Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #21452 Sitting 436 2000-11-27 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentru tas-Saħħa — Siringi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi b'xejn miċ-ċentru tas-saħħa bejn Jannar u Ottubru ta' din is-sena? Kemm tqassmu lill-pażjenti diabetiċi u kemm lil min jieħu d-droga? Kemm kienet ammontat fis-sentejn ta' qabel?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Għall-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onor. Interpellant għal mistoqsija parlamentari numru 20802. Fl-istess perjodu ingħataw 183,650 siringa mill-ispiżeriji taċ-Ċentri tas-Saħħa lill-pazjenti li jsofru mid-dijabete. Il-figuri għas-sentejn ta` qabel kienu hekk (minn Jannar sa Diċembru). Pazjenti li jsofru mill-vizzju tad-droga Dijabetiċ i 1999 144,495 213,894 1998 104,169 140,805
Leg 9 PQ #21459 Sitting 436 2000-11-27 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fl-Isptar Monte Carmeli lill-pazjenti qed jingħatawlhom kutri ferm inferjuri u ta' kwalita' ħażina, fis-sens li tant ilhom jintużaw li saru rqaq daqs il-lożor u flok qed tintuża kutra waħda jkun hemm bżonn ta' tnejn jew aktar bi spiża akbar għas-swali?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-Management ta` l-Isptar għamel kuntatt ma diversi swali u ma nstabx li hemm xi problema dwar kutri li jinstabu f'kundizzjoni ħażina. Il-proċedura użata hi li meta dawn il-kutri jkunu qed jinħaslu fil-Laundry, jiġu magħżula biex dawk li huma f'kundizzjoni ħażina jiġu mwarrba u mibdula ma oħrajn ġodda. Jekk l-Onor. Interpellant jaf b'xi każ nitolbu jinfurmani bih.
Leg 9 PQ #21468 Sitting 436 2000-11-27 Oral · Interim From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fid-Diviżjoni tas-Saħħa li jieħdu xi forma ta' allowance fissa? Għal-liema raġuni jieħu din l-allowance u kemm jieħu f'termini ta' flus ta' din l-allowance?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #21470 Sitting 436 2000-11-27 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Ħaddiema - Passi dixxiplinarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittieħdu passi dixxiplinarji matul din is-sena u s-sena l-oħra kontra l-ħaddiema li jaħdmu fid-Diviżjoni tas-Saħħa? Liema gradi jokkupaw l-imsemmija ħaddiema? X'tip ta' passi dixxiplinarji ttieħdu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta` passi dixxiplinarji li 'ttieħdu matul is-snin 1999-2000 kontra ħaddiema li jaħdmu fid-Diviżjoni tas-Saħħa huwa kif ġej: SENA 1999 Gradi Misjuba Ħ atja Mhux Ħ atja Mwissija Mmultati Total Tobba 33 4 30 3 37 Infermiera u Qwiebel 20 20 18 2 40 Paramediċi 11 4 7 4 15 Klerikali 6 1 6 - 7 Sigurta` 18 15 15 3 33 Industrijali 15 6 6 9 21 Health Assistants/Hospital Auxiliaries 31 9 19 12 40 TOTAL 193 SENA 2000 Gradi Misjuba Ħ atja Mhux Ħ atja Mwissija Mmultati Pendenti Total Tobba 10 8 8 2 2 20 Infermiera u Qwiebel 6 35 6 - 45 86 Paramediċi 101 6 100 1 5 112 Klerikali 109 3 109 - 3 115 Sigurta` 31 16 29 2 10 57 Industrijali 32 16 29 3 22 70 Health Assistants/Hospital Auxiliaries 29 55 23 6 13 97 TOTAL 557
Leg 9 PQ #21473 Sitting 436 2000-11-27 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati każwali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm bdew jaħdmu mpjegati fuq bażi casual fid-Diviżjoni tas-Saħħa fl-FMS matul is-sena 1999 u din is-sena? Xi gradi kienu jokkupaw dawn il-ħaddiema? Kemm minnhom inqalbu fuq bażi permanenti mal-gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni dwar nies li bdew jaħdmu fuq bażi każwali fid-Diviżjoni tas-Saħħa fl-1999 u din is-sena hija kif ġej: 1999 Bdew jaħ dmu fuq baż i każ wali Inqalbu fuq baż i permanenti Enrolled Nurse 30 24 Health Inspector 6 6 House Surgeon (Dentistry) 8 8 Medical Laboratory Technologist 16 15 Pharmacist 1 1 Physiotherapist 2 2 Radiographer 2 2 Speech Therapist 15 15 Staff Nurse 60 2 Occupational Therapist 1 - 2000 Bdew jaħ dmu fuq baż i każ wali Inqalbu fuq baż i permanenti Enrolled Nurse 48 - Health Inspector 6 - Medical Officer 1 - Midwife 18 - Pharmacist 16 - Physiotherapist 10 - Speech Therapist 1 - Pharmacy Technician 2 - Radiographer 6 - Staff Nurse 43 - Dwar l-impjegati li għadhom ma nqalbux fuq bażi permanenti, s-sejħiet għall-applikazzjonijiet qed jiġu pproċessati mill-Kummissjoni dwar is-servizz Pubbliku ħlief fil-każ tal-Medical Officer. Fil-każ ta' l-F.M.S., ma ġie mpjegat ħadd fuq bażi casual matul is-sena 1999 u din is-sena.
Leg 9 PQ #21540 Sitting 436 2000-11-27 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Spiżżeriji Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kwota ta' spiżeriji ġodda li jistgħu jinfetħu skond il-popolazzjoni tal-lokalita'? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-spiżeriji ġodda f'Malta u Għawdex? Qed jinħargu liċenżji għall-spiżeriji ġodda? Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, kemm ħarġu liċenżji ġodda għall-spiżeriji ġodda tul l-1998, 1999, 2000 u fejn ħarġu? Jekk ir-risposta hi fin-negattiv, għaliex ma ħarġux liċenzji għal-spiżeriji ġodda, l-anqas fejn inqabżet il-kwota stabbilita?

