Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skejjel — Għajnuna ta' Psychologists

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm każi fejn skejjel talbu għall-għajnuna ta' psychologists?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bejn Jannar u Diċembru 2004, kien hemm 403 każi fejn skejjel talbu għall-għajnuna ta' psikoloġisti. Bejn Jannar u Diċembru 2005, kien hemm 407 każi riferuti. F'Jannar u Diċembru 2006, kien hemm 124 każi riferuti. Dawn il-każi jinkludu każi ta' mġieba ħażina, problemi fl-edukazzjoni u fit-tagħlim, problemi ġejjin mill-familja, li jirriflettu ruħhom fl-iskola, kif ukoll ħafna talbiet għal Special Examination Arrangements għall-eżamijiet tal-Junior Lyceum, Common Entrance Examinations, S.E.C. u MATSEC.

Skejjel — Għalliema Peripatetiċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm għalliema peripatetiċi fil-qasam tal-mużika fl-iskejjel statali? Kemm hemm minnhom li se jirtiraw sa Ġunju li ġej? X'passi se jittieħdu biex jimtlew il-postijiet battala, meta u kif se jimtlew?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' għalliema peripatetiċi fil-qasam tal-mużika huwa tmienja f'Malta u tlieta f'Għawdex. Hemm tnejn oħra li jgħallmu l-mużika u huma activity teachers. Ser issir talba mid-Dipartiment tal-Kurrikulu biex jiżdiedu l-għalliema peripatetiċi fil-Mużika biex f'Settembru jibdew jgħallmu.

Skejjel — Assenteiżmu

Question

Fit-tieni term ta' din is-sena skolastika, jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-persentaġġ ta' assenteiżmu mill-iskejjel ta' l-istat, primarji u sekondarji? Jista' jgħid ukoll liema skola tal-bniet u tas-subien li l-aktar kien hemm persentaġġ għoli ta' studenti assenti? F'liema skejjel kien l-aktar baxx?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif għadu qed jiġi verifikat, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Xogħlijiet mal-Gvern

Question

Peress li ħafna żgħażagħ qed imorru japplikaw għal xogħlijiet mal-gvern li jirrikjedu O level standard, u peress li kulmin għandu l-marki 6 u 7 qed tiġi rifjutata l-applikazzjoni tagħhom, jista' allura l-Ministru jgħid O level marka 6 jew 7 x'jista' isir bih u għalxiex jiġi rikonoxxut?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-eżamijiet tal-MATSEC fil-livell tas-SEC l-livell il-marki mill-1 sas-7 huma kollha gradi li jingħataw skond kriterji stipulati skond ir-regolamenti li se jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Għalkemm il-marki mill-1 sas-7 juru li l-istudent leħaq xi grad tal-livell ordinarju jiddipendi minn min qed jimpjega biex jistabilixxi l-kriterji rikjesti għall-impjieg. Hemm korsijiet ukoll fl-MCAST u fl-ITS li jaċċettaw studenti grad ta’ 6 u 7.

Kulleġġ San Benedittu

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk saritx xi ħsara fuq ix-shelters u fuq l-imtali waqt il-ħidma fuq il-bini tal-kulleġġ San Benedittu f'Ħal Kirkop?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma saret l-ebda ħsara fuqhom. Informat ukoll li x-xelters u l-ħajt ta' l-Imtali kienu protetti u 'monitored' waqt il-perjodu tal-kostruzzjoni skond kif rikjest fil-permess tal-MEPA.

