Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #33772 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti — Assenteiżmu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 33538, jista' jgħid minn Jannar sa April (it-tieni term) kemm kien hemm studenti assenti fl-iskejjel ta' l-istat, tal-knisja u indipendenti separatament? Jista' jgħid kemm kien hemm studenti li ma tawx raġuni valida għaliex ma attendewx l-iskola? Ittieħdu passi kontra xi ġenituri matul l-istess żmien?

Response (GALEA, LOUIS)

Tlabt li tinġabar l-istatistika, u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #33777 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Referees — Nefqa

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija 33384, jista' l-Ministru jwieġeb jekk instabx sponsor għall-league tal-footbal tal-MESA? Peress li l-league wasal biex jispiċċa, jista' jgħid jekk is-segretarjat ta' l-isport hux se jagħmel tajjeb għall-ispejjeż kollha?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-Segretarjat Parlamentari qiegħed jagħmel dak kollu li jista' biex jinstab sponsor għal-league tal-football tal-Malta Employees Sports Association.
Leg 9 PQ #33779 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għaqdiet — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 33729, jista' jagħti lista ta' dawk l-għaqdiet kollha, kemm sportivi u oħrajn, kif ukoll individwi, li matul is-sena 2001 u din is-sena ngħataw xi tip ta' għajnuna finanzjarja mill-gvern? Jista' jgħid ukoll kull għaqda kemm ingħatat fondi u mill-liema vot dawn l-għotjiet ħarġu?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #33783 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema Barranin fi Skejjel tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33541 u jgħid kemm hemm għalliema barranin li bħalissa huma impjegati biex jgħallmu fl-iskejjel tal-gvern? X'suġġetti jgħallmu? F'liema skejjel? Kemm ilhom Malta u għal kemm żmien huwa l-kuntratt tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa hawn 2 barranin impjegati bħala għalliema fl-iskejjel tal-gvern. Waħda tgħallem il-Matematika fl-iskola Antonio Bosio Skola Sekondarja Subien Gżira u l-ieħor jgħallem l-Ispanjol fil-Liċeo tas-subien Ninu cremona ġewwa Għawdex. L-għalliema tal-Matematika għandha kuntratt mis-7 ta' Jannar 1997 (u hija Supply Teacher). L-għalliema ta' l-Ispanjol għandu kuntratt mill-31 ta' Ottubru 2001 sal-31 ta' Ottubru 2002. Informat ukoll li ma kien hemm ebda għalliem barrani li jgħallem fl-iskejjel post-sekondarji.
Leg 9 PQ #33784 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33536 u jgħid x'xogħlijiet twettqu fil-pixxina Nazzjonali matul is-sena 2001 u din is-sena? Min wettaq dan ix-xogħol, kemm tħallas? Kienx hemm sejħa għall-offerti jew inkella dan ix-xogħol ġiex mogħti b'direct order?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #33812 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita` — Korsijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema suġġetti huma organizzati korsijiet l-Universita` sabiex iħarrġu studenti għal suġġetti f'livell ta' SEC, intermediate jew f'livell avanzat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Korsijiet fil-Junior College sabiex iħarrġu studenti huma dawn: 1. f'livell avvanzat u intermedju Maltese English French Italian German Spanish Marketing Accounting Economics Geography History Philosophy Religion Sociology Applied Maths Biology Chemistry Physics Pure Maths Environmental Studies Art Computing Information Technology Music Engineering Drawing / Graphical Communication Home Economics 2) f'livell intermedju biss Systems of Knowledge Informat ukoll li l-Junior College ma jħarriġx studenti f'livell ta' SEC.
Leg 9 PQ #33815 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita` — Eżamijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta u f'liema ċirkostanzi hu essenzjali li eżamijiet f'livell ta' SEC, intermediate jew avanzat jiġu mogħtija fl-istess sessjoni sabiex student ikun jista' jidħol l-Universita`? Jidhirlu l-Ministru li dan qed iwassal għal stress żejjed?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-raġuni li jsiru t-tlett livelli (SEC, Intermediate u Advanced) fl-istess sessjoni hu minħabba r-restrizzjoni ta' żmien. B'dan l-arranġament il-Bord jirnexxielu jagħmel l-eżamijiet kollha tal-kitba fi żmien ta' xi ħames ġimgħat u nofs. F'dan il-kuntest ta' min ifakkar li ebda student ma jista' jidħol għal suġġett f'iktar minn livell wieħed f'sessjoni partikulari ta' l-eżamijiet. L-eżamijiet minnhom infushom joħolqu xi stress f'numru ta' studenti u wieħed ma jaħsibx li dan l-arranġament jikkawża xi stress żejjed.
Leg 9 PQ #33822 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

