Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #13484 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tal-Finanzi

Lira Maltija — Denominazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' muniti ta' diversi denominazzjonijiet tal-lira Maltija li nħarġu fiċ-ċirkulazzjoni f'Malta?

Response (DALLI, JOHN)

Jekk l-Interpellant qiegħed jirreferi għall-muniti li l-bank Ċentrali għadu fiċ-ċirkolazzjoni, l-figuri għal-31 ta` Jannar 2000 fid-diversi denominazzjonijiet huma dawn li ġejjin: Denominazzjoni Ammont Lm 2 mils 17,643 3 mils 21,888 5 mils 36,456 1 cent 480,846 2 cents 1st Series 458,857 2 cents 2nd Series 366,606 5 cents 1,162,681 10 cents 2,405,715 25 cents 1st Series 395,877 25 cents 2nd Series 2,041,299 50 cents 1st Series 1,064,540 50 cents 2nd Series 2,880,667 Lm 1 4,861,391 Total 16,194,466
Leg 9 PQ #13590 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Bank Ċentrali — Rapporti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Bank Ċentrali jibda jagħmel kif jagħmlu banek ċentrali oħrajn u jibda jippubblika perjodikament offical central bank forecasts kif ukoll inflation reports?

Response (DALLI, JOHN)

Il-Bank Ċentrali ta` Malta ta` kull sena jagħmel tbassir fuq it-tkabbir ekonomika kif ukoll fuq indikaturi ekonomċi oħra għal skopijiet interni, b`mod partikolari għall-iskop tat-tfassil tal-politika monetarja. Barra minn hekk, il-Bank jikkumenta fuq il-prospetti ekonomiċi għas-sena li tkun ġejja fir-Rapport Annwali tiegħu. Il-Bank jikkumenta wkoll fuq x`inhu mistenni jseħħ fl-ekonomija fir-Rivista tiegħu ta` kull tliet xhur. Għal dak li għandu x`jaqsam ma rapporti dwar l-inflazzjoni, ta` min wieħed isemmi li l-politika monetarja tal-Bank Ċentrali ta` Malta m`hijiex ibbażata fuq `inflation targeting` u għalhekk il-Bank ma jippubblikax rapporti dwar l-inflazzjoni bħalma jagħmlu xi banek ċentrali barranin li jiffissaw `inflation target` bħalma huma dawk tar-Renju Unit, in-Norveġja, l-Iżvezja u New Zealand. Għalkemm l-għan ewlieni tal-politika monetarja tal-Bank Ċentrali ta` Malta hu li l-prezzijiet jibqgħu kemm jista` jkun stabbli, il-Bank jipprova jilħaq dan il-għan billi jżomm ir-rata tal-kambju tal-lira Maltija marbuta ma` baskett ta` muniti ta` pajjiżi, jew gruppi ta` pajjiżi, li jħaddnu politika monetarja li għandha l-għan li żżomm l-inflazzjoni fuq livell baxx.
Leg 9 PQ #13662 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru tal-Finanzi

MFSC — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jinformana kif ġew appuntati mill-MFSC (Malta Financial Services Centre) il-konsulent Anthony Fisher, Bell Pottinger Communications u Oppenheimer Wolff and Donnelly LLP? Kif ġew appuntati il-konsulenti lokali fuq il-leġislazzjoni dwar servizzi ta' investiment; fuq il-leġislazzjoni dwar insurance; fuq att dwar il-kumpanniji; fuq il-leġislazzjoni dwar it-Trusts; u fuq il-Professional Secrecy and Insider Trading Acts? F'kull każ, ħarġet sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet f'Malta u/jew barra? X'kienu l-kwalifiki rikjesti? Kemm qed jitħallsu l-konsulenti u x'inhu t-terminu ta' żmien tal-kuntratt tagħhom? Il-Ministeru tal-Finanzi kien involut fl-għażla? Jekk iva, kif?

