Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nies abbonati f’kull skema differenti ta’ tallinja card?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li nies abbonati f’kull skema differenti ta’ tallinja card huma hekk kif ġej:
Tip ta’ Kard
Numru ta’ Applikazzjonijiet
Adulti
107,679
Tfal
9,483
Concession
70,393
Għawdex
7,092
Studenti
29,054
TOTALI
223,701
Jista’ l-Ministru jagħti n-numri tal-karozzi tal-linja li jgħaddu mill-Għargħur u r-rotot rispettivi li jgħaddu minnhom il-karozzi tal-linja fil-preżent? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni skont kif kienu r-rotot qabel ma saru l-aħħar tibdiliet?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 22261.
Jista’ l-Ministru jagħti l-iskeda tal-frekwenza tas-servizz tal-karozzi tal-linja li jgħaddu mill-Għargħur fil-preżent u l-iskeda tal-frekwenza tas-servizzi tal-karozzi tal-linja li kienu jgħaddu mill-Għargħur sa qabel ma saru l-aħħar tibdiliet fl-iskeda?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 22261.
Jikkonferma l-Ministru jekk is-servizz tar-rotot tal-karozzi tal-linja li jgħaddu mill-Għargħur naqqsitilhomx il-frekwenza? Jekk iva, x’wassal għal dan it-tnaqqis fil-frekwenza tas-servizz? Dan it-tnaqqis kien marbut ma’ xi studju li sar minn Transport Malta? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan l-istudju?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 22261.
Għawdex – Trasport Pubbliku – ħinijiet u rotot ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min ħallas għal ktejjeb li tqassam fid-djar kollha ta’ Għawdex bil-ħinijiet u rotot ġodda tat-trasport pubbliku f’Għawdex? Jekk tħallas mill-Gvern, kemm sewa b’kollox dan il-ktejjeb u biex tqassam? Jista’ jikkonferma li l-ħinijiet ta’ uħud mir-rotot f’Għawdex li hemm f’dan il-ktejjeb ma jaqblux ma’ dawk li hemm fuq il-bus stops f’Għawdex u li filfatt dawk tal-bus stops huma l-ħinijiet tajbin? Min għamel dan l-iżball?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema ktejjeb qed jirreferi minħabba li tqassam iktar minn ktejjeb wieħed rigward rotot ġewwa Għawdex
Jista’ l-Ministru jara li r-rotta numru 37 li sa ftit ġimgħat ilu kienet titlaq mill-Mellieħa u taqdi l-istudenti tal-MCAST Art and Design terġa’ tibda titħaddem?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-residenti tal-Mellieħa, minflok ir-rotta 37, għandhom konnessjoni mal-MCAST Art and Design ġewwa l-Mosta permezz ta’ dawn ir-rotot:
Rotta
Frekwenza
41
2 vjaġġi fis-siegħa
42
2 vjaġġi fis-siegħa
49
Vjaġġ fis-siegħa
250
Vjaġġ fis-siegħa
Jista’ l-Ministru jara li r-rotot 49 u 250 ikollhom ħinijiet fissi u li fuq il-bus stops minn fejn suppost jgħaddu dawn l-istess rotot ikun hemm il-ħinijiet indikati u dan sabiex ma jitkompliex jinħoloq inkonvenjent għall-passiġġieri?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li diġa beda l-proċess sabiex jitwaħħlu l-ħinijiet fuq il-bus stops kollha, liema eżerċizzju għandu jkun konkluż sa mhux aktar tard mill-aħħar ta’ dan ix-xahar.
Jista’ l-Ministru jara li jitpoġġew xelters fejn persuna tkun tista’ tistkenn meta tkun qed tistenna sabiex tagħmel użu minn rotot li jgħaddu minn u lejn Triq il-Kosta?
Response (MIZZI, JOE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw f’Mistoqsijiet Parlamentari 15067 u 14161.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22159, jista’ l-Ministru jara li r-risposta tkun tirrispekkja l-verità u l-fatti, u jsir aċċess adegwat bla periklu għar-residenti? Dan peress li fil-verità r-residenti qed ikollhom jimxu parti sostanzjali tul it-triq mingħajr bankina li tispiċċa biss twassalhom sa’ ħdejn ir-roundabout li hemm wara li taqbeż il-lukanda Coastline direzzjoni lejn San Pawl il-Baħar, peress li l-aċċess tar-rampa imsemmija ma jwassal imkien ħlief lejn l-istess roundabout u tajjeb li wieħed ifakkar ukoll li l-aċċess ta’ ħdejn l-imsemmija lukanda huwa biss wieħed temporanju?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif ġie spjegat fit-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlametnari 22159, preżentament, aċċess adegwat u bla periklu jeżisti għar-residenti permess ta’ rampa ġdida li tinstab fit-tarf ta’ Triq Francesco Ximenes.