SEC

Question

Jista' l-Ministru jgħid saret investigazzjoni dwar l-iżbalji fil-karti tal-eżami tas-SEC li seħħew dan l-aħħar?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ilmenti kollha li tressqu quddiem il-Bord tal-MATSEC ġew eżaminati bil-għan li jekk jirriżulta li kien hemm xi żball li minħabba fih setgħu jiġu ppenalizzati xi studenti, jingħata rimedju xieraq. Dan ġara s'issa f'żewġ każijiet - l-Ingliż fil-livell intermedju u fil-Computer Studies fil-livell tas-SEC. Huwa maħsub li wara li jispeċċaw l-eżamijiet kollha isir rapport sħiħ dwar żbalji - fondati jew allegati - u dwar il-passi li jridu jittieħdu biex il-karti joħorġu b'ebda żball daqskemm hu umanament possibbli.
Leg 9 PQ #33892 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għawdex — Eżamijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li waqt l-eżami tal-practical IT tat-tieni sena fil-kors tas-segretarjat ġewwa Għawdex: 1 kien hemm każi fejn il-kompjuter kien bil-ħsara, 2 il-mouse tal-kompjuter kien bil-ħsara, 3 il-kompjuters kellhom programmi neqsin tant li t-teacher ma setax isib tarf? X'ser jiġri fil-każ ta' dawn l-istudenti li kellhom dawn il-kompjuters bil-ħsara?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'każ fejn kien hemm ħsara l-istudenti ingħataw computer ieħor u mouse ieħor biex ikunu jistgħu jaħdmu. Barra minn hekk ingħataw ukoll ħin extra biex jagħmel tajjeb għal ħin li seta` intilef. Ebda computer ma kellu programmi neqsin. Ebda studenti ma ġew żvantaġġjati minħabba dawn iċ-ċirkustanzi.
Leg 9 PQ #33699 Sitting 747 2002-05-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid jirriżultax li għal iżjed minn sena l-kostituzzjoni tal-promotions board ta' l-universita' li mexxa l-proċess għall-għażla għas-sejħa tal-1998 kien qed jikser l-att ta' l-edukazjoni għax kompost kif mhux suppost?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Promotions Board kien ingħata parir legali li baqa' kostitwit regolarment minkejja r-riżenja ta' wieħed mill-ħames membri minħabba raġunijiet ta' natura personali. Ta' min jgħid ukoll li d-deċiżjonijet meħuda kienu dejjem unanimi.
Leg 9 PQ #33701 Sitting 747 2002-05-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid jirriżultax li t-terminu ta' żmien ta' tliet snin ħajja tal-promotions board ta' l-universita' għalaq f'Settembru 2001? Meta ġie estiż it-termini? F'liema laqgħa tal-kunsill ġiet deċiża l-estensjoni ta' dan it-termini?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fis-16 ta' Marzu 2000 is-Senat irrijappunta l-membri minnu nominati biex iservu fuq il-Promotions Board sabiex jibqgħu jservu fuq dak il-board sakemm l-eżerċizzju tal-Promotions jiġi terminat. It-terminu tagħhom għadu ma skadiex. Il-Kunsill impliċitament estenda t-teminu għall-eżerċizzju tal-promozzjonijet meta fid-diversi laqgħat ittieħdu deċiżjonijiet biex il-Bord jippreżenta r-rakkomandazzjonijiet tiegħu u biex iħaffef jispiċċa l-eżerċizzju kif reġa' għamel fl-aħħar laqgħa tiegħu tas-16 ta' Mejju.
Leg 9 PQ #33714 Sitting 747 2002-05-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita` — Promotions Board