Response (DEGUARA, LOUIS)

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 21540, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li permezz ta` l-Avviż Legali 117 ta` l-1996, il-ħruġ ta` permessi għal spiżeriji ġodda kien ġie liberalizzat. Għalhekk, kif teżisti l-liġi llum, ma hemmx kwota għal spiżeriji ġodda li jistgħu jinfetħu. Bħalissa hawn 298 l-applikazzjoni pendenti għal spiżeriji ġodda. Teżisti friża amministrattiva għall-ħruġ ta` permessi ġodda, għalkemm jeżistu każi speċifiċi fejn ħruġ ta` liċenzji xorta jistgħu jiġu kkunsidrati. Għalkemm fl-1998 ma ħarġu l-ebda liċenzji, fl-1999 inħarġu permessi għal żewġ spiżeriji ġodda, waħda l-Imtarfa u l-oħra l-Gżira (spiżerija għall-użu veterinarju), waqt li fl-2000 ħareġ permess wieħed, ġewwa l-Qala, Għawdex.
Leg 9 PQ #21541 Sitting 436 2000-11-27 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Liberalizazzjoni ta' l-Ispiżeriji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-Gvern preżenti rigward il-liberalizzazzjoni ta' l-ispiżeriji? Għaddejjin diskussjonijiet mal-Kmara ta' l-Ispiżjara dwar dan u jekk iva, hemm xi target date meta l-Gvern bi ħsiebu jieħu deċiżjoni finali?

Response (DEGUARA, LOUIS)

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 21541, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li għadhom għaddejjin d-deliberazzjonijiet fuq ir-rapport sottomess, għadu mhux previst xi target date biex tittieħed deċiżjoni finali.
Leg 9 PQ #21370 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Ġdid — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema tal-Kalaxlokk jaħdmu fuq il-proġett ta' l-isptar il-ġdida f'Tal Qroqq? Jista' jgħid jekk il-kumpannija Skanska hijiex tħallas tas-servizz li qed jagħtu dawn il-ħaddiema lill-Kumpannija Kalaxlokk? Jista' jgħid x'sengħa għandhom dawn il-ħaddiema u fil-fatt x'xogħol qed jagħmlu f'Tal Qroqq?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li: Hemm 33 ħaddiem mill-Kalaxlokk jaħdmu fuq il-proġett ta' Sptar Ġdid. Dawn kienu magħżula skond is-snajja meħtieġa. 2. Fil-mument Skanska Malta J.V. u l-Kalaxlokk qed jinnegozjaw Kuntratt ta' ħlas li għad irid jiġi approvat. 3. L-impjegati tal-Kalaxlokk għandhom is-snajja ta' Steel fixing, setting up form work (Shutterer) u Concreting.
Leg 9 PQ #21373 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar il-Ġdid — Ħaddiema Barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema barranin jaħdmu fuq il-proġett ta' l-isptar il-ġdid f'Tal Qroqq? Jista' jgħid kemm minnhom huma impjegati mal-fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi u kemm minnhom huma impjegati mal-kuntratturi li qed jaħdmu fuq il-proġett? Jista' jgħid ta' liema nazzjonalita' huma dawn il-ħaddiema u x'salarji qed jirċievu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li : Fil-mument hemm 67 ħaddiem barrani jaħdmu fuq il-proġett ta' Sptar Ġdid f'Tal-Qroqq. 2. Il-ħaddiema huma kollha mpjegati ma' Skanska Malta J.V. 3. Minn dawn hemm 37 Latvjani, 14 Taljani u 16 Jugoslavi. 4. Il-ħlas tagħhom hu wieħed ta' natura kummerċjali u għaldaqstant ma jistax jiġi żvelat.
Leg 9 PQ #21408 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Colostomy Bags

