-ġurnal "Malta Today" dwar in-nuqqas ta' qbil bejn l-awtoritajiet Maltin u dawk Taljani dwar issues marbutin ma' l-immigrazzjoni illegali, jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni uffiċjali tal-Gvern Malti kif ukoll dik tal-Gvern Taljan kif ikkomunikata lill-Gvern Malti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bħal ma jaf l-Onor Membru għax kien preżenti fis-seduta, dan is-suġġett ġie diskuss fid-dettal ma’ l-Ambaxxatur Taljan fil-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin, ħafna qabel dehru l-artikli imsemmijin fil-Mistoqsija. Il-pożizzjoni tal-Gvern Taljan hija li fil-maltemp kull biċċa tal-baħar li tgħaddi viċin Malta u li tkun qed iġġorr immigranti għandha tiġi mġiegħla tidħol lejn Malta ikun x’ikun l-istat tagħha u anke jekk l-immigranti nfushom ma jkunux iridu jiġu “salvati”. Din il-pożizzjoni mhix aċċettabbli għall-Gvern Malti, peress li skond il-Liġi Internazzjonali kwalunkwe vapur jew biċċa tal-baħar għandha d-dritt imsejjaħ “the right of innocent passage” u għalhekk skond il-liġi ma tistax tiġi nterċettata sakemm ma tiksirx liġijiet ta’ Malta meta tkun f’ibħra li fihom Malta għandha ġurisdizzjoni.

Taxxa Tad-Dħul

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18848 u jgħid kemm daħal revenue mit-taxxa ta' qligħ fuq kumpanniji (partnership u limited liability companies reġistrati) u mill-banek reġistrati f'Malta, matul is-snin 2002, 2003, 2004 u 2005? Jista' il-Prim Ministru jagħti t-totalita' ta' dħul (revenue) mill-income tax fuq kumpanniji (partnership u limited liability companies reġistrati) u mill-banek separatament, sena b'sena kif mitlub hawn fuq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

NSO — Accruals

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 18851, jista' il-Prim Ministru jgħid kif jista' l-NSO jagħti informazzjoni abażi ta' accruals meta s-sistema ta' accrual ma titħaddimx mis-settur pubbliku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Negozjanti

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu dwar każi fejn negozjanti qed jgħollu l-prezzijiet b'5% skond huwa, biex ikopru l-4.7% li qed jitilfu meta jmorru għand il-banek jixtru l-Euro u biex ilaħħqu ma' l-ispejjeż tad-dħul ta' sistemi ta' software u bidliet oħra li jridu jagħmlu għad-dħul tal-Euro?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sa llum il-munita Euro hija meqjusa bħala munita barranija u għaldaqstant hija sottomessa għal tariffi tl-kambju normali bħalma huma muniti oħra. Il-Gvern permezz tal-NECC jinsab għaddej b’diskussjonijiet mal-banek sabiex it-tariffi ta’ xiri tal-Euro mill-banek (buying rate) jitneħħew fil-perjodu tad-dual pricing. L-eżempju li qed insemmi jista’ japplika biss fil-każ ta’ dawk in-negozji li voluntarjament jaċċettaw ħlas bl-Euro u li mbagħad jiddepositaw l-Euro fil-bank. In-NECC ħarġet linji gwida dwar dak illi jissejjaħ “optional dual display of prices in Euro” illi wieħed isib fuq il-website tal-NECC.

Fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid liema persentaġġ ta' fondi ta' l-Unjoni Ewropea diġa' użajna fi proġetti identifikati mill-gvern għall-fondi ta' l-Unjoni Ewropea sas-sena 2006?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li l-flus allokati lil Malta għal perjodu 2004-2006 taħt il-Fondi Strutturali, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond ta’ Transizzjoni huma kollha allokati lill-proġetti identifikati mill-Gvern Malti. Dawn il-proġetti jinsabu f’fażijiet differenti ta’ implementazzjoni. Minn dawn il-fondi s’issa saru pagamenti li jammontaw għal għoxrin fil-mija (20%) ta’ l-allokazzjoni totali. Il-kumplament tal-flus tal-proġetti għadhom għaddejjin mill-proċess ta’ kuntratti u pagamenti.

