Jista' il-Ministru jara li jitmexxa 'l quddiem il-każ ta' anzjan - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - li jinsab fil-wheelchair u li ilu jistenna biex jidħol SVPR?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata tinsab rikoverata ġewwa l-isptar San Luqa. L-Admissions Board se jevalwa l-urġenza tal-każ.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li nies li jieħdu l-pilloli Anafranil ġew informati li dawn il-mediċini ilhom out of stock mill-isptar San Luqa minn Lulju li għadda? Dan minnu, u jekk iva għaliex?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-pilloli Clomipramine 25mg (Anafranil) mhumiex out of stock mill-Isptar San Luqa. Id-dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern xtara 283,976 pilloli Clomipramine 25mg li jiġu ekwivalenti għal ħażna ta' ħames xhur.
Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid liema kienu dawk l-entitajiet, dipartimenti jew awtorijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Jannar 2004 sal-lum? (kemm pre-accession u accession funds)? Għal liema fondi applikaw? Kemm-il proġett ġie sottomess? X'kien l-eżitu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid x'ammonti ta' flus ħallas id-dipartiment ta' l-anzjani u servizzi fil-komunita' lil Care Malta Ltd u lil Casa Serena rispettivament mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Novembru 2004?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Intrerpellant li l-ammont ta' flus li ħallas id-Dipartiment ta' l-Anzjani u Kura fil-Komunita` dawn l-aħħar ħdax-il xahar huwa kif ġej:
CARE MALTA LTD LM274,885.02
CASA SERENA LM134,797.00
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm anzjani residenti (nisa u rġiel) fit-30 ta' Novembru 2004 f'San Vincenz de Paule, fi djar residenzjali tal-gvern u fi djar privati ta' l-anzjani taħt l-iskema tal-public private partnership?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-30 ta' Novembru 2004 in-numru ta' residenti (nisa u rġiel) f' San Vinċenz de Paul, fid-djar residenzjali tal-gvern u fid-djar privati ta' l-anzjani taħt l-iskema tal-public private partnership kien hekk:
Rġiel
Nisa
Total
San Vinċenz de Paul
341
680
1021
Djar tal-Gvern
152
473
625
Public Private Partership
24
74
98
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8586 u cioe' jgħid it-teatru ta' l-ortopedija kemm ilu limitat biss għal trawma u operazzjonijiet minuri minħabba l-infection ta' l-MRSA?
Jista' jgħid ukoll jekk hux l-istaff kollu li ġie ttestjat minħabba din l-infection?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li t-teatru ta' l-ortopedija kien magħluq għal Elective Surgery bejn it-18 ta' Ottubru u t-30 ta' Ottubru 2004. Matul dan il-perjodu saru arranġamenti mal-Main Theatre biex isiru Trauma Cases. Ġew allokati 154-il siegħa fejn saru 58 Trauma Cases.
Infurmat li kull persuna li kellha kuntatt mat-teatru u s-swali tal-ortopedija ġiet ittestjata minħabba l-infection ta' l-MRSA.
Jista' il-Ministru jagħtini breakdown ta' kemm hi ċ-ċifra ta' flus globali f'pagamenti li l-Ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu għandhom iħallsu fil-preżent?
Kemm hi l-parti li trid titħallas mill-voti ta' l-estimi tas-sena d-dieħla minħabba li vot allokat għal din is-sena diġa' spiċċa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-ħlas ta' pagamenti huwa proċess kontinwu fejn it-Teżor jipproċessa pagamenti mgħoddija lilu mid-diversi Ministeri u Dipartimenti u għaldaqstant biex wieħed ikollu stampa korretta ta' l-ammont pendenti jrid isir il-proċess ta' l-estimi supplimentari ta' kull Ministeru u Dipartiment f'nofs Diċembru. Wara li tagħlaq is-sena jkun magħruf jekk u kemm kontijiet ma tħallsux sa l-aħħar ta' Diċembru u li għaldaqstant ikunu ser jitħallsu fis-sena l-ġdida.