Response (DALLI, JOHN)

Il-konsulenti msemmija ġew appuntati mill-Board tal-Gvernaturi tal-MFSC sabiex jagħmlu id-direct marketing għan-nom taċ-Ċentru barra minn Malta u sabiex jgħollu il-profil u reputazzjoni ta` Malta bħala lokazzjoni tajba għal-kummerċ u servizzi finanzjarji. Il-kriterji li fuqhom ġew magħżula il-konsulenti mill-Board tal-Gvernaturi kienet l-esperjenza li dawn il-konsulenti għandhom filqasam li ġie assenjat lilhom. Peress li Anthony Fisher kien diġa involut mill viċien meta kienu saru l-liġijiet finanzjarji fl-1994, inħasset l-utilita li jerġa jitqabbad hu sabiex jikkoordina ix-xogħol kollu fuq il-liġijiet li ser jittwettaw lokalment u sabiex jeżaminhom mill-perspettiva internazzjonali. Il-konsulenti lokali tqabbdu għal perijodu massimu ta` sitt xhur, filwaqt li il-konsulenti Anthony Fisher u Bell Pottinger Communications tqabbdu għal-tlett snin iżda t-terminu tal-kuntratti huw revidibbli wara sena. Id-ditta estera ta` avukati internazzjonali Oppenheimer Wolff u Donnelly LLP tqabbdu għal perjodu ta` sena. Parti mill-ħlasijiet dovuti lill-konsulenti iridu jiġu komputatu b`mod daqxejn kompless għax jiddependi mix-xogħol kif jiġi gradwalment imwettaq, iżda il-figuri basiċi fis-sena huma: A Fisher 60,000 Sterling Bell Potter Communications 120,000 Sterling Oppenheimer Wolff and Donnelly 120,000 U$ Il-ħlassijiet dovuti lil konsulenti lokali li tqabbdu barra miċ-Ċentru ivarjaw skond l-entita` tax-xogħol assenjat lilhom iżda f`kull każ ġie iffissat limitu massimu ta` Lm5000 kull konsulent. Il-Ministeru tal-Finanzi ma kienx involut fl-għażla tal-konsulenti.
Leg 9 PQ #12449 Sitting 233 2000-02-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Malta Stock Exchange — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tal-Malta Stock Exchange? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Bejn is-16 ta` Settembru 1999 u l-4 ta` Jannar 2000 saru żewġ trasferimenti minn uffiċċju għall-ieħor fi ħdan il-Borża. Dawn iż-żewġ trasferimenti ngħataw skond l-eżiġenzi tax-xogħol.
Leg 9 PQ #13038 Sitting 233 2000-02-02 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Liġi dwar l-Użura

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern preżenti għandux il-ħsieb li jgħaddi xi liġi dwar l-użura? Jista' jgħid x'inhi l-policy tal-gvern f'dan il-kuntest?

Response (DALLI, JOHN)

Hemm il-ħsieb li l-gvern jgħaddi liġi dwar l-użura.
Leg 9 PQ #13057 Sitting 233 2000-02-02 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Professjonisti — VAT - Refund

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk professjonist li jagħmel użu mit-trasport minħabba n-natura tal-professjoni tiegħu huwiex intitolat għar-refund tal-VAT imħallas fuq il-petrol, anke jekk din ma tkunx vettura kummerċjali?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-liġi tal-VAT ma tippermettix li jingħata ħlas lura tal-VAT fuq il-petrol lill-professjonisti li jagħmlu użu mit-trasport minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom.
Leg 9 PQ #12446 Sitting 232 2000-02-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi Interni — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Mis-16 ta` Settembru 1999 sal-4 ta` Jannar 2000 ingħataw erbgħa (4) trasferimenti fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni. Tnejn ġew trasferiti fuq talba tal-MPO, oħra kienet fuq talba tal-impjegata nnifisha u ieħor skond l-eżiġenza tas-Servizz. Jistgħu jsiru xi trasferimenti oħra fil-futur qarib, dejjem skond l-eżiġenza tas-Servizz.
Leg 9 PQ #12447 Sitting 232 2000-02-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tad-Dwana — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Dwana? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar traferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Bejn is-16 ta` Settembru 1999 u l-4 ta` Jannar 2000 saru 23 trasferimenti interni li fosthom 19 kienu fil-Branka tal-Customs Class waqt li 4 kienu fost tal-General Service. Kien hemm żewġ trasferimenti barra d-Dwana fuq talba tagħhom u żewġ transfers għad-dipartiment, wieħed ġie mill-Posta u l-ieħor mid-Dipartiment of Civil Aviation. Ir-raġunijiet għal trasferimenti li saru u li jibqgħu jsiru perjodikament fid-Dipartiment ingħataw lill-Onorevoli Interpellant għall-mistoqsija tiegħu numru 2673 fis-Seduta 38.
Leg 9 PQ #12448 Sitting 232 2000-02-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Uffiċċju tal-VAT — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema ta' l-Uffiċċju tal-VAT? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-traferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bejn is-16 ta` Settembru 1999 sal-4 ta` Jannar 2000 kien hemm ħames (5) impjegati Għawdxin li fil-11 t`Ottubru 1999 ġew trasferiti mid-Dipartiment tal-VAT biex jaħdmu Għawdex. Għalkemm in-numru ta` trasferimenti jinżamm limitat kemm jista` jkun, dejjem jistgħu jinqalgħu ċirkustanzi fil-futur li jkunu jirrikjedu li jsir xi trasferiment.
Leg 9 PQ #13240 Sitting 232 2000-02-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna li tmexxi tuck shop hijiex obbligata li tagħti rċevuta fiskali lill-istudenti li jkunu xtraw ikel u xorb? Kemm saru żjajjar minn spetturi tal-VAT fl-iskejjel matul din is-sena skolastika li bdiet f'Settembru 1999? F'liema skejjel marru? Sabu x'irregolarita' fil-ħruġ ta' rċevuti fiskali?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skond l-Avviż Legali Numru 201 ta` l-1999 li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tat-23 ta` Novembru 1999, persuna li tagħmel provvista ta` minn canteen li jkun jinsab f`area tax-xogħol jew studju tista` tapplika bil-miktub għand id-Dipartiment tal-VAT għal awtorizzazzjoni biex tkun tista` toħroġ irċevuta fiskali waħda f`kull jum, imsejħa rċevuta ta` kuljum, li tkun tkopri l-provvista kollha magħmulin f`kull jum. Sadattant, id-Dipartiment qed jieħu ħsieb biex isiru żjajjar fit-tuck shops ta` l-iskejjel biex ikun aċċertat li dawn ir-regolamenti l-ġodda qed jiġu osservati.
Leg 9 PQ #12440 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Y2K