Question

Fid-dawl tad-deċiżjoni tal-promotions board ta' l-Universita` li ma jaħtarx lil Dr Rena Balzan associate professor, jista' l-Ministru jgħid kif jispjega li awtorita` mondjali fil-qasam ta' studju tagħha bħal Irwin Fridovich ta' l-Universita` rinomata ta' Duke University tal-USA kiteb li: "in my opinion Dr Balzan certaintly merits promotion to the rank of Associate Professor. Were she on our faculty here at Duke, I would make the same recommendations"?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Promotions Board, fil-każ imsemmi bħal fil-każijiet l-oħrajn talab il-parir ta' l-Association of Commonwealth Universities. Din ta' l-aħħar qabdet żewġ esperti biex inidpendentement minn xulxin u indipendentement mill-Promotions Board jagħmlu evalwazzjoni tax-xogħol ta' Dr R Balzan. Iż-żewġ esperti qablu li Dr Balzan ma kellhiex tinħatar Associate Professor. It-tnejn ma kellhom ebda assoċjazzjoni ma' l-applikanta. Dr Fridovich ma kienx wieħed miż-żewġ assessuri mqabbda mill-Association of Commonwealth Universities.
Leg 9 PQ #33716 Sitting 747 2002-05-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Konferenza Nazzjonali

Question

Fid-dawl li l-bord għall-istateġija ta' l-ilsien Nazzjonali ġibed l-attenzjoni tal-persuni li isimhom qed jintbagħat under separate cover minn qabel il-pubblikazzjoni tal-ktieb ''Interventi'' kif jista' jsejjaħ ''malintiż'' id-deċiżjoni li jitħallew barra d-diskosi tal-politiċi fil-konferenza Nazzjonali fi Frar li għadda?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt informat li l-għażla tal-kontenut, il-proof reading u l-pubblikazzjoni tal-ktieb 'Interventi' saru bi ftehim sħiħ bejn il-Bord għall-Istrateġija ta' l-Ilsien Nazzjonali u l-persuni msemmija mill-Onor. Membru. Meta l-Bord kiteb biex jiżdiedu d-diskorsi in-kwistjoni, il-ktieb kien diġa` fl-aħħar fażi ta' l-istampar, bl-issettjar u l-impaġinar kollha lesti.
Leg 9 PQ #33718 Sitting 747 2002-05-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Matsec — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jispjega li din is-sena n-nefqa fuq salarji akkademiċi fil-qasam tal-Matsec se tilħaq Lm65,799 meta s-sena li għaddiet din kienet Lm28,781?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ispiża tal-Matsec fejn jidħlu salarji akkademiċi telgħet skond l-estimi finanzjarji minn Lm28,781 għal Lm65,799, għal dawn ir-raġunijiet: * Wieħed mill-Principal Subject Area Officeres li jidher fl-2001 fis-salarji tan-Non-Academic skond l-agreement ta' l-MUT ġie kklassifikat bħala Academic, u allura fl-2002 is-salarju tiegħu qed jidher ma' l-istaff akkademiku. * Id-Direttur tal-Matsec Unit li biċċa żgħira mis-salarju tiegħu kienet tiġi ċċarġjata lill-Matsec Unit, fl-2002 is-salarju ta' dan l-individwu beda jiġi ċċarġjat kollu lill-Matsec. * Principal Subject Area Officer li ġiet appuntata fl-aħħar parti ta' l-2001 u allura parti biss mis-salarju annwali tidher fl-2001, fl-2002 qed jidher is-salarju kollu. * Principal Subject Area Officer li kien sekondat irritorna l- Universita` u mela l-post vakanti u allura s-salarju qed jidher fl-2002. * Kien hemm il-cost of living mill-01/01.02 u increments fl-2002. Dawn ir-raġunijiet jispjegaw id-differenza bejn L28,781 u Lm65,799.
Leg 9 PQ #33726 Sitting 747 2002-05-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid fir-rendikont finanzjarja li ta' l-universita' li ġie diskuss fil-public accounts committee fit-22-5-2002 dwar it-tmexxija tal-Matsec x'hemm imniżżel bħala general expenses li fl-1999 telgħu għal Lm50,268 waqt li din is-sena mistennija jilħqu Lm77,800?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-General Expenses kif kienu fl-1999 u kif inhuma mistennija ikunu din is-sena huma kif ġej: General Expenses 1999 2000 Equipment & Furniture 4941 7000 Repairs & Maintenance 836 1800 Office supplies & stationery 3222 6000 Postage 3030 3200 Travelling & accommodation 4016 4300 Communications 639 1000 Hire of Halls 11162 13000 Advertising 1302 2000 Miscellaneous expenses 845 1500 Printing 20275 27500 Bank Commission on applications 0 6500 Services to students with special needs 0 2000 Research 0 2000 Total General Expenses 50268 77800
Leg 9 PQ #33664 Sitting 746 2002-05-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet tal-MATSEC