Il-politika tal-Gvern hi li ma jiġux eċċeduti l-fondi provduti fl-estimi u qed isir kull sforz ma' kull Dipartiment biex ma jitħallewx pagamenti pendenti ta' xogħol magħmul jew servizzi mogħtija.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid kemm intnefqu flus matul din is-sena fi printing fid-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'liema printing press saru dawn ix-xogħlijiet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Saħħa — Pazjenti li ntbagħtu għall-kura barra minn Malta
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm il-gvern ħallas għal pazjenti Maltin biex jiġu kkurati barra minn Malta fis-snin 2002, 2003 u 2004 (s'issa)? Kemm-il pazjent ġie msiefer, għal liema pajjiżi u għal liema tip ta' kura/operazzjonijiet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fis-snin imsemmija tħallsu l-ammonti:
Sena
Ammont Imħallas
2002
Lm388,992
2003
Lm429,583
2004 (sa 02/09/04)
Lm368,725
Numru ta' pazjenti li kellhom bżonn isiefru għall-kura kien:
Sena
No. ta' pazjenti li siefru
Ingilterra
Israel
2002
230
229
1
2003
240
239
1
2004 (sa 31/08/04)
175
174
1
Dawn il-pazjenti ntbagħtu għal investigazzjonijiet u operazzjonijiet speċjaliżżati fil-moħħ' fid-dahar, fl-għadam, fl-għajnejn, fil-widnejn, fl-imsaren, fil-kliewi. Intbagħtu wkoll pazjenti għal trapjanti tal-fwied u tal-mudullum u tfal għal operazzjoni fuq il-qalb.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet ta' hekk imsejħa heart bypasses fis-snin 2002, 2003 u 2004 (s'issa)?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li d-Data Management Unit fl-Isptar San Luqa għandu informazzjoni dwar l-operazzjonijiet kirurġiċi mis-sena 2002 sa' Ġunju 2004 mis-Surgical Operations Register ta' l-isptarijiet San Luqa u Karen Grech (SLH-KGH).
In-numru ta' operazzjonijiet reġistrati ta' Coronary Artery Bypass Grafts (CABG), hekk imsejħa heart bypasses, fis-snin 2002, 2003 u Jannar sa' Ġunju 2004 huma kif ġej:
Sena
Total ta' CABG's
2002
397
2003
476
2004 (Jan-Ġun)
262
Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tar-riforma tas-saħħa mentali?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li r-riforma fil-qasam mentali ilha tiġi implimentata b'mod inkrimentali għal numru ta' snin. Is-servizzi mentali issa qed jinfirxu fil-komunita' biex jgħinu aktar il-pazjenti fl-integrazzjoni tagħhom fis-soċjeta.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 8889 u 9255 u cioe' jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum? Jista' wkoll jindika kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba għal Mistoqsijiet Parlamentari Nru.8889 u 9255 hija kif qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żvilupp dwar il-post li kellu jiffunzjona bħala customer care centre fil-Belt Valletta u tteħditx deċiżjoni finali f'dan ir-rigward?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li deċiżjoni finali rigward il-Customer Care Centre għadha ma' tteħditx.
Public Private Partnership Scheme — Dar għall-anzjani
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk ġietx magħżula xi dar privata ta' l-anzjani oħra biex tagħti servizz taħt il-public private partnership scheme wara li l-bord ta' l-għażla kien iffinalizza r-rapport tiegħu?
Tista' il-Ministru tgħid x'inhu n-numru ta' households li qegħdin preżentament jirċievu s-servizz tal-home/help care? Minn dan in-numru kemm hemm households li fihom hemm aktar minn persuna waħda li qed tirċievi dan is-servizz? Kemm hemm persuni bi bżonnijiet speċjali li qed jirċievu dan is-servizz? Kemm hemm persuni li preżentament qed jistennew dan is-servizz?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' households li preżentament qed jirċievu s-servizz tal-Home Help huwa ta' 2347.
Minn dawn hemm 572 households li fihom hemm aktar minn persuna waħda li qegħdin jibbenefikaw minn dan is-servizz u 104 li huma persuni b'diżabilita'.
24 household ġew approvati mill-Bord u mistennija jibdew jirċievu s-servizz filwaqt li 40 applikazzjoni qegħdin jiġu pproċessati.
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi ġodda dwar il-ftuħ mill-ġdid tal-customer care unit f'San Vincenz de Paule?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Customer Care Unit f'San Vinċenz de Paule bħalissa qed ikun miftuħ nhar ta' Tnejn filgħodu u nhar ta' Erbgħa wara nofsinhar.
Jista' il-Ministru jgħid jekk is-somma ta' l-ispiża ta' l-isptar Mater Dei tinkludix l-interessi li jridu jitħallsu? X'inhi l-istima ta' kemm għandhom ilaħħqu dawn l-ispejjeż?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru donazzjonijiet tad-demm ġewwa l-bank tad-demm fis-snin 2002, 2003 u 2004 (s'issa)?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Dawn huma d-donazzjonijiet li saru fis-snin 2002, 2003 u 2004 (sa 27 ta' Awissu) fiċ-ċentri kollha tal-għoti tad-demm.
Sena 2002
Ċentru
Ammont
NBTC
9032
GGH
1676
MOB
3562
SMOM
1903
TOTAL
16173
Sena 2003
Ċentru
Ammont
NBTC
10038
GGH
1742
MOB
3535
SMOM
1373
TOTAL
16688
Sena 2004 (Sa 27 ta' Awissu)
Ċentru
Ammont
NBTC
5929
GGH
1249
MOB
2395
SMOM
871
TOTAL
10444
NBTC- Bank Nazzjonali tad-Demm
GGH- Bank tad-Demm ta' Għawdex
MOB- Mobile Unit
SMOM- Bank tad-Demm tal-Kavallieri