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus biex jittieħdu l-miżuri mill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex tiġi evitata l-problema tal-Y2K (Millenium Bug)? Jista' jgħid min kien inkarigat li jagħmel dan ix-xogħol u fuq liema kriterji ntgħażel?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tagħrif mitlub qed jitqiegħed fuq fil-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #12974 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Karozzi Impressed

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu karozzi impressed miegħu? Jista' jgħid kemm hemm mal-Ministeru jew dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'inhi s-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema llum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Għall-ewwel parti tal-mistoqsija ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi m`hawn l-ebda karozza impressed fid-dekasteru tiegħi. Għall-aħħar parti tal-mistoqsija, nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru għall-Politika Soċjali.
Leg 9 PQ #13075 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Edukazzjoni

Question

Jista'l-Ministru jgħid jekk sarux studji jew hux qed isiru studji dwar impożizzjoni ta' VAT fuq ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu ma' l-edukazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mhux il-każ li saru jew qed isiru studji dwar l-impożizzjoni ta` VAT fuq l-edukazzjoni.
Leg 9 PQ #13076 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Ikel

Question

Fid-dawl ta' l-istudji li saru jew li qed isiru dwar il-possibbilta' ta'impożizzjoni ta' VAT fuq l-ikel, jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-prodotti li qed jiġu kkonsidrati fl-istudji?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mhux il-każ li saru jew qed isiru studji dwar l-impożizzjoni ta` VAT fuq l-ikel.
Leg 9 PQ #13094 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Pensjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'wassal lid-dipartiment tas-sigurta' soċjali li anzjani li għandhom jagħtu taxxa lill-gvern tinqatagħlhom mill-pensjoni? Id-dipartiment ra li b'din il-miżura se jonqos il-mezz ta' l-għajxien ta' l-anzjani? Id-dipartiment qiegħed jitlob mill-anzjani jħallsu fi żmien stipulat? Jista' jgħid jekk sarx ftehim minn qabel ma' l-anzjani u l-pensjonanti?