Malta Enterprise

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18789, jista' il-Prim Ministru jgħid liema kienu l-kumpanniji li ttenderjaw għall-offerta għat-taħriġ għan-negozju marbuta ma' Measure 3 Priority 2 - Lifelong Learning and Social Inclusion?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-kumpanniji li tefgħu offerta kienu dawn: Malta University Services Santucci & Brown/UHM MISCO Allied Consultants/VLG/IBEC Future Focus/KTS/UHY Pricewaterhouse Coopers Malta Institute of Management

Enemalta — Input VAT

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18275, jista' il-Prim Ministru jinformani kemm huma l-ammonti ta' input VAT li ntalbu fid-denunzji tal-korporazzjoni Enemalta għas-snin rispettivi separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.

VAT fuq karozzi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18277, jista' il-Prim Ministru jinformani x'ġara mir-records ta' qabel l-1 ta' Mejju, 2004 u cioe' ikompli wkoll jirrispondi l-mistoqsija in kwestjoni għas-snin 2004, 2003, 2002, 2001 u 2000 separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u għaldaqstant it-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

NSO — Impjiegi fis-settur tal-biedja u sajd

Question

Jista' il-Prim Ministru jagħti breakdown tas-600 impjieg li skond l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika żdiedu fis-settur tal-biedja lokali, priferibbilment f'Malta u Għawdex separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi d-differenza li qed jirreferi għaliha, ġiet estratta minn news release ta’ Jannar 2006 dwar il-Labour Force Survey. Billi l-informazzjoni f’din ir-release hi stima fuq kampjun ta’ nies li qed jiġi estrapolat fuq il-popolazzjoni kollha, differenza reali tkun meta bejn perjodu u ieħor ikun hemm zieda jew nuqqas fil-figura ta’ 1800 persuna kif inhu referut fin-noti metodoloġiċi li jinsabu fl-aħħar tar-release. Ta’ min wieħed jifhem li meta informazzjoni mill- Labour Force Survey tiġi ippubblikata b’referenza għal xahar partikolari, bejn wieħed u ieħor kull persuna li tkun fil-kampjun ta’ nies magħżula tkun qed tirrapreżenta bejn 60 u 70 persuna oħra. Għaldaqshekk, billi d-differenza msemmija hija ta’ 600, din mhux meqjusa li hi rappreżentattiva għax il-kampjun ta’ nies mhux biżżejjed biex wieħed jasal għall-konklużjoni li hemm żieda fl-impjiegi fis-settur ta’ l-agrikoltura.

NI

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18269 u jagħti update tal-ħlasijiet dovuti tal-bolla ta' l-NI mill-kumpanniji privati, minn kumpanniji li għandhom investimenti mill-gvern, lukandi, persuni self-employed eċċ.? Jista' jagħtina l-informazzjoni b'mod separat? Kemm minn dawn il-pagamenti dovuti lid-dipartiment huma abbażi ta' ħlas kontra agreements, eċċ.?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18269.

Sptar Mater Dei

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hux qed tinżamm statistika taż-żjarat li qed isiru fl-isptar il-ġdid Mater Dei u jekk hux qed jinżamm xi reġistru bil-feedback li jingħata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u għaldaqstant it-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

AFM — Klandestini

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saret ħsara mill-klandestini s-sena l-oħra u din is-sena fuq proprjeta' ta' l-Armata? Kemm swiet din il-ħsara?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u għaldaqstant it-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

AFM — Klandestini

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm nefqet flus l-Armata fuq il-klandestini s-sena l-oħra u kif nefqithom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u għaldaqstant it-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.