L-Imsida – Sheltered Employment Training – parkeġġ adegwat għall-persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jara li barra x-Sheltered Employment Training fl-Imsida, ikun hemm parkeġġ adegwat għall-persuni b’diżabilità li jagħmlu użu mis-servizzi offruti f’dan iċ-ċentru, peress li fil-preżent is-sitwazzjoni qed tiżviluppa f’waħda ta’ perikolu u inkonvenjent għall-persuni indikati kif ukoll għall-qraba tagħhom li jkunu qed iwasluhom fuq il-post?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li Transport Malta ma rċeviet l-ebda talba għal parkeġġ riservat għal persuni b’diżabbilta’ biswit ix-Sheltered Employment Training.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-ispeed camera li hemm fit-telgħa ta' Baħar iċ-Ċagħaq fi Triq il-Kosta, hux qed taħdem? Jekk iva, x'inhu l-ispeed limit li jrid jiġi osservat? Kemm-il speed camera hu mistenni li jiġu stallati matul din it-triq?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li l-ispeed camera li tinsab fi triq il-Kosta, Baħar iċ-Ċagħaq, għadha mhux qed taħdem. L-ispeed limit, qabel ma bdew ix-xogħlijiet, kien ta’ 60km/h u dan mhux ser jinbidel. Mhux mistennija li jiġu nsatallati speed cameras ġodda f’dawn l-akwati.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex matul Triq il-Kosta, jitneħħew dawk it-tabelli li kienu mwaħħla matul il-perjodu li fih kien qed isir ix-xogħol u minflokhom jitwaħħlu tabelli kif suppost ikun, kemm għal dak li jirrigwarda speed limits kif ukoll għal dak li jikkonċerna possibiltà ta' overtaking?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa s-sit ta’ Triq il-Kosta għadu jitqies bħala sit ta’ kostruzzjoni u dan għaliex għadu għaddej xogħol importanti.
Estensjoni tal-yacht marina f’Sa Maison — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni jibda x-xogħol fuq l-estensjoni tal-yacht marina f’Sa Maison f’Malta? Min se jagħmel dan ix-xogħol u kemm hu mistenni li jiswa? Meta hu mistenni li jitlesta dan ix-xogħol fuq din l-estensjoni tal-yacht marina? Jista’ jgħid fejn se jibda jorbot il-vapur tal-Gozo Channel li jopera l-vjaġġi bejn Għawdex u Sa Maison malli jinbeda x-xogħol hawn fuq indikat?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li x-xogħol fuq il-marina ta’ Sa Maison mistenni jibda aktar tard din is-sena. Dan ix-xogħol mistenni jsir mill-operatur il-ġdid li ġie mħabbar is-sena l-oħra wara li sejħa pubblika għall-iżvilupp u l-operat tal-istess marina.
Għal dak li jirrigwarda l-Gozo Channel nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 21226 li saret lill-Ministru t’Għawdex.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk permezz tax-xogħol li sar fi Triq San Ġiljan, San Ġwann, inżammux l-istess livelli jew inbidlux peress li hemm diversi lmenti minn residenti li wara x-xogħol li sar qiegħed jidħol l-ilma fil-proprjetà tagħhom?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet f’din it-triq huma tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaldaqstant nitlobha biex tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti n-numri tal-karozzi tal-linja li jgħaddu minn San Ġwann u r-rotot rispettivi li jgħaddu minnhom il-karozzi tal-linja fil-preżent? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni skont kif kienu r-rotot qabel ma saru l-aħħar tibdiliet?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 22256.
Jista’ l-Ministru jagħti l-iskeda tal-frekwenza tas-servizz tal-karozzi tal-linja li jgħaddu minn San Ġwann fil-preżent u l-iskeda ta’ frekwenza tas-servizzi tal-karozzi tal-linja li kienu jgħaddu minn San Ġwann sa qabel ma saru l-aħħar tibdiliet?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 22256.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — bordijiet tal-appell
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-Bordijiet tal-Appell, taħt kwalsiasi isem jew titolu, li jinsabu fid-dekasteru tiegħu u b’liema liġi hu mwaqqaf kull Bord jew Tribunal?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema bordijiet qed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk issa li suppost wasal fi tmiemu x-xogħol mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fi Triq Pantar, Attard/Mosta, wara aktar minn tliet xhur magħluqa min-naħa waħda u xi kultant miż-żewġ naħat, hux se tkun asfaltata din it-triq li bħalissa tinsab fi stat ħażin?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 20927.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol fuq il-footbridge fil-bypass tal-Imrieħel imwiegħed mill-Amministrazzjoni preżenti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol mistenni jibda wara li jkun intgħazel il-kuntrattur. L-għażla mistennija ssir fiż-żmien li ġej wara li jgħalaq il-Competitive Dialogue Process li huwa l-aħħar fażi qabel jitħabbar liema kumpanija se tieħu x-xogħol tal-bini ta’ dan il-footbridge.