Response (DALLI, JOHN)

Qabel daħlet is-sistema tal-FSS f`Jannar ta` l-1998, ħafna mill-pensjonanti kien ikollhom it-tnaqqis tat-taxxa mill-pensjoni taħt is-sistema tal-PAYE. Dan ma setax jibqa` jsir minħabba l-mod kif topera l-FSS u għalhekk dawn il-pensjonanti ġew inkorporati fis-sistema tat-taxxa proviżorja. Peress li dan kien qed ikun ta` inkonvenjent u skomdu żejjed għall-pensjonanti, id-Dipartiment għamel arranġamenti mad-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali biex jaddotta s-sistema tal-FSS b`mod li tkun tkopriwkoll lill-pensjonanti li jkollhom iżjed minn pensjoni waħda u li flimkien ikunu jaqbżu t-Lm3,000 f`każ ta` persuni waħedhom u l-Lm4,000 f`każ ta` miżżewġin. Dan l-arranġament bl-ebda mod m`hu se jnaqqas il-mezz ta` l-anzjani peress li se jibqgħu jħallsu l-istess ammont ta` taxxa fis-sena bid-differenza biss li fejn qabel kienu jħallsu dan l-ammont maqsum fi tliet darbiet, issa dan l-istess ammont ta` taxxa se jibda jinqata` ftit ftit matul is-sena kollha. Ninsab infurmat li d-Dipartiment kellu konsultazzjonijiet mal-Kunsill Nazzjonali ta` l-Anzjani dwar l-arranġamenti u l-proċedura li se tkun addottata u kien hemm qbil dwar dan is-suġġett kif ukoll dwar materji oħra ta` taxxa konnessi mal-anzjani.
Leg 9 PQ #13205 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

Kummissarju tat-Taxxi Interni

Question

Issa li l-Ombudsman qed jirrikmanda bidla fil-liġi biex tingħata eżenzjoni fuq bażi individwali lil kull min japplika lill-Kummissarju tat-Taxxi Interni fil-każ ta' rġiel separati bonarjament u li jħallsu l-manteniment, iżda xorta waħda baqgħu kkonsidrati bħala single għal finijiet ta' taxxa, jista' l-Ministru jgħid meta din il-bidla se ssir?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni qiegħed jeżamina x`emendi huma meħtieġa fl-Income Tax Act dwar dan is-suġġett. Dawn mistennija jkunu inkorporati f`Abbozz ta` liġi li jkompli jemenda l-Att dwar l-Income Tax fi żmien qasir.
Leg 9 PQ #13207 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi — Refunds

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta d-Dipartiment tat-Taxxi se jħallas lura r-refunds fuq taxxa li tħallset żejda fis-snin l-imgħoddija?

Response (DALLI, JOHN)

Id-Dipartiment perjodikament iħallas ir-refunds fuq taxxa li tħallset żejda fis-snin l-imgħoddija, dejjem fil-limiti tal-flus ivvotati fil-Budget għal kull sena finanzjarja. Għas-sena 1999 il-limitu kien ta` Lm3,000,000 u matul l-1999 tħallsu refunds għal dan l-ammont. Għas-sena 2000 l-ammont involut huwa wkoll ta` Lm3,000,000 u huwa stmat li jitħallsu refunds għal dan l-ammont matul l-2000. Taħt is-sistema l-ġdida tas-self assessment, taxxa mħallsa żejda matul sena partikolari tiġi mħallsa lura fi żmien 6 xhur skond il-liġi u għalhekk dawn ir-refunds mhux se jibqgħu jinġemgħu.
Leg 9 PQ #13267 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Importazzjoni — Tneħħija ta' levy

Question

Jista'l-Ministru jgħid x'kien il-valur ta' oġġetti mportati bejn l-1 u t-23 ta' Jannar, 2000 ta' prodotti li tneħħietilhom il-levy fuqhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi minħabba li d-database ta` l-ASYCUDA jkun konsolidat fl-aħħar ta` kull xahar l-istatistika mitluba tkun tista` tingħata fl-ewwel jumejn jew tlieta ta` Frar.
Leg 9 PQ #13297 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Finanzi

Budget 2000 — Kumpens ta' Lm10

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata l-kumpens ta' darba ta' Lm10 lil kull persuna li fil-Budget 2000 ġie mwiegħed li se jingħata f'Jannar 2000?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat illi l-kumpens imsemmi beda jitqassam fit-28 ta` Jannar 2000.
Leg 9 PQ #13408 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi

Question

Minħabba dak li deher fil-media li l-Ministeru tas-Saħħa se jibda jinnotifika "for information purposes" nies li jieħdu health care dwar kemm individwu jkun qed jiswieh lill-gvern għal dak li huwa servizz ipprovdut, jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern hux qed jesplora l-feasibility li jintroduċi li kunċett ta' income in kind for tax purposes, u jekk iva, sarux jew hux qegħdin isiru xi studji f'dan ir-rigward?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija fin-negattiv.