MCAST — Electrical Installation Licence B

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-istudenti ta' l-electrical installation licence B tat-tieni sena ta' l-MCAST ġewwa Għawdex riċentement tneħħielhom l-istipendju? Jista' jgħid ukoll x'inhi r-raġuni li bagħtulhom karta mill-ETC li jekk ma jsibux sponsor sa l-aħħar ta' April dawn se jinqatgħu mill-isponsor scheme? Jista' jgħid x'soluzzjoni jew għajnuna se tingħata lil dawn l-istudenti li ma jsibux sponsor? Jista' il-Ministru jikkonferma li l-ismart card ta' dawn l-istess studenti ġiet magħluqa u li hemm studenti li tilfu l-flus għax ma laħqux użawha?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kors ta' l-Electrical Licence B huwa kors ta' apprendistat u f'dan il-kas ifisser li l-apprendist obligat jattendi l-MCAST biex jitgħallem it-teorija tas-sengħa u l-jumejn l-oħra fuq il-post tax-xogħol fuq is-sengħa. Dawk l-apprendisti li jattendu l-MCAST u l-post tax-xogħol għat-taħriġ għandhom dritt għall-istipendju. Informat ukoll li l-apprendisti msemmija ma jattendux għat-taħriġ fuq il-post tax-xogħol. L-iSmart Card ta' dawk li jattendu l-MCAST regolari ma ġietx magħluqa u jibqgħu intitolati għall-istipendju jekk jattendu regolarment. Informat ukoll li l-istudenti msemmija kienu applikaw biex isegwu l-Iskema ta' Taħriġ Estiż (Extended Skill Training Scheme) bħala 'Electricians'. Sforzi minn naħa tal-Korporazzjoni biex dawn jinstabilhom 'sponsor' ma kienux pożittivi u għaldaqstant l-Korporazzjoni bagħtet avviż li jekk l-affarijiet jibqgħu kif inhuma, l-applikazzjoni tagħhom biex isegwu apprendistat tigi kkanċellata.

Każ dwar studenta

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'għajnuna u x'passi ttieħdu mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni sabiex tifla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li tbati mid-dyslexia tingħata l-għajnuna li għandha bżonn? Jista' jgħid jekk il-ministeru u/jew id-diviżjoni rċevewx xi lmenti dwar dan il-każ? Jekk fl-affermattiv, x'passi ttieħdu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-tifla konċernata ġiet assessjata għall-ewwel darba mill-Special Learning Difficulties Unit fid-9 ta' April 2001. Ġiet ukoll assessjata mis-School Psychological Unit fit-30 ta' Novembru 2001. Fl-20 ta' Ġunju 2003 ġiet mgħotija għajnuna lill-ġenituri dwar kif jistgħu jgħinu lit-tifla tagħhom. Huwa maħsub li fil-futur qarib membri tal-Unit tad-Dyslexia jagħtu sensiela ta' lectures fejn il-ġenituri jiġu mogħtija aktar tagħrif dwar din il-kundizzjoni. Informat ukoll li d-Dipartiment konċernat ma' rċieva l-ebda lment dwar dan il-każ.

Birkirkara — Skola Primarja

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom qatt ma ngħata l-għajnuna meħtieġa t-tifel li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li jattendi klassi 6 ta' l-iskola primarja ta' Birkirkara, minkejja li saret applikazzjoni għall-għajnuna erba' snin ilu? Tista' tingħatalu din l-għajnuna? F'liema skola sekondarja se jintbagħat x'ħin itemm l-edukazzjoni primarja fi ftit xhur oħra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma hemm pendenti l-ebda applikazzjoni la riċenti u lanqas li tressqet erba' snin ilu sabiex jiġi konsidrat xi servizz ta' appoġġ speċjali jekk dan hu x'qed jifhem l-Onor. Interpellant b'"għajnuna meħtieġa". Informat ukoll li,għalissa għadu kmieni biex tingħata tweġiba preċiża dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija.

Għalliema tad-Drama

Question

Peress li f'mistoqsija preċedenti l-Ministru wiegeb li se jkun hemm żieda fl-għalliema tad-drama, jista' jgħid jekk din iż-żieda hux se tkun fid-drama unit jew inkella fin-numru ta' l-activity teachers jew inkella żieda taħt xort'oħra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ż-żieda fl-għalliema tad-Drama ser tkun fid-Drama Unit.

ETC — EDCL

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma t-training schools awtorizzati li l-ETC qed taħdem magħhom fuq l-ECDL u taħriġ ieħor marbut ma' l-IT?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ torganizza diversi programmi ta’ taħriġ li għandhom x’jaqsmu ma’ l-użu tal-kompjuters. Il-biċċa l-kbira tal-programmi ta' l-ECDL qed jiġu organizzati f’ċentri ta’ taħriġ li l-ETC għandha f’Ħal Far, il-Belt Valletta, kif ukoll fil-Blata l-Bajda. Numru zgħir ta’ programmi oħra, jiġu organizzati f’ċentri awtorizzati kif jidhru hawn taħt: Centru Tip ta Programm Organizzat Learnkey ECDL Equal Skills Computer Domain Advanced Computer Courses Swatar Training Centre NCC Diploma NCC Advanced Diploma in Computer Studies

ETC — Learn Key

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ministeru u/jew l-ETC irċevewx xi ilmenti, taħt forma jew oħra, dwar il-kumpannija Learn Key li qed tipprovdi taħriġ marbut mat-TEES, fejn qed jipprovdu taħriġ marbut ma' l-IT? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid fiex kienu jikkonsistu dawn l-ilmenti u x'passi ttieħdu?