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment jipprovdix colostomy bags kif rakkmandat mill-konsulent għat-tifla ta' tmien snin li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #21441 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Dipartiment ta' l-Emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni ddaħħlu jew marru jagħmlu użu mid-Dipartiment ta' l-Emerġenza fl-Isptar San Luqa mill-bidu tas-sena sal-lum, xahar b'xahar bħala total globali?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li persuni li ddaħħlu jew marru jagħmlu użu mid-Dipartiment ta` l-Emerġenza fl-Isptar San Luqa minn Jannar 2000 sa Ottubru 2000 huma:- Jannar 8529 Frar 8379 Marzu 9289 April 8797 Mejju 9258 Ġunju 8945 Lulju 9389 Awwissu 9249 Settembru 8760 Ottubru 8469
Leg 9 PQ #21330 Sitting 434 2000-11-22 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bl-ismijiet tan-nies li jiffurmaw dawn il-bordijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-lista qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #21346 Sitting 434 2000-11-22 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Emergency Section

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li mill-bidu nett tas-sena d-dieħla fl-Emergency Section ta' l-Isptar San Luqa u fil-Health Centres jibdew jiġu rekordjati l-casualties minn korrimenti fuq il-post tax-xogħol? Jikkonsidrax li dawn jiġu ċertifikati f'records speċjali mqassma b'dettalji dwar: f'liema ażjenda, minor accident, medium accident etc inkluż s-sess ta' l-individu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-preżent, is-sistema ta' reġistrazzjoni ta' pazjenti fl-Emerġenza ma tisseparax r-records ta' pazjenti li sofrew injuries fuq il-post tax-xogħol. Ninsab infurmat illi matul l-2001 ser tiġi installata sistema diġitali ta' records fl-Emerġenza. B'din is-sistema d-Dipartiment ikun jista` jimmarka dawk r-records ta' pazjenti li sofrew injuries fuq ix-xogħol biex ikun jista` jsir auditing u statistika.
Leg 9 PQ #21349 Sitting 434 2000-11-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Mt Carmel Hospital — Supervisors

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx supervisors fuq il-cleaners f'Mt Carmel Hospital li għandhom użu ta' karozza tal-gvern? Jekk iva, x'inhu xogħolhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li ma hemm ebda supervisors fuq il-cleaners f'Monte Carmeli li għamlu użu ta' karozzi tal-gvern.
Leg 9 PQ #21350 Sitting 434 2000-11-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Sptar Monte Carmeli - Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk cleaners li hemm f'Mt Carmel Hospital, Attard humiex qed jagħmlu xogħol ukoll barra l-isptar Mt Carmel? Jekk iva, fejn?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-cleaners ta' l-Isptar Monte Carmeli ma jagħmlu ebda xogħol iehor barra l-isptar.
Leg 9 PQ #21351 Sitting 434 2000-11-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Health Information Unit — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux isir overtime fil-Health Information Unit, Valletta? Jekk iva, kemm sar, ġurnata b'ġurnata u kemm hija l-ispiża?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-Ministeru tas-Saħħa ma hemmx Health Information Unit, Valletta.
Leg 9 PQ #20057 Sitting 433 2000-11-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Inkjesti fuq Każi ta' Mwiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 10738?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma tinfetaħx inkjesta kull meta jkun hemm mewt fl-Isptar San Luqa. Huma ċ-ċirkostanzi tal-mewt li jiddettaw jekk tinfetaħx inkjesta jew le. Il-familjari għandhom dritt li jaraw biss ir-records mediċi ta' persuna mejta u dan wara li d-divizjoni tistabbilixxi d-dritt leġali tagħhom għal-aċċess għal tali rekords mediċi. Dan għaliex l-inkjesti infushom isiru għal għanijiet amministrattivi.
Leg 9 PQ #20936 Sitting 433 2000-11-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Out-Patient Department

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa available l-ewwel appuntament għal kull konsulent f'l-outpatient department u x'tip ta' xogħol jagħmel kull konsulent in kwestjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #21067 Sitting 433 2000-11-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Persuni mibgħuta barra għal kura

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ntbagħtu barra għal kura bejn Jannar u Ottubru ta' din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' pazjenti li ntbagħtu għal-kura barra minn Malta mill-1/1/00 sa 31/10/00 huwa 223.
Leg 9 PQ #21277 Sitting 432 2000-11-21 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jiċċara l-policy li biha qed jimxi d-Dipartiment tas-Saħħa meta persuna ma ssibx mediċina (pilloli) fis-suq imma tkun available l-isptar peress li dan l-aħħar persuna li kellha bżonn Acetozolanide (Dianinox) li ma sabitx tixtriha minn spiżeriji fil-lokal (Żabbar) iżda meta marret l-ispiżerija ta' l-Isptar San Luqa din ma tħallitx tixtriha minkejja li kellha riċetta iffirmata mill-ispiżjar li dan ma kellux dawn il-pilloli kontra l-glawkoma?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li d-Dipartiment tas-Saħħa jbiegħ mediċini li jkunu 'out of stock' fl-Ispiżeriji privati biss meta jkollu stokk adekwat għal bżonnijiet tiegħu.