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar mill-aħħar min hu accountable biex iwieġeb għan-nuqqasijiet serji li ġraw fl-eżamijiet tal-MATSEC f'suġġetti differenmti fil-livelli Sec, intermediate u avanzat fis-sessjoni kurrenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-karta ta' l-eżami ta' kull suġġett hija responsabbilta` taċ-chairperson tal-paper setters' panel. Kemm iċ-chairperson kif ukoll il-membri tal-panel jingħażlu mill-Bord tal-MATSEC u isimhom jitressaq għall-approvazzjoni tas-Senat. Meta jirriżulta li jkun hemm xi nuqqas serju f'xi karta, il-Bord tal-MATSEC jieħu ħsieb biex jingħata rimedju xieraq sabiex l-istudenti ma jiġux ippenalizzati.
Leg 9 PQ #33691 Sitting 746 2002-05-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill ta' l-Universita` — Prof. EA Mallia

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ittra ta' Prof. EA Mallia, mibgħuta lill-President Dr A Camilleri bid-data tat-8 ta' Mejju 2002, ġietx diskussa fil-kunsill ta' l-Universita`? Jista' jgħid jekk itteħditx xi deċiżjoni dwarha? Fil-każ. x'deċiżjonijiet ittieħdu?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #33692 Sitting 746 2002-05-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija nru. 33467, jista' jgħid x'xogħol għaddej bħalissa ta' 1) manutenzjoni 2) bini fl-iskejjel? F'kull każ f'liema skejjel u x'inhi l-istima tax-xogħol u meta hu maħsub li jitlesta?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li d-Direttur konċernat jinsab imsiefer u l-informazzjoni miksuba għadha ma ġietx verifikata, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #33694 Sitting 746 2002-05-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill ta' l-Universita` — Promotions Board

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sodisfazzjon b'mod ta' rapporti serji u dokumentati ngħataw il-membri tal-kunsill ta' l-Universita` dwar id-deċiżjonijiet tal-promotions board fl-għażla tal-ħatriet fis-sejħa li ħarġet għal staff akkademiku fl-1998? Fiex kienu jikkonsistu dawn ir-rapporti dokumentati?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #33620 Sitting 745 2002-05-28 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pembroke — Skola Sir Adrian Dingli

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il studenta mill-iskola Sir Adrian Dingli, Pembroke, qagħdu għall-eżamijiet tal-Matsec fil-livell ordinarju fis-snin 2000 u 2001 f'dawn is-suġġetti: English, Mathematics, Maltese, Physics, Chemistry, Biology, Accounts, Italian, French u German? Kemm-il studenta minn dawk li qagħdu għall-eżamijiet imsemmija għaddiet? Kemm-il studenta mill-iskola Sir Adrian Dingli, Pembrok qagħdu għall-eżamijiet ta' l-O level London fil-livell ordinarju fis-sena 2000 u 2001 f'dawn is-suġġetti: English, Mathematics, Maltese, Physics, Chemistry, Biology, Accounts, Italian, French u German? Kemm-il studenta minn dawk li qagħdu għall-eżamijiet imsemmija għaddiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti ta' Sir Adrian Dingli li qagħdu għall-eżamijiet tas-SEC fis-snin 2000 u 2001 hu kif ġej: Suġġett Mejju 2000 Mejju 2001 Ingliż 185 205 Matematika 184 202 Malti 189 203 Fiżika 182 195 Kimika 18 28 Bijoloġija 31 34 Taljan 119 118 Franċiż 112 143 Ġermaniż 56 13 Informat ukoll li l-għadd ta' studenti li applikaw għall-eżamijiet tal-Livell Ordinaru ta' l-Edexcel (Londra) fis-snin 2000 u 2001 hu kif ġej: Suġġett 2000 2001 Ingliż 147 159 Matematika 139 130 Malti 4 2 Fiżika 128 20 Kimika 11 12 Bijoloġija 15 20 Taljan 10 7 Franċiż 51 62 Ġermaniż 31 45 Wieħed irid jiftakar li f'dal-każ, (a) l-għadd ta' kandidati ma jirriflettix il-popolazzjoni ta' studenti fl-iskola li huma ppreparati biex jersqu għall-MATSEC u (b) l-istudenti li jkunu jridu, jersqu għall-Edexcel (Londra) wkoll għax "huma liberi li japplikaw għal liema eżamijiet iridu u kemm iridu". Nirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 29796. Rigward l-aħħar parti tad-domanda, kif għidt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28629, fuq il-parir tal-Bord tal-MATSEC, mhix policy li tingħata statistika ta' kemm għaddew studenti skola skola.