Response (GALEA, LOUIS)

Napprezza jekk l-Onor. Membru jippreċiża u jelenka x'tip ta' ilmenti qed jirreferi għalihom biex ikun jista' jsir l-istħarriġ meħtieġ.

MCAST — Quantity Surveying

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-istudenti li lestew diploma course part-time mifrux fuq tliet snin fil-quantity surveying ġewwa l-MCAST hux se jingħataw ċertifikat li jindika li huma għaddew minn dan l-istess kors? Meta se jsir dan? Jista' jgħid ukoll jekk dan hux rikonoxxut minn xi istituzzjoni edukattiva oħra, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid min huma?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenti li spiċċaw il-kors u għaddew fl-eżamijiet finali (li jsiru fl-aħħar tat-tielet sena) li jwasslu għad-Diploma in Quantity Surveying jingħataw ċertifikat. Informat ukoll li dan il-kors hu rikonoxxut mill-College of Estate Management - UK.

Skola Primarja Pawlu Xuereb

Question

Jista' il-Ministru jgħid għal kemm kien jammonta l-kont tat-telefon ta' l-iskola primarja Pawlu Xuereb "A" fir-Rabat matul dawn l-aħħar 12-il xahar, kull xahar separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul dawn l-aħħar 12-il xahar il-kont tat-telefon ta' l-iskola primarja Pawlu Xuereb 'A' fir-Rabat kien jammonta għall-Lm522.06 maqsum kif ġej :- Frar 2005 Lm121.25 April 71.33 Ġunju 75.73 Awwissu 54.35 Ottubru 45.91 Diċembru 83.29 Frar 70.20

Ħal Kirkop — Restawr ta' siti storiċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm l-FTS nefqet flus bħala kumpens lill-komunita' fuq restawr ta' siti storiċi fl-inħawi tal-Kulleġġ San Benedittu f'Ħal Kirkop? F'każ li l-FTS wettqet xi restawr, liema huma u x'baqa' isir?

Response (GALEA, LOUIS)

L-Onor. Interpellant jaf li l-permessi għall-bini li toħroġ il-MEPA jieħdu in konsiderazzjoni aspetti li jirrigwardjaw il-patrimonju kulturali li jista' jkun hemm fuq is-sit. L-FTS qed tosserva dawn l-aspetti kif mitlub fil-permess.

Kulleġġ San Benedittu

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jkun lest il-ground ta' l-iskola primarja San Benedittu? Jista' jagħti breakdown ta' l-ispiża fuq l-istess proġett ossia ground u xi kriterji ntużaw fl-għoti tat-tenders għax-xogħol li twettaq s'issa? Jista' jgħid intlaħaqx il-pjan ta' azzjoni fuq il-ħidma ta' l-istess ground? Jekk fin-negattiv, għaliex u x'kienu d-diffikultajiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Membru jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 18398.

Diviżjoni ta' l-Edukzzjoni — Proġett ta' riċerka TIMSS

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm se tiġi tiswa l-ispiża matul is-sena 2006 biex id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni tieħu sehem fil-proġett internazzjonali tar-riċerka TIMSS?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għas-sena 2006, il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni ikkommetta is-somma ta' Lm28,000 biex id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tieħu sehem fil-proġett internazzjonali TIMSS - Trends In Mathematics & Science Study.

Universita' — Post Graduate Studies

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu jew le li fl-Universita' ta' Malta se jiftħu numru ta' post graduate studies fis-sentejn li ġejjien? Huwa minnu li fl-istess perijodu se jiftħu numru ta' PH.Ds u anke DBA fil-fakulta' tal-FEMA? F'każ li dan huwa minnu, jista' jgħid meta se jiftħu, kemm se jkun il-ħlas għalihom u x'inhuma l-entry requirements?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 17863 f'Seduta 368.