Legislature:
Category:
Reset
Active:

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Taxxi/Tariffi

Question

Tista' il-Ministru tgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnha, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtha minn Ottubru 2004 sal-lum? Tista' tindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li minn Ottubru 1994 sal-lum iddaħħlet tariffa ta’ Lm10 mill-Bord dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali u mill-Bord dwar il-Professjoni tal-Psikoloġija, liema bordijiet ġew imwaqqfa għall-ewwel darba matul il-perijodu msemmi. Din it-tariffa hi marbuta ma’ l-applikazzjonijiet, l-ipproċessar u l-ħruġ ta’ warrant biex persuna tipprattika waħda minn dawn il-professjonijiet. Ninsab infurmata li ma kien hemm ebda taxxa, tariffa jew miżata oħra li ddaħħlet jew ġiet riveduta mid-Dipartimenti, awtoritajiet, istituzzjonijiet jew aġenziji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, matul l-istess perijodu.

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm ġew allokati postijiet mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali, lokal lokal, matul is-sena 2005? Tista' tgħid lil min ġew allokati, eżempju ġuvni, single parent, miżżewġa, separat, eċċ.?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorita' tad-Djar — Bini ta' postijiet

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm qed jinbnew appartamenti, maisonettes, djar u garages mill-awtorita' tad-djar bħalissa? F'liema lokalita' qegħdin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni b'diżabilita'

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm persuni b'diżabilita' li applikaw biex jidħlu f'xi home għal dawn il-persuni fis-sena 2005-2006?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għas-servizz residenzjali għall-persuni b’diżabilita’ provdut mill-Aġenzija Sapport, ninsab infurmata li fis-sena 2005 u 2006, sa issa, din l-Aġenzija rċeviet 23 applikazzjoni għal dan is-servizz.

Appartament tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta mistennija ssir spezzjoni mill-ħaddiema tad-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar fil-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jiġi spezzjonat il-fond indikat.

Awtorita' tad-djar — Servizz ta' care & repair

Question

Tista' il-Ministru tara li l-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li jinsab f'kondizzjoni mhix tajba, jiġi rranġat u din l-anzjana miż-Żejtun tibbenefika mis-servizz tal-care & repair?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant inġieb għall-attenzjoni ta' l-Awtorita' tad-Djar fis-16 ta' Jannar 2006 li bagħtet perit li ċċertifika li saqaf irid jinbidel u l-post għandu bżonn xi xogħlijiet oħra. Il-persuna konċernata ġiet infurmata b'dan u immedjatament intbagħtitilha applikazzjoni taħt Skema Z flimkien ma' ittra dettaljata li turi d-dokumenti li l-persuna kellha bżonn tipproduċi. Ninsab infurmata li din il-ġimgħa l-persuna konċernata infurmat lill-Awtorita' li m'għadiex interessata li tirranġa l-post.

Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'tama hemm li xebba omm li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tieħu post mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma għandu ebda applikazzjoni pendenti mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Diretturi/Chairpersons

Question

Tista' il-Ministru tgħid min huma d-diretturi u ċ-chairpersons tal-kumpanniji, enti u bordijiet li jaqgħu taħtha? Tista' tgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandhom kull wieħed minnhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sigurta' Soċjali — Servizz ta' home help

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm persuni li għandhom is-servizz tal-homehelp u minn liema lokalita' huma?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ebda Dipartiment jew entita’ li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħi ma jipprovdu s-servizz indikat mill-Onor. Interpellant. Għalhekk nitolbu jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Appartament tal-gvern — Tromba tat-taraġ

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir upgrading fil-parti komuni u t-tromba tat-taraġ tal-binja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jiġi spezzjonat il-fond indikat u jiġi determinat ix-xogħol meħtieġ.

Bormla — Hubbard Flats

Question

Tista' il-Ministru tgħid x-xogħol mistenni jsir din is-sena f'Hubbard Flats, Bormla?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar jagħmel xogħlijiet ta' tiswija fi blokki tal-Gvern fid-dawl tal-prijoritajiet u r-riżorsi disponibbli. Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika x-xogħol li qed jirreferi għalih fil-Mistoqsija tiegħu.

Appartament tal-gvern — Dħul ta' ilma f'bokka tal-lift

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'passi qed jieħu l-ministeru tagħha rigward ilma li meta tagħmel ix-xita qiegħed jidħol maż-żewġ piedi ilma fil-bokka tal-liftta' appartament li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt l-ilment ta' l-Onor Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jiġi spezzjonat il-fond indikat u jiġi determinat ix-xogħol meħtieġ.

Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex xebba omm mill-Isla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali għall-post alternattiv għadha ma ħaditx post?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.

Awtorita' tad-djar — Twaqqigħ ta' fond

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, hux mistenni jitwaqqa'? Meta mistenni jibda l-proġett? Fejn mistennija jmorru jgħixu l-inkwilini?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-fond indikat mill-Onor. Interpellant qed jiġi kkunsidrat għal proġett ta' riġenerazzjoni urbana. Dan il-proġett għadu fil-fażi inizjali u għad iridu jsiru l-pjanti u jintalab il-permess mill-MEPA. Għalhekk f'dan l-istadju hu prematur li nwieġeb għall-aħħar żewġ partijiet tal-Mistoqsija.

Sedqa — Persuni li rrikorrew għall-għajnuna

Question

Tista’ il-Ministru tgħid kemm din is-sena kien hemm nies li rrikorrew għand is-SEDQA biex tgħinhom jegħlbu l-problema tax-xorb tagħhom? Liema kienet l-iżgħar eta’?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li bejn Jannar u Diċembru 2005 kien hemm 348 persuna li rrikorriet għand l-Aġenzija Sedqa minħabba problema ta' l-alkoħol. L-iżgħar minn dawn il-persuni kellha 15-il sena.

Sedqa — Impjegati tas-Servizz Pubbliku li rrikorrew għall-għajnuna

Question

Tista’ il-Ministru tgħid kemm kienu l-impjegati tas-servizz pubbliku jew aġenziji tal-Gvern li ġew referuti lis-SEDQA biex jindirizzaw il-problema tax-xorb fuq il-post tax-xogħol fl-aħħar ħames snin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li bejn Jannar 2001 u Diċembru 2005 kien hemm 9 persuni mis-settur pubbliku, inkluż aġenziji tal-Gvern, li ġew referuti għand l-Aġenzija Sedqa minħabba problema ta' l-alkoħol fuq il-post tax-xogħol.

Persuni li għaddew bord

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kien l-ammont ta' persuni li għaddew bord, maqsuma skond il-lokalita', tul l-2005?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-persuni li bdew jirċievu Pensjoni għall-Invalidita' mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, jien infurmata li n-numru totali ta' dawk li bdew jirċievu din il-pensjoni matul l-2005 kien ta' 1,181. Ninsab infurmata wkoll li, peress li l-lokalita' ta' fejn wieħed jgħix mhix waħda mill-kundizzjonijiet biex wieħed jirċievi din il-pensjoni, ma tinżammx statistika dwar il-lokalita' ta' fejn jabitaw dawn il-benefiċjarji.

Sigurta' Soċjali — Pensjoni ta' l-Invalidita'

Question

Tista’ il-Ministru tgħid x'kien in-numru ta' talbiet u talbiet aċċettati għal Pensjoni għall-Invalidita’ mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali fl-aħħar ħames snin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorita' tad-Djar — Fond fi stat perikoluż

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, hux perikoluż u/jew ikkundannat skond il-periti tal-gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt id-dettalji provduti mill-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jiġi spezzjonat il-